Miżuri speċifiċi biex jiġi promoss l-irkupru tal-Greċja
SOMMARJU TAD-DOKUMENT:
SOMMARJU
X’JAGĦMEL IR-REGOLAMENT?
Dan jistabbilixxi miżuri li jżidu l-prefinanzjament inizjali* u r-rati ta’ kofinanzjament* għal ċerti programmi fil-Greċja appoġġati mill-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej — jiġifieri l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew (FSE), il-Fond ta’ Koeżjoni (FK) u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS) għall-perjodu 2014-2020.
PUNTI EWLENIN
SFOND
Il-kriżi finanzjarja wasslet għal rati negattivi persistenti ta’ tkabbir fil- Greċja kif ukoll għal problemi serji ta’ likwidità u nuqqas ta’ fondi pubbliċi disponibbli għall-investimenti li tant hemm bżonnhom sabiex tingħata spinta lit-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi. Ir-regolament jintroduċi miżuri speċifiċi biex jiżgura li l-finanzjament Ewropew jintuża b’mod effettiv għal investimenti fuq il-post u jilħaq lill-benefiċjarji malajr kemm jista’ jkun.
TERMINI EWLENIN
* Prefinanzjament huwa pagament maħsub biex jipprovdi lill-awtoritajiet tal-programmi bil-likwidità sabiex jibdew jimplimentaw il-programmi.
* Kofinanzjament huwa r-rekwiżit sabiex il-finanzjamnet tal-UE jitqabbel ma’ finanzjament minn livelli nazzjonali u/jew reġjonali sabiex jiżdied l-effett ta’ lieva u s-sjieda tal-investimenti.
ATT
Regolament (KE) Nru 2015/1839 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ottubru 2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward ta’ miżuri speċifiċi għall-Greċja (ĠU L 270, 15.10.2015, p. 1-3)
ATTI RELATATI
Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320-469)
l-aħħar aġġornament 08.03.2016