Nappoġġjaw in-netwerks tat-telekomunikazzjoni u l-infrastrutturi tas-servizzi diġitali madwar l-Ewropa

 

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (UE) Nru 283/2014 — linji gwida għal networks trans-Ewropej fil-qasam tal-infrastruttura tat-telekomunikazzjoni

X’INHU L-GĦAN TA’ DAN IR-REGOLAMENT?

Dan jistabbilixxi l-linji gwida għal proġetti ta’ interess pubbliku komuni fil-qasam tal-infrastruttura tat-telekomunikazzjonijiet trans-Ewropea. L-objettivi ġenerali għal dawn il-proġetti ta’ interess komuni huma stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa 2014-2020 (FNE).

Il-linji gwida huma neċessarji biex jiġu żgurati l-installazzjoni u l-interoperabbiltà tan-netwerks ta’ telekomunikazzjoni.

Huwa ħassar id-Deċiżjoni Nru 1336/97/KE b’effett mill-31 ta’ Diċembru 2013.

Ir-regolament ġie emendat fl-2017 mir-Regolament (UE) 2017/1953 li introduċa l-inizjattiva Wifi4EU. Dan ir-regolament il-ġdid jippermetti lill-UE tagħti fondi biex tappoġġja l-aċċess għal konnessjoni bla fili lokali b’xejn ta’ kwalità għolja, mingħajr kundizzjonijiet diskriminatorji, f’postijiet pubbliċi (eż. bini bħal libreriji u sptarijiet, u postijiet barra bħala parks).

PUNTI EWLENIN

Kamp ta’ applikazzjoni

Ir-regolament ikopri proġetti ta’ interess komuni Ewropew fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej għall-infrastruttura tat-telekomunikazzjonijiet li jimmiraw li jikkontribwixxu għat-tkabbir ekonomiku u għat-titjib tal-ħajja ta’ kuljum għaċ-ċittadini, negozji u awtoritajiet pubbliċi fis-suq uniku diġitali tal-UE.

Ir-regolament jistabbilixxi l-kriterji li fuq il-bażi tagħhom il-proġetti ta’ interess komuni huma eleġibbli għall-fondi tal-UE u jistabbilixxi l-prijoritajiet għall-fondi.

It-3 kategoriji ta’ proġetti koperti minn dan ir-regolament huma:

Kriterji ta’ eliġibbiltà għal DSIs

Biex ikunu eliġibbli għall-finanzjament, id-DSIs jeħtieġu:

Pjattaforma ta’ servizzi ewlenin (hub ċentrali) fil-livell tal-UE li tissodisfa l-kriterji ta’ eliġibbiltà se tiġi akkwistata mill-Kummissjoni Ewropea suġġetta għad-disponibbiltà tal-fondi. Dawk b’interess nazzjonali jistgħu jirċievu għotja talli jillinkjaw mal-pjattaforma tas-servizz ewlieni diment li huma jissodisfaw il-kriterji ta’ eleġibilità.

Il-kriterji ta’ eliġibbiltà għal netwerks broadband

Il-proġetti eliġibbli jeħtieġ li:

Proġetti tal-broadband jiġu ffinanzjati permezz ta’:

Kriterji ta’ eliġibbiltà għal proġetti tal-konnettività bla fili lokali b’xejn f’postijiet pubbliċi

Il-proġetti eliġibbli jeħtieġ li:

Azzjonijiet li jipprovdu konnettività bla fili lokali bla ħlas huma ffinanzjati permezz ta’ għotjiet jew forom oħra ta’ għajnuna finanzjarja, li ma jinkludux strumenti finanzjarji. Il-baġit disponibbli huwa allokat b’mod ġeografikament ibbilanċjat madwar il-pajjiżi tal-UE fid-dawl tan-numru ta’ proposti li jaslu fuq il-bażi ta’ “min jiġi l-ewwel, jinqeda l-ewwel”.

Prijoritajiet għall-finanzjament għad-DSIs

Għandha tingħata l-ikbar prijorità fil-finanzjament għal DSIs “bażi” essenzjali għal, u li x’aktarx jintużaw fl-istabbiliment, fl-użu u fit-tħaddim ta’ DSIs oħrajn. Dawn id-DSIs bażi jieħdu l-forma ta’ DSIs li jistgħu jerġgħu jintużaw li jipprovdu elementi essenzjali għall-ħolqien u t-tħaddim ta’ firxa ta’ servizzi diġitali.

Eżempji jinkludu:

Aktar dettalji dwar il-kriterji ta’ eliġibbiltà u prijoritajiet għal finanzjament jistgħu jinstabu fl-Artikolu 6 tar-regolament u fl-anness tiegħu.

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Ir-Regolament ilu japplika mill-1 ta’ Jannar 2014.

SFOND

Għal iktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

Newtralità teknoloġika: il-libertà ta’ individwi u organizzazzjonijiet li jagħżlu t-teknoloġija l-aktar xierqa u adegwata għall-bżonnijiet tagħhom. Prodotti, servizzi jew oqfsa regolatorji li jqisu l-prinċipju tan-newtralità teknoloġika la jimponu u lanqs jiddiskriminaw favur l-użu ta’ tip partikolari ta’ teknoloġija.

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament (UE) Nru 283/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2014 dwar linji gwida għal networks trans-Ewropej fil-qasam tal-infrastruttura tat-telekomunikazzjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1336/97/KE (ĠU L 86, 21.3.2014, pp. 14-26).

Emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) Nru 283/2014 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament (UE) Nru 2017/1953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2017 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 283/2014 fir-rigward tal-promozzjoni tal-konnettività tal-internet fil-komunitajiet lokali (ĠU L 286, 1.11.2017, pp. 1-8)

Ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010 (ĠU L 348, 20.12.2013, pp. 129-171)

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 18.01.2019