Regoli komuni għall-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (2014–2020)

SOMMARJU TA’:

Regolament (UE) Nru 1303/2013 — dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

PUNTI EWLENIN

Rapport tal-Qorti tal-Awdituri

Il-pandemija tal-COVID-19emendi għar-Regolament

Estensjoni tal-perjodu tal-applikazzjoni tar-Regolament għall-programmi tal-FAEŻR

Ir-Regolament (UE) 2020/2220 jestendi sal- kemm l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 għall-programmi appoġġati mill-FAEŻR kif ukoll il-perjodu ta’ żmien ta’ dawk il-programmi. Dan huwa soġġett għall-preżentazzjoni ta’ talba biex jiġu emendati l-programmi ta’ żvilupp rurali rilevanti għall-perjodu ta’ tranżizzjoni ta’ sentejn, li se jibqa’ għaddej sakemm il-politika agrikola komuni l-ġdida tiġi implimentata mill-.

Azzjoni ta’ Koeżjoni għar-Refuġjati fl-Ewropa (CARE)

Wara l-invażjoni mir-Russja tal-Ukrajna, ir-Regolament (UE) 2022/562 jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 b’dawn il-modi li ġejjin:

Żieda fil-prefinanzjament minn riżorsi REACT-EU u t-twaqqif ta’ kost unitarju (CARE+)

Biex tikkumplimenta dawn il-miżuri, it-tieni emenda kienet introdotta biex jiżdied il-prefinanzjament minn riżorsi REACT-EU u biex tistabbilixxi kost unitarju, magħruf bħala CARE+ (Regolament (UE) 2022/613). L-iskop ewlieni ta’ dan ir-regolament hu li jipprovdi likwidità addizzjonali u jissimplifika l-proċeduri amministrattivi relatati man-nefqa.

Il-prefinanzjament miżjud ġie mill-baġit REACT-EU, fejn l-Istati Membri jirċievu 4% addizzjonali u b’hekk tiżdied ir-rata tal-prefinanzjament minn 11% għal 15%. Barra minn hekk, l-Istati Membri li għandhom il-fruntiera mal-Ukrajna jew li kellhom influss ta’ refuġjati li jaqbeż il-1% tal-popolazzjoni tagħhom fl-ewwel xahar wara l-invażjoni Russa, jirċievu 34% addizzjonali, u b’hekk tiżdied ir-rata ta’ prefinanzjament minn 11% għal 45%. Dawn id-disa’ StatiMembri huma l-Bulgarija, iċ-Ċekja, l-Estonja, il-Litwanja, l-Ungerija, l-Awstrija, il-Polonja, ir-Rumanija u s-Slovakkja

L-opzjoni ta’ għażla simplifikata fil-livell tal-UE għandha l-għan li tnaqqas b’mod sinifikanti l-piż amministrattiv ħalli l-isforzi jkunu jistgħu jkunu ffukati fuq il-kisba ta’ objettivi ta’ politika aktar wiesgħa, u verifika ta’ ġestjoni u ta’ kontroll fit-tul ma jittardjawx l-implimentazzjoni. Minflok ma tipprodi dokumentazzjoni għal kull xirja (pereżempju, kutri, oġġetti tal-iġjene, oġġetti bażiċi tal-ikel u personali), l-awtorità ta’ ġestjoni tista’ sempliċiment titlob għal kost unitarju ta’ €40 fil-ġimgħa għal kull persuna b’protezzjoni temporanja (jew protezzjoni xierqa taħt il-liġi nazzjonali) għal massimu ta’ 13-il ġimgħa. Din l-opzjoni tista’ tindirizza b’mod effettiv l-ispejjeż li jkollhom organizzazzjonijiet mhux governattivi u awtoritajiet lokali li taw appoġġ immedjat fil-fruntiera mill-ewwel jum tal-invażjoni. L-opzjoni tal-kost simplifikat kienet imsaħħa addizzjonalment mill-emenda FAST-CARE, li żiedet l-ammont għal €100 fil-ġimgħa għal kull persuna u estendiet l-appoġġ għal 26 ġimgħa (ara hawn taħt).

Assistenza flessibbli għat-territorji — FAST-CARE

Regolament (UE) 2022/2039 jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u r-regolament jistabbilixxi r-regoli għall-perjodu 2021–2027, Regolament (UE) 2021/1060 (ara s-sommarju). Minħabba li dan jikkonċerna l-modifiki tar-regolament 2014–2020 dwar il-provvedimenti komuni, ir-regoli għandhom l-għan li jintroduċu akbar flessibbiltà biex jgħinu jsaħħu l-użu tar-riżorsi mill-perjodu ta’ programmazzjoni 2014–2020 u li jħallu introduzzjoni progressiva aktar lixxa ta’ proġetti li jkollhom dewmien bejn il-programmi tal-2014–2020 u tal-2021–2027.

Appoġġ għal enerġija affordabbli (SAFE)

Bħal parti mill-emendi inklużi f’Regolament (UE) 2023/435, il-bidliet fil-mira u eċċezzjonali għar-regolament dwar il-provvedimenti komuni 2014–2020, magħrufa bħala SAFE, għandhom l-għan li jappoġġjaw lill-Istati Membri u lir-reġjuni li jkunu qed jiffaċċjaw l-isfidi li huma riżultat tal-kriżi tal-enerġija kurrenti.

Speċifikament, SAFE tipprovdi għal:

Dawn il-bidliet fil-mira huma bbażati fuq l-istess regoli bħall-flesssibbiltajiet ta’ qabel offruti minn CARE u FAST-CARE.

MINN META BEDA JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 ilu japplika mill-.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, , pp. 320–469).

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

l-aħħar aġġornament