Istitut tal-UE għall-Istudji tas-Sigurtà

L-Istitut għall-Istudji tas-Sigurtà tal-Unjoni Ewropea jipprovdi riċerka u analiżi dwar kwistjonijiet internazzjonali sabiex jgħinu lill-UE tiżviluppa l-politika barranija u tas-sigurtà tagħha.

ATT

Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/75/PESK tal-10 ta' Frar 2014 dwar l-Istitut tal-Unjoni Ewropea għall-Istudji fuq is-Sigurtà.

SOMMARJU

Permezz ta’ din id-deċiżjoni tal-Kunsill, l-Unjoni Ewropea (UE) iddeċidiet li tkompli tibbaża fuq il-kompetenza tal-Istitut għall-Istudji tas-Sigurtà tal-Unjoni Ewropea (EUISS) sabiex tipprovdi riċerka u analiżi dwar kwistjonijiet internazzjonali għall-Politika Barranija u tas-Sigurtà Komuni tal-UE (CFSP). L-EUISS kien l-ewwel stabbilit f’Jannar 2002. Huwa stabbilit f’Pariġi u għandu uffiċċju ta’ kollegament fi Brussell.

Permezz tar-riċerka u l-analiżi tiegħu, l-EUISS jikkontribwixxi għat-teħid ta’ deċiżjonijiet Ewropej fil-qasam tal-CFSP. B’mod partikolari, huwa jagħmel analiżi u jipprovdi forum għal dibattitu dwar l-istrateġija esterna tal-UE f’oqsma li jinkludu l-prevenzjoni ta’ kunflitti u l-ħolqien tal-paċi. L-attivitajiet tiegħu jinkludu organizzazzjoni ta’ avvenimenti għal netwerks u workshops, kif ukoll il-ġabra ta’ informazzjoni relevanti għall-uffiċjali u l-esperti tal-UE. Jagħmilha wkoll ta’ interface bejn l-istituzzjonijiet tal-UE u l-grupp ta’ esperti esterni, inklużi dawk li jaħdmu fil-qasam tas-sigurtà.

L-EUISS huwa immaniġġjat minn Bord u Direttur.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/75/PESK

10.2.2014

-

ĠU L 41 tat-12.2.2014

L-aħħar aġġornament: 11.06.2014