Lejn trasferimenti tal-armi iktar responsabbli: l-UE u t-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi

SOMMARJU TA’:

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/269/PESK li tawtorizza lill-Istati Membri jiffirmaw, fl-interessi tal-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/165/UE li tawtorizza lill-Istati Membri jirrattifikaw, fl-interessi tal-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi.

X’INHU L-GĦAN TA’ DAWN ID-DEĊIŻJONIJIET?

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/269/PESK tawtorizza lill-pajjiżi tal-UE biex jiffirmaw it-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/165/UE tawtorizzahom biex jirratifikawh.

PUNTI EWLENIN

L-għan tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi,, li ġie adottat fl-2013, huwa li jikkontribwixxi għal paċi, sigurtà u stabbiltà internazzjonali u reġjonali billi jirregola l-kummerċ internazzjonali f’armi konvenzjonali u jeqred il-kummerċ illeċitu tal-armi.

Jagħmel dan billi jistabbilixxi l-ogħla standards internazzjonali komuni possibbli għall-kummerċ internazzjonali tal-armi konvenzjonali.

It-trattat japplika għall-armi konvenzjonali kollha fil-kategoriji li ġejjin:

It-Trattat jimmira li jikseb regolamentazzjoni iktar responsabbli tal-kummerċ tal-armi billi jeħtieġ:

Dan it-Trattat għalhekk jista’ jipprevjeni milli l-armi jaqgħu f’idejn ħżiena, b’hekk titnaqqas is-sofferenza tal-bniedem u jikkontribwixxi b’mod tanġibbli għall-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà internazzjonali.

L-UE adottat programm ta’ appoġġ ta’ implimentazzjoni. Dan jipprovdi fondi biex jappoġġja l-isforzi tal-pajjiżi biex jimplimentaw it-Trattat billi jsaħħu s-sistemi ta’ kontroll tat-trasferiment tal-armi tagħhom.

Dan it-trattat daħal fis-seħħ fl-.

META DAĦLU FIS-SEĦĦ ID-DEĊIŻJONIJIET?

Id-Deċiżjoni 2013/269/PESK applikat sa mill-. Id-Direttiva 2014/165/UE daħlet fis-seħħ fil-.

SFOND

It-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi huwa riżultat ta’ riżoluzzjoni tan-NU fl-2006 u jimmira li jipprovdi standards internazzjonali komuni għall-importazzjoni, l-esportazzjoni u t-trasferiment tal-armi konvenzjonali. Minħabba li ċerti aspetti li jkopri jaqgħu fi ħdan il-kompetenza tal-UE, il-pajjiżi tal-UE kienu jeħtieġu l-awtorizzazzjoni tal-Kunsill biex jiffirmawh u jirrattifikawh — is-suġġett ta’ żewġ (2) deċiżjonijiet koperti minn dan is-sommarju.

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/269/PESK tas- li tawtorizza lill-Istati Membri biex jiffirmaw, fl-interessi tal-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi (ĠU L 155, , p. 9)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/165/UE tat- li tawtorizza lill-Istati Membri jirrattifikaw, fl-interessi tal-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi (ĠU L 89, , p. 44)

l-aħħar aġġornament