Aġenzija Ewropea għad-Difiża (mill-2011)

L-Aġenzija Ewropea għad-Difiża tappoġġja lill-Kunsill u lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom għat-titjib tal-kapaċitajiet ta’ difiża tal-UE u għas-sostenn tal-Politika ta’ Sigurtà u Difiża Komuni (PSDK) billi tidentifika ħtiġijiet operazzjonali, issaħħaħ il-bażi teknoloġika u industrijali tal-UE u tippromwovi r-riċerka u akkwist militari effettiv.

ATT

Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/411/PESK tat-12 ta' Lulju 2011 li tiddefinixxi l-istatut, is-sede u r-regoli operattivi tal-Aġenzija Ewropea tad-Difiża u li tirrevoka Azzjoni Konġunta 2004/551/PESK.

SOMMARJU

L-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (EDA) ġiet stabbilita fl-2004 bħala aġenzija fil-qasam tal-iżvilupp tal-kapaċitajiet ta’ difiża, riċerka, akkwisti u armamenti sabiex tappoġġja lill-Kunsill u lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom sabiex itejbu l-kapaċitajiet ta’ difiża tal-UE.

Tipprovdi qafas legali u istituzzjonali sabiex tippermetti lill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (UE) jikkooperaw fl-iżvilupp tal-kapaċitajiet militari, fil-kuntest tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (PESK), u b’mod partikolari l-PSDK.

It-Trattat ta’ Lisbona daħħal dispożizzjoni speċifika dwar l-EDA fit-Trattat tal-Unjoni Ewropea (Artikolu 45; ara wkoll l-Artikolu 42(3)). Għalhekk, f’Lulju 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/411/PESK li tieħu post l-att legali oriġinali li huwa s-sinsla tal-EDA.

Kompiti

Il-kompiti tal-aġenzija huma li:

L-Aġenzija hija wkoll lesta li tappoġġja kooperazzjoni strutturata permanenti, jekk jiddeċiedi hekk il-Kunsill.

Il-missjoni tal-Aġenzija hija mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-Istati Membri fi kwestjonijiet ta’ difiża.

Governanza

L-Aġenzija għandha l-kwartieri ġenerali tagħha fi Brussell u hija taħt is-superviżjoni tal-Kunsill.

Bord ta’ Tmexxija, li huwa magħmul minn rappreżentant wieħed għal kull Stat Membru u minn rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea (mingħajr dritt għall-vot), huwa l-korp ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet. Jiltaqa’ fuq livell ta’ Ministru tad-Difiża tal-anqas darbtejn fis-sena, u f’kompożizzjonijiet speċifiċi, bħal Diretturi tar-Riċerka u Teknoloġija jew Diretturi tal-Politika tad-Difiża, f’ħinijiet oħrajn. Il-pajjiżi kollha tal-UE minbarra d-Danimarka jipparteċipaw fl-EDA.

Ir-Rappreżentant Għoli tal-Politika tas-Sigurtà u Affarijiet Barranin imexxi l-EDA u jipprovdi r-rabta bejn l-EDA u l-Kunsill. Kap Eżekuttiv huwa responsabbli għas-sorveljanza u l-koordinazzjoni tal-unitajiet funzjonali.

Finanzjar

L-ispejjeż tal-operat tal-Aġenzija huwa ffinanzjati mill-pajjiżi membri fi proporzjoni mal-GNP tagħhom. Proġetti individwali huma ffinanzjati b’mod separat mill-pajjiżi membri li jipparteċipaw.

Relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi

L-Aġenzija tista’ tistabilixxi kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi. Tista’ wkoll tikkollabora ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali bħall-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA) jew l-Organizzazzjoni Konġunta għall-Kooperazzjoni fil-Qasam tal-Armamenti (OCCAR).

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/411/PESK

13.7.2011

-

ĠU L 183, 13.7.2011

L-aħħar aġġornament: 18.06.2014