Kulleġġ Ewropew ta’ Sigurtà u ta’ Difiża
SOMMARJU TA’:
Deċiżjoni (PESK) 2016/2382 li tistabbilixxi Kulleġġ Ewropew ta’ Sigurtà u ta’ Difiża
X’INHU L-GĦAN TAD-DEĊIŻJONI?
PUNTI EWLENIN
Il-KESD huwa magħmul minn netwerk ta’ istituzzjonijiet, kulleġġi, akkademji u istituzzjonijiet nazzjonali madwar l-UE li jindirizzaw kwistjonijiet relatati mal-politika tas-sigurtà u ta’ difiża, kif ukoll l-Istitut tal-UE għall-Istudji fuq is-Sigurtà.
Jaħdem taħt ir-responsabilità ġenerali tar-Rappreżentanti Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà.
Ġie stabbilit għall-ewwel darba f’Lulju 2005.
L-objettivi ewlenin tal-KESD huma li:
Il-kompiti ewlenin tal-KESD huma li jorganizza u jmexxi attivitajiet ta’ taħriġ u edukazzjoni fil-qasam tal-PSDK. Dawn jinkludu:
Attivitajiet oħrajn tal-KESD jinkludu:
Il-KESD għandu l-istruttura segwenti:
Kumitat ta’ tmexxija: jinkludi rappreżentanti mill-pajjiżi tal-UE, huwa responsabbli għall-koordinazzjoni ġenerali u direzzjoni tal-attivitajiet tal-KESD.
Bord akkademiku eżekuttiv: jinkludi b’mod ewlieni lir-rappreżentanti anzjani minn istituzzjonijiet ċivili, diplomatiċi, tal-pulizija u militari. Huwa responsabbli għall-kwalità u l-koerenza tal-attivitajiet ta’ taħriġ tal-KESD.
Kap tal-KESD: responsabbli għall-organizzazzjoni u l-amministrazzjoni tal-attivitajiet ta’ taħriġ tal-KESD u għall-iffinanzjar u ġestjoni amministrattiva tal-KESD.
Segretarjat tal-KESD: jassisti lill-Kap tal-KESD fit-twettiq tad-dmirijiet.
Il-persunal tal-KESD jikkonsisti minn persunal sekondat lill-KESD mill-istituzzjonijiet tal-UE, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u l-aġenziji tal-UE, kif ukoll minn esperti nazzjonali sekondati mill-pajjiżi tal-UE. Is-SEAE jipprovdi appoġġ loġistiku lis-Segretarjat, li huwa ko-allokat mas-SEAE.
Baġit
Il-KESD jirċievi kontribuzzjoni annwali mill-baġit tal-UE, kif ukoll kontribuzzjonijiet mhux finanzjarji għal attivitajiet ta’ taħriġ tal-KESD. Xi fondi addizzjonali jiġu minn pajjiżi tal-UE u istituzzjonijiet jew donaturi oħrajn.
META TAPPLIKA D-DEĊIŻJONI?
Ilha fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2017.
DOKUMENT EWLIENI
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2382 tal-21 ta’ Diċembru 2016 li tistabbilixxi Kulleġġ Ewropew ta’ Sigurtà u ta’ Difiża (KESD) u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/189/PESK (ĠU L 352, 23.12.2016, p. 60-73)
Emendi li saru wara għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/2382 ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni kkonsolidata għandha valur dokumentarju biss.
DOKUMENTI RELATATI
Verżjoni kkonsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea — Titolu V — Dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-azzjoni esterna tal-Unjoni u dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-politika estera u ta’ sigurtà komuni — Kapitolu 1 — Dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-azzjoni esterna tal-Unjoni — l-Artikolu 21 (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 28-29)
Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/189/PESK tat-22 ta’ April 2013 li tistabbilixxi Kulleġġ Ewropew ta’ Sigurtà u ta’ Difiża (KESD) u li tħassar l-Azzjoni Konġunta 2008/550/PESK (ĠU L 112, 24.4.2013, p. 22-29)
Ara l-verżjoni konsolidata
l-aħħar aġġornament 04.10.2018