Id-Direttiva 2014/59/UE tistabbilixxi regoli ġodda li jkopru istituzzjonijiet finanzjarji f’diffikultà minħabba li ħafna Stati Membri tal-Unjoni Ewropea (UE) kellhom jinjettaw fondi pubbliċi fis-sistemi bankarji tagħhom biex isalvaw il-banek wara l-kriżi finanzjarja tal-2008.
Id-direttiva għandha l-għan li tevita salvataġġi li jinvolvu l-użu tal-flus tal-kontribwenti f’każijiet futuri ta’ falliment tal-bank.
Hija tistabbilixxi regoli komuni tal-UE għall-irkupru u r-ristrutturar ta’ banek li fallew.
PUNTI EWLENIN
Banek f’diffikultà — prevenzjoni
Kull bank jeħtieġ li jħejji pjan ta’ rkupru u jissottomettih lill-awtorità nazzjonali kompetenti.
L-awtorità ta’ riżoluzzjoni nazzjonali jeħtieġ ukoll li tfassal pjan ta’ riżoluzzjoni fil-każ li l-irkupru ma jkunx effettiv u jkun hemm bżonn ta’ ristrutturar (riżoluzzjoni).
Iż-żewġ pjanijiet jistabbilixxu l-azzjoni li għandha tittieħed jekk bank ikollu diffikultajiet li jwasslu għall-falliment tiegħu.
Banek f’sitwazzjoni finanzjarja diffiċli — intervent bikri
Meta bank ikun f’sitwazzjoni finanzjarja diffiċli, l-awtorità nazzjonali kompetenti għandha s-setgħa li tintervjeni, billi pereżempju taħtar amministratur temporanju tal-bank.
Banek li qed ifallu — ristrutturar (riżoluzzjoni)
Jekk l-ispiral ’l isfel tal-bank ikompli, l-awtorità nazzjonali ta’ risoluzzjoni għandha varjetà ta’ setgħat ta’ ristrutturar sabiex timminimizza l-ispiża tal-kontribwenti minħabba l-falliment tiegħu inkluż il-ħtieġa li s-settur privat iġarrab l-ispejjeż l-ewwel.
Dan il-mekkaniżmu ta’ salvataġġ, li jimmarka bidla tar-rotta meta mqabbel mal-għodda pubblika ta’ salvataġġ, kellu jidħol fis-seħħ mhux aktar tard minn Jannar 2016. L-Istati Membri diġà setgħu jiddeċiedu li jinkorporaw l-għodda ta’ salvataġġ fis-sistemi legali tagħhom qabel dik id-data.
Jekk bank jikkrolla, l-azzjonisti jkunu minn ta’ l-ewwel li jkopru l-ispejjeż tal-istrutturar. Imbagħad, il-kredituri jintalbu jikkontribwixxu, ma’ depożitaturi mhux garantiti (li għandhom depożiti ta’ aktar minn EUR 100 000) jidħlu l-aħħar. Id-Direttiva Emendatorja (UE) 2017/2399 armonizzat ir-regoli dwar il-ġerarkija tal-kredituri tal-bank permezz tal-ħolqien ta’ klassi ġdida ta’ dejn superjuri mhux bi preferenza li tikklassifika fl-insolvenza fuq strumenti ta’ fondi proprji u passivi subordinati, iżda taħt obbligi superjuri oħra. Din il-klassifikazzjoni statutorja tal-insolvenza ġdida għal dejn superjuri mhux bi preferenza għandha l-għan li ttejjeb l-applikazzjoni tal-għodda tas-salvataġġ fir-rigward tal-istrumenti ta’ dejn li huma eliġibbli għar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligi eliġibbli (MREL). Din se tgħin ukoll fl-implimentazzjoni tal-istandard tal-Kapaċità Totali ta’ Assorbiment tat-Telf tal-UE għal istituzzjonijiet finanzjarji globali sistematikament importanti.
L-azzjonisti u l-kredituri jridu jikkontribwixxu għat-telf tal-istituzzjoni li tkun qed tfalli. Huma jkopru t-telf sa mill-inqas 8 % tal-passivi totali (dejn jew obbligazzjonijiet) tal-bank li jkun għaddej minn pjan ta’ ristrutturar. Jekk ikun fadal xi telf x’jiġi kopert, jista’ jintervjeni l-fond tar-riżoluzzjoni (ara taħt). Setgħat oħrajn li għandhom l-awtoritajiet nazzjonali jinkludu l-possibilità li jbiegħu l-istituzzjoni li tkun għaddejja minn ristrutturar jew jamalgamawha ma’ oħra.
Sabiex jiġi implimentat l-istandard tal-Kapaċità Totali tal-Assorbiment tat-Telf żviluppat mill-Bord għall-Istabilità Finanzjarja f’Novembru 2015, id-Direttiva Emendatorja (UE) 2019/879 introduċiet regoli ġodda li jikkonċernaw il-kapaċità ta’ assorbiment tat-telf u ta’ rikapitalizzazzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment.
Id-Direttiva Emendatorja (UE) 2022/2556 tallinja r-regoli tad-direttiva, u diversi direttivi relatati oħra, mar-rekwiżiti dwar ir-riskju tal-ICT għall-entitajiet finanzjarji stabbiliti fir-reżiljenza operazzjonali diġitali tar-regolament tas-settur finanzjarju, ir-Regolament (UE) 2022/2554 (ara s-sommarju).
Fondi ta’ riżoluzzjoni nazzjonali biex jipprovdu appoġġ finanzjarju għall-pjanijiet ta’ ristrutturar tal-banek
Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi fond ta’ riżoluzzjoni nazzjonali ffinanzjat bil-quddiem minn istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti tal-investiment stabbiliti fit-territorju tiegħu. Dan il-fond għandu jintuża biex jiffinanzja r-ristrutturar ta’ bank li qed ifalli.
Punt ta’ aċċess uniku Ewropew
Id-Direttiva Emendatorja (UE) 2023/2864 iddaħħal artikolu fid-Direttiva 2014/59/UE li jirrikjedi li l-Istati Membri, mill-, jiżguraw li, meta jagħmlu pubblika kwalunkwe informazzjoni regolata, l-entità rilevanti tissottometti fl-istess ħin dik l-informazzjoni lill-korp ta’ ġbir. Huma jridu jinnotifikaw ukoll lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq bl-għan li jagħmluha aċċessibbli fuq il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew, stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2023/2859.
It-twaqqif ta’ MREL interna fuq bażi konsolidat
Id-Direttiva Emendatorja (UE)2024/1174 tintroduċi regoli li jippermettu lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jistabbilixxu l-MREL intern fuq bażi konsolidata, soġġett għal ċerti kundizzjonijiet. Dan hu biex jimmitigaw il-possibbilità ta’ impatt sproporzjonat, detrimentali għal ċerti strutturi ta’ gruppi bankarji, jiġifieri dawk li joperaw taħt il-kumpanija holding omm u ċerti strutturi ta’ kumpaniji li joperaw — xenarju identifikat mill-Kummissjoni Ewropea. Fejn grupp bankarju jkollu l-permess mill-awtorità tar-riżoluzzjoni biex japplika dan it-trattament konsolidat, is-sussidjarji intermedji mhux ser ikunu obbligati jnaqqsu t-titoli individwali tagħhom tal-MREL interna.
Id-Direttiva Emendatorja (UE)2025/1 tintroduċi rekwiżiti ġodda fid-Direttiva 2014/59/UE biex tiżgura l-kondiviżjoni tal-informazzjoni u l-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni u s-superviżjoni fil-qasam tal-assigurazzjoni u dawk fil-qasam bankarju. B’mod partikolari, tipprevedi kooperazzjoni mill-qrib bejn dawk l-awtoritajiet meta jkunu qed jabbozzaw pjanijiet ta’ rkupru u ta’ riżoluzzjoni għal entitajiet u gruppi li jkunu parti minn konglomerati finanzjarji u l-involviment tagħhom fil-kulleġġi ta’ riżoluzzjoni.
Bejn l-2015 u l-2024, il-Kummissjoni Ewropea adottat serje ta’ atti ta’ implimentazzjoni u ta’ delega fil-kuntest tad-Direttiva 2014/59/UE. Dawn jinkludu:
il-kalkolu u l-aġġustament għall-profil ta’ riskju tal-istituzzjonijiet u l-kontribuzzjonijiet li għandhom jitħallsu mill-banek għall-fondi ta’ riżoluzzjoni, u
l-informazzjoni li l-banek għandhom jipprovdu sabiex tiġi kkalkulata l-kontribuzzjoni tagħhom għal fond ta’ riżoluzzjoni.
iċ-ċirkostanzi u l-kondizzjonijiet li skonthom il-kontribuzzjonijiet ta’ ħlas lura ta’ istituzzjoni għal fond ta’ riżoluzzjoni jistgħu jiġu posposti parzjalment jew kompletament,
il-kriterji użati biex jiddeterminaw liema mill-attivitajiet, servizzi u operazzjonijiet tal-istituzzjoni huma essenzjali għall-ekonomija, u
il-kriterji użati biex jiddeterminaw il-linji tan-negozju prinċipali u s-servizzi assoċjati;
Ir-Regolament Delegat (UE) 2016/860 jispeċifika ulterjorment iċ-ċirkostanzi li fihom l-eskulżjoni mill-applikazzjoni tas-segħat tal-valwazzjoni negattiva jew tal-konverżjoni huma meħtieġa skont l-Artikolu 44(3) tad-Direttiva 2014/59/UE;
Ir-Regolament (UE) 2016/911 rigward il-forma u l-kontenut tad-deskrizzjoni ta’ ftehimiet ta’ appoġġ finanzjarju tal-grupp;
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/962 dwar formati, mudelli u definizzjonijiet uniformi biex jużawhom l-awtoritajiet kompetenti meta jidentifikaw u jittrażmettu l-informazzjoni mingħand l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni lill-Awtorità Bankarja Ewropea;
Ir-Regolament Delegat (UE) 2016/1075 dwar, fost affarijiet oħra, standards li jispeċifikaw il-kontenut tal-pjanijiet ta’ rkupru, il-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni u l-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni tal-grupp;
Ir-Regolament Delegat (UE) 2016/1400 dwar l-elementi minimi ta’ pjan ta’ riorganizzazzjoni tan-negozju u l-kontenut minimu tar-rapporti dwar l-implimentazzjoni tiegħu;
Ir-Regolament Delegat (UE) 2016/1401 dwar standards għal metodoloġiji u prinċipji dwar il-valwazzjoni tal-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn derivattivi;
Ir-Regolament Delegat (UE) 2016/1450 dwar il-kriterji li għandhom x’jaqsmu mal-metodoloġija għall-iffissar tal-MREL
Ir-Regolament Delegat (UE) 2016/1712 dwar standards għal informazzjoni dwar kuntratti finanzjarji;
Ir-Regolament Delegat (UE) 2017/867 dwar il-klassijiet ta’ arranġamenti li għandhom jiġu protetti fi trasferiment parzjali ta’ proprjetà.
Ir-Regolament Delegat (UE) 2018/344 dwar l-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji li għandhom x’jaqsmu mal-metodoloġiji għall-valwazzjoni tad-differenza fit-trattament fir-riżoluzzjoni;
Ir-Regolament Delegat (UE) 2018/345 dwar l-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji li għandhom x’jaqsmu ma’ metodoloġiji għall-valwazzjoni tal-valur tal-assi u l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjonijiet jew l-entitajiet;
Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/348 dwar standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji għall-valutazzjoni tal-impatt ta’ falliment ta’ istituzzjoni fuq is-swieq finanzjarji, fuq istituzzjonijiet oħra u fuq il-kundizzjonijiet ta’ finanzjament;
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/622 dwar l-implimentazzjoni ta’ standards tekniċi fir-rigward ta’ mudelli, struzzjonijiet u metodoloġija għar-rapportar dwar l-MREL lill-Awtorità Bankarja Ewropea;
Ir-Regolament Delegat (UE) 2021/1118 dwar standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-metodoloġija li għandha tintuża mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni biex jiġu stmati r-rekwiżit imsemmi fid-Direttiva 2013/36/UE u r-rekwiżit tal-bafer kombinat għall-entitajiet ta’ riżoluzzjoni fil-livell konsolidat tal-grupp ta’ riżoluzzjoni fejn il-grupp ta’ riżoluzzjoni mhuwiex soġġett għal dawk ir-rekwiżiti skont id-direttiva;
Ir-Regolament Delegat (UE) 2021/1340 dwar standards tekniċi regolatorji li jiddeterminaw il-kontenut tal-klawżoli kuntrattwali dwar ir-rikonoxximent tas-setgħat ta’ sospensjoni tar-riżoluzzjoni.
Ir-Regolament Delegat (UE) 2021/1527 fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar ir-rikonoxximent kuntrattwali ta’ setgħat ta’ tnaqqis fil-valur u ta’ konverżjoni.
Ir-Regolament Delegat (UE) 2023/662 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/63, fir-rigward tal-metodoloġija għall-kalkolu ta’ obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn derivattivi:
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1618 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/763 fir-rigward tar-rapportar superviżur u żvelar pubbliku tar-rekwiżit minimu għall-fondi propji u obbligazzjonijiet eliġibbli; u
Ir-Regolament Delegat (UE) 2024/895 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/63, fir-rigward tal-metodoloġija għall-kalkolu ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli u r-reġim eliġibbli.
MINN META JAPPLIKAW IR-REGOLI?
Id-Direttiva 2014/59/UE kellha tiġi trasposta fid-dritt nazzjonali sal-, u r-regoli kienu japplikaw mill-.
Id-Direttiva Emendatorja (UE) 2017/2399 kellha tiġi trasposta fil-liġi nazzjonali sas- u dawn ir-regoli ilhom japplikaw minn dik id-data.
Id-Direttiva Emendatorja (UE) 2019/879 kellha tiġi trasposta fil-liġi nazzjonali sat-. Ir-regoli tagħha applikaw fl-Istati Membri minn dik id-data, bl-eċċezzjoni tar-regola dwar żvelar pubbliku tal-MREL, li kellha tapplika mill-, b’dati aktar tard ta’ applikazzjoni possibbli f’ċerti ċirkostanzi.
Id-Direttiva Emendatorja (UE) 2022/2556 kellha tiġi trasposta fil-liġi nazzjonali sas- u r-regoli ilhom japplikaw minn dik id-data.
Id-Direttiva Emendatorja (UE) 2023/2864 kellha tiġi trasposta fid-dritt nazzjonali sal- u bdiet tapplika minn dik id-data.
Id-Direttiva Emendatorja (UE) 2024/1174 kellha tiġi trasposta fil-liġi nazzjonali sat- u r-regoli ilhom japplikaw mill-.
Id-Direttiva Emendatorja (UE) 2025/1 għandha tiġi trasposta fid-dritt nazzjonali sad-, u r-regoli se japplikaw mit-.
Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, , pp. 190–348).
L-emendi suċċessivi Direttiva 2014/59/UE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
DOKUMENTI RELATATI
Id-Direttiva (UE) 2025/1 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u għar-riżoluzzjoni tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (IRRD).
Ir-Regolament (UE) 2023/2859 li jistabbilixxi punt ta’ aċċess uniku Ewropew (ESAP) li jipprovdi aċċess ċentralizzat għal informazzjoni disponibbli pubblikament ta’ rilevanza għas-servizzi finanzjarji, is-swieq kapitali u s-sostenibbiltà.
Ir-Regolament (UE) 2022/2554 dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju (l-Att dwar ir-Reżiljenza Operazzjonali Diġitali (DORA)).
Id-Direttiva (UE) 2022/2556 li temenda diversi direttivi tas-settur finanzjarju fir-rigward tar-reżiljenza operazzjonali diġitali.
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/622 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2014/59/UE fir-rigward ta’ mudelli ta’ rapportar uniformi dwar ir-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli.
Ir-Regolament Delegat (UE) 2021/1118 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE bi standards tekniċi regolatorji dwar il-metodoloġija għall-istima tar-rekwiżit fl-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE u r-rekwiżit ta’ riżerva kombinat għal entitajiet ta’ riżoluzzjoni.
Ir-Regolament Delegat (UE) 2021/1340 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jiddeterminaw il-kontenut tal-klawżoli kuntrattwali dwar ir-rikonoxximent tas-setgħat ta’ sospensjoni tar-riżoluzzjoni.
Ir-Regolament Delegat (UE) 2021/1527 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar ir-rikonoxximent kuntrattwali ta’ setgħat ta’ tnaqqis fil-valur u ta’ konverżjoni.
Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/348 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji għall-valutazzjoni tal-impatt ta' falliment ta' istituzzjoni fuq is-swieq finanzjarji, fuq istituzzjonijiet oħra u fuq il-kundizzjonijiet ta' finanzjament.
Ir-Regolament Delegat (UE) 2018/344 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE bi standards tekniċi regolatorji dwar il-kriterji u l-metodoloġiji għall-valwazzjoni tad-differenza fit-trattament fir-riżoluzzjoni.
Ir-Regolament Delegat (UE) 2018/345 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji dwar il-kriterji u l-metodoloġija għall-valutazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjonijiet jew l-entitajiet.
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2303 li jistabbilixxi l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward ta’ proċeduri, formoli u mudelli għall-informazzjoni għal pjanijiet ta’ riżoluzzjoni skont id-Direttiva 2014/59/UE.
Ir-Regolament Delegat (UE) 2017/867 dwar il-klassijiet ta' arranġamenti li għandhom jiġu protetti fi trasferiment parzjali ta' proprjetà skont l-Artikolu 76 tad-Direttiva 2014/59/UE.
Ir-Regolament Delegat (UE) 2016/778 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE dwar id-differiment ta' kontribuzzjonijiet straordinarji ex post u dwar kriterji għad-determinazzjoni ta' funzjonijiet kritiċi u linji tan-negozju ewlenin.
Ir-Regolament Delegat (UE) 2016/860 li jispeċifika iċ-ċirkostanzi meta esklużjoni mill-applikazzjoni tas-setgħat ta' tniżżil fil-valur jew ta' konverżjoni hija meħtieġa skont l-Artikolu 44(3) tad-Direttiva 2014/59/UE.
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/911 li jistipula standards tekniċi ta' implimentazzjoni rigward il-forma u l-kontenut tad-deskrizzjoni ta' ftehimiet ta' appoġġ finanzjarju tal-grupp skont id-Direttiva 2014/59/UE.
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/962 li jistabbilixxi l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni rigward formati, mudelli u definizzjonijiet għall-informazzjoni sottomessa lill-Awtorità Bankarja Ewropea skont id-Direttiva 2014/59/UE.
Ir-Regolament Delegat (UE) 2016/1075 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE bi standards tekniċi regolatorji dwar il-pjanijiet ta' rkupru u ta' riżoluzzjoni, il-valutaturi indipendenti, il-valwazzjonijiet, ir-rikonoxximent kuntrattwali, in-notifiki, l-avviżi ta' sospensjoni u l-funzjonament tal-kulleġġi ta' riżoluzzjoni.
Ir-Regolament Delegat (UE) 2016/1400 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-elementi minimi ta' pjanijiet ta' riorganizzazzjoni tan-negozju u rapporti dwar il-progress.
Ir-Regolament Delegat (UE) 2016/1401 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE bi standards tekniċi regolatorji dwar metodoloġiji u prinċipji għall-valwazzjoni tal-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn derivattivi.
Ir-Regolament Delegat (UE) 2016/1450 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE bi standards tekniċi regolatorji dwar il-kriterji u l-metodoloġija għall-iffissar tal-MREL.
Ir-Regolament Delegat (UE) 2016/1712 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE bi standards tekniċi regolatorji dwar l-informazzjoni minima dwar kuntratti finanzjarji għall-finijiet ta' riżoluzzjoni.
Ir-Regolament ta' Delega (UE) 2015/63 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-arranġamenti ta' finanzjament ta' riżoluzzjoni.