Pedaġġi elettroniċi tat-toroq — il-kompatibbiltà bejn il-pajjiżi

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Direttiva 2004/52/KE — interoperabilità tas-sistemi tal-UE ta’ pedaġġ elettroniku tat-toroq

SOMMARJU

X’TAGĦMEL ID-DIRETTIVA?

Din tistabbilixxi l-kundizzjonijiet biex tiżgura li s-sistemi elettroniċi ta’ pedaġġ tat-toroq fl-UE huma kompatibbli u jistgħu jaħdmu flimkien. Din tapplika għall-ġbir elettroniku tat-tipi kollha ta’ tariffi fit-toroq, mini, pontijiet u mezzi tat-trasport tul korp ta’ ilma.

KEY POINTS

META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Din tapplika mill-20 ta’ Mejju 2004. Il-pajjiżi tal-UE kellhom jinkorporawha fil-liġi nazzjonali sad-19 ta’ Novembru 2005.

SFOND

TERMINI EWLENIN

* Sistema globali għall-komunikazzjoni mobbli (GSM): standard tat-telekomunikazzjonijiet għal netwerks ċellulari diġitali użati mit-telefowns ċellulari

* Pakkett Ġenerali ta’ Servizz bir-Radju (GPRS): forma ta’ servizz ta’ komunikazzjoni bla fili bbażat fuq pakkett li jippermetti lil telefowns ċellulari u kompjuters ikollhom konnessjoni kontinwa mal-Internet.

ATT

Directive 2004/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-interoperabilità tas-sistemi ta’ pedaġġ elettroniku tat-toroq fil-Komunità (ĠU L 166, 30.4.2004, p. 124–143) (Mhux disponibbli bil-Malti)

L-emendi suċċessivi għad-Direttiva 2004/52/KE ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni konsolidata hija biss ta’ valur dokumentarju.

ATTI RELATATI

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/750/KE tas-6 ta’ Ottubru 2009 dwar id-definizzjoni tas-Servizz Elettroniku Ewropew tan-Nollijiet u l-elementi tekniċi tiegħu (notifikata bid-dokument numru C(2009) 7547) (ĠU L 268, 13.10.2009, p. 11–29)

l-aħħar aġġornament 08.03.2016