Regoli riveduti għas-servizzi ta’ pagament fl-UE

SOMMARJU TA’:

Sommarju tad-Direttiva 2015/2366 dwar is-servizzi ta' pagamenti fis-suq intern

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

Id-Direttiva (UE) 2015/2366 irrevokat d-Direttiva 2007/64/KE mit-.

PUNTI EWLENIN

Id-direttiva tistabbilixxi regoli dwar:

Id-direttiva hija kkomplementata permezz tar-Regolament (UE) 2015/751 li jillimita t-tariffi tal-interkambju imposti bejn il-banek għal tranżazzjonijiet b’kard. Dan huwa mistenni jnaqqas l-ispejjeż għall-impriżi fl-aċċettazzjoni tal-kards ta' debitu u ta' kreditu tal-konsumaturi.

Lejn integrazzjoni aħjar tas-suq tal-pagamenti tal-UE

Id-direttiva tistabbilixxi sett ta’ regoli ċar u komprensiv li japplika għall-fornituri eżistenti u ġodda ta’ servizzi ta’ pagament innovattivi. Dawn ir-regoli għandhom l-għan li jiżguraw li dawn l-atturi jikkompetu fuq termini ugwali, li jwassal għal aktar effiċjenza, għażla u trasparenza fis-servizzi ta’ pagament, filwaqt li jsaħħu l-fiduċja tal-konsumaturi f’suq tal-pagamenti armonizzat.

Il-ftuħ tas-suq tal-UE għal servizzi u fornituri ġodda

Id-direttiva għandha wkoll l-għan li tiftaħ is-suq tal-pagamenti tal-UE għal kumpaniji li joffru servizzi ta’ pagament orjentati lejn il-konsumatur jew lejn in-negozju bbażati fuq l-aċċess għall-kont ta’ pagament, b’mod partikolari:

Drittijiet tal-konsumatur

Awtorizzazzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ pagament

Id-direttiva ma tbiddilx il-kundizzjonijiet sostanzjalment għall-għoti tal-awtorizzazzjoni lil istituzzjonijiet ta' pagament meta mqabbla mad-Direttiva 2007/64/KE. Madanakollu, l-istituzzjonijiet ta' pagament li joffru servizzi ta' bidu ta' pagament jew servizzi ta' informazzjoni dwar il-kontijiet se jkunu meħtieġa li jkollhom assigurazzjoni ta’ indemnità professjonali jew garanzija komparabbli bħala kundizzjoni ta' awtorizzazzjoni jew reġistrazzjoni, rispettivament.

Id-direttiva fiha wkoll regoli dwar is-superviżjoni tal-istituzzjonijiet ta' pagament awtorizzati, flimkien ma' miżuri fil-każ ta' nuqqas ta' konformità.

Ir-Rwol tal-Awtorità Bankarja Ewropea

Ir-rwol tal-Awtorità Bankarja Ewropea huwa msaħħaħ, sabiex:

Trasferimenti istantanji ta' kreditu

Ir-Regolament (UE) 2024/886 dwar trasferimenti istantanji ta' kreditu fl-euro jemenda d-Direttiva (UE) 2015/2366 fir-rigward ta’ ċerti arranġamenti li istituzzjonijiet ta’ pagament u istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi jridu jimplimentaw qabel ma jitolbu parteċipazzjoni f’sistema ta' pagamenti u, jekk jingħataw aċċess, matul parteċipazzjoni f’sistemi ta' pagamenti maħsuba għalhekk taħt id-Direttiva 98/26/KE. Tali istituzzjonijiet ta’ pagament u istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi ser ikollhom fis-seħħ:

Atti ta’ implimentazzjoni u delegati

Il-Kummissjoni adottat l-atti ta' implimentazzjoni u l-atti delegati li ġejjin fir-rigward tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni jew regolatorji rispettivament.

MINN META JAPPLIKAW IR-REGOLI?

Id-direttiva kellha tiġi trasposta fil-liġi nazzjonali sat-. Ir-regoli li hemm fid-direttiva ilhom japplikaw mill-istess data.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

  1. Servizzi ta' pagament. Servizzi li jippermettu li flus jitqiegħdu fi jew jinġibdu minn kont ta’ pagament, flimkien mal-operazzjonijiet kollha meħtieġa għat-tħaddim tal-kont. Dan jista’ jinkludi trasferimenti ta’ fondi, debiti diretti, trasferimenti ta’ kreditu u pagamenti bil-kard. Id-direttiva ma tkoprix tranżazzjonijiet stampati.

DOKUMENT PRINĊIPALI

Id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- dwar is-servizzi ta’ pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 337, , pp. 35-127).

L-emendi suċċessivi għad-Direttiva (UE) 2015/2366 ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

l-aħħar aġġornament .