L-immodernizzar u l-approfondiment tas-Suq Uniku: 12-il prijorità ġdida tat-tkabbir

L-Att dwar is-Suq Uniku II jimmira li jsaħħaħ it-tkabbir ekonomiku u x-xogħlijiet għal 500 miljun Ewropew. It-12-il azzjoni prinċipali tiegħu jkopru netwerks integrati, il-mobilità, l-ekonomija diġitali, kif ukoll l-intraprenditorija soċjali u l-fiduċja tal-konsumaturi.

ATT

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-Att dwar is-Suq Uniku II 'Flimkien għal tkabbir ġdid' (COM(2012) 573 final - mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

SOMMARJU

Il-Komunikazzjoni dwar l-Att dwar is-Suq Uniku II “Flimkien għal tkabbir ġdid” tiffoka fuq żvilupp tas-Suq Uniku saħansitra aktar, sabiex jiġu promossi t-tkabbir ekonomiku, il-koeżjoni soċjali u l-ħolqien tax-xogħol. L-adozzjoni tagħha mill-Kummissjoni Ewropea f'Ottubru 2012, fakkret l-20 anniversarju tas-Suq Uniku.

Is-Suq Uniku huwa żona komuni li tippermetti oġġetti, servizzi, kapital u persuni jiċċaqilqu b'mod liberu bejn it-28 Stat Membru tal-UE. Tiżgura wkoll li ċ-ċittadini huma liberi li jgħixu, jaħdmu, jistudjaw u li jagħmlu negozju kull fejn iridu fl-UE.

Is-Suq Waħdieni ġġenera madwar 2.8 miljun impjieg addizzjonali u 2.13% addizzjonali fil-PDG bejn l-1992 u l-2008. Jippermetti wkoll lill-konsumaturi Ewropej sabiex igawdu minn aktar għażla bi prezzijiet irħas.

12-il azzjoni prinċipali

L-azzjonijiet prinċipali tat-Tieni Att tas-Suq Uniku huma miġburin taħt dawn l-erba' titli:

L-Att dwar is-Suq Uniku II jibni fuq l-ewwel Att dwar is-Suq Uniku tas-27 ta' Ottubru 2010.

Implimentazzjoni tal-Att dwar is-Suq Uniku

l-aħħar aġġornament 09.03.2014