Riforma ġudizzjarja u ħidma kontra l-korruzzjoni: il-progress li sar mir-Rumanija

Fl-2007 ġie stabbilit mekkaniżmu ta’ monitoraġġ speċifiku magħruf bħala l-Mekkaniżmu għall-Kooperazzjoni u l-Verifika (MKV) fil-kuntest tal-adeżjoni tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea (UE) biex jissorvelja l-progress tagħha fl-oqsma tar-riforma ġudizzjarja u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni.

ATT

Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill Dwar il-Progress fir-Rumanija skont il-Mekkaniżmu għall-Kooperazzjoni u l-Verifika (COM (2015) 35 final tat-28 ta’ Jannar 2015).

Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill Dwar il-Progress fir-Rumanija skont il-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni u Verifika (COM (2014) 37 final tat-22 ta’ Jannar 2014).

SOMMARJU

Ir-rapporti tal-Kummissjoni Ewropea (KE) tal-2014 u l-2015 jiddeskrivu l-progress li sar mir-Rumanija f’dawk l-oqsma speċifiċi mill-2012 u l-2013.

PUNTI EWLENIN

Il-MKV jinkludi erba’ kriterji speċifiċi li jindirizzaw in-nuqqasijiet tar-Rumanija fir-riforma ġudizzjarja, l-integrità, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni f'livell għoli kif ukoll il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni fis-settur pubbliku.

L-għan ewlieni hu li jiġi stabbilit proċess ta’ rappurtar regolari sabiex jiġi żgurat li l-istandards f’oqsma bħal dawn jiġu ssodisfati u jitwettqu b’mod sodisfaċenti kif ukoll li r-Rumanija tingħata l-għajnuna biex tirrimedja n-nuqqasijiet li ġew indikati mill-MKV.

Rapporti dwar il-progress tal-2014 u l-2015

Ir-rapport tal-2014 jippreżenta l-analiżi tal-KE dwar il-passi li ttieħdu mir-Rumanija minn mindu tfasslu r-rapporti tal-2012 u l-2013 (dan tal-aħħar ġie ppubblikat wara li ġie elett gvern ġdid).

Il-konklużjoni ewlenija tar-rapport 2014 hi li r-Rumanija għamlet progress fl-istituzzjonijiet ġudizzjarji u tal-integrità ewlenin, anke f’ċirkostanzi politiċi diffiċli.

Madanakollu, ir-rapport jindika:

Ir-rapport tal-2015 juri wkoll passi speċifiċi li ttieħdu biex tiġi indirizzata l-korruzzjoni f’livell għoli, li ħolqu aktar fiduċja fost ir-Rumeni fir-rigward tal-ġudikatura u l-prosekuzzjoni kontra l-korruzzjoni.

Rakkomandazzjonijiet prinċipali:

Il-KE tistieden lir-Rumanija tikkonsolida u tassigura l-ħidma li saret s’issa. Filwaqt li l-implimentazzjoni tal-Kodiċijiet (Ċivili, Proċedura Ċivili, Kriminali u Proċedura Kriminali) uriet żviluppi produttivi, huma mistennija passi ġodda fl-indipendenza ġudizzjarja u r-riforma ġudizzjarja.

Huma meħtieġa elementi ta’ titjib oħrajn biex:

Il-KE tinsisti wkoll fuq koerenza akbar fid-deċiżjonijiet tal-Qorti u tal-Parlament (pereżempju, li l-membri parlamentari jiġu trattati bħala ċittadini ordinarji).

Sabiex tiġi appoġġata r-Rumanija, il-proċess ta’ monitoraġġ tal-MKV se jkompli jibbenefika minn fondi tal-UE u minn appoġġ kostruttiv mill-KE u pajjiżi oħra tal-UE.

Ara wkoll il-websajt tas-Segretarjat Ġenerali tal-KE dwar l-MKV, il-websajt MKV tar-Rumanija kif ukoll l-istqarrijiet għall-istampa tal-Kummissjoni tal-2014 u l-2015.

SFOND

Fil-kuntest tal-adeżjoni tar-Rumanija mal-UE fl-2007, dan il-pajjiż intalab jagħmel aktar progress f’oqsma bħar-riforma ġudizzjarja u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni. Ġie stabbilit qafas speċifiku biex jimmonitorja l-progress li sar mir-Rumanija f’dawn l-oqsma permezz tal-MKV. Proċess ekwivalenti jinsab għaddej ukoll fir-rigward tal-Bulgarija.

Il-proċess MKV huwa bbażat fuq valutazzjoni tal-progress mill-awtoritajiet tar-Rumanija u fuq informazzjoni mogħtija mill-pajjiżi tal-UE, minn organizzazzjonijiet internazzjonali, minn esperti indipendenti u sorsi oħra.

ATTI RELATATI

Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill Dwar il-progress fir-Rumanija taħt il-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni u Verifika (COM (2012) 410 final tat-18 ta’ Lulju 2012).

Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill Dwar il-Progress li sar fir-Rumanija skont il-Mekkaniżmu ta’ Koperazzjoni u Verifika ((COM (2013) 0047 final tat-30 ta’ Jannar 2013).

l-aħħar aġġornament 21.03.2015