Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Droga (2013-16)

Il-Pjan ta' Azzjoni jistabbilixxi 5 prijoritajiet fil-ġlieda kontra d-drogi: tnaqqis tad-domanda, tnaqqis tal-provvista, koordinazzjoni mal-UE kollha u fuq livell nazzjonali, kooperazzjoni internazzjonali, u fehim aħjar tal-fenomenu tad-droga.

ATT

Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Droga għall-2013-2016

SOMMARJU

Il-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Droga 2013-2016 huwa l-ewwel wieħed minn 2 pjanijiet iddisinjati sabiex jimplimentaw l-Istrateġija tal-UE dwar id-Droga għall-2013-20. L-Istrateġija timmira li tnaqqas kemm il-provvista kif ukoll id-domanda u li tindirizza l-ħsara soċjali u tas-saħħa kkawżata mill-użu tad-droga u min-negozju tad-droga.

Abbażi tal-qafas stabbilt fl-Istrateġija tal-UE dwar id-Droga, il-Pjan ta' Azzjoni jkopri 5 oqsma ta' prijorità :

Tnaqqis fid-domanda

Mira: tnaqqis miżurabbli fl-użu ta' drogi ġenerali u ta' drogi problematiċi, ħsara soċjali u għas-saħħa relatata mad-dipendenza u mad-droga, dewmien tal-perjodu meta persuna tibda tagħmel użu mid-droga.

Provvista mnaqqsa

Mira: tnaqqis miżurabbli fid-disponibilità u fil-provvista ta' drogi illeċiti fl-UE.

Koordinazzjoni mtejba

Mira: koordinazzjoni aktar effettiva tal-politiki dwar id-drogi li jinvolvu lill-gverniijiet nazzjonali, lill-istituzzjonijiet Ewropej, korpi tal-UE oħrajn (eż. Europol u Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga), gruppi taċ-ċittadini, organizzazzjonijiet internazzjonali u pajjiżi mhux tal-UE. Ta' importanza partikolari huma l-azzjonijiet li jiżguraw li

Kooperazzjoni internazzjonali msaħħa

Mira: djalogu u kooperazzjoni bejn l-UE, pajjiżi mhux tal-UE u organizzazzjonijiet internazzjonali.

Fehim imtejjeb tal-fenomenu tad-droga

Mira: evidenza robusta u komprensiva fuq liema għandhom ikunu bbażati l-politiki u l-azzjonijiet dwar id-droga.

Il-Pjan ta' Azzjoni għall-2017-2020 sejjer jitfassal sal-2016, wara reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-Istrateġija tal-UE dwar id-Droga.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Droga għall-2013-2016

30.11.2013

-

ĠU C 351 tat- 30.11.2013

DOKUMENTI LI SSIR REFERENZA GĦALIHOM

Strateġija tal-UE dwar id-Droga (2013-20)

l-aħħar aġġornament 17.03.2014