Dan ir-regolament jistabbilixxi regoli komuni għall-implimentazzjoni, matul il-perjodu 2014-2020, tat-tliet regolamenti speċifiċi tal-Unjoni Ewropea (UE) li jistabbilixxu żewġ Fondi għall-Affarijiet Interni:
Ir-regolament jistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni ta’ dawn iż-żewġ Fondi għall-Affarijiet Interni, inklużi l-prinċipji gwida, bħall-konformità mad-dritt tal-UE u dak nazzjonali, u l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE.
Azzjonijiet tal-UE, u assistenza ta’ emerġenza u dik teknika
Huma stipulati regoli għal azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi għall-Affarijiet Interni u implimentati direttament mill-Kummissjoni Ewropea, jew indirettament (azzjonijiet tal-UE — azzjonijiet ta’ benefiċċju għall-UE kollha kemm hi — u assistenza ta’ emerġenza u dik teknika).
Programmi nazzjonali
Huma deskritti r-regoli għat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ programmi nazzjonali, u r-regoli ta’ eliġibbiltà għal dawn il-programmi li huma implimentati mill-Istati Membri tal-UE. Huma stabbiliti wkoll regoli dwar il-mod kif il-fondi għandhom jiġu ġestiti u kkontrollati. Biex tkun żgurata l-ġestjoni bir-reqqa tal-finanzjament tal-UE, huma stabbiliti regoli dwar aspetti bħal:
kif l-Istati Membri jaħtru korpi responsabbli biex jiġġestixxu programmi u jikkontrollaw in-nefqa;
l-awditjar tal-programmi;
is-sospensjoni tal-pagamenti.
Informazzjoni u komunikazzjoni, monitoraġġ u evalwazzjoni
Ir-regolament jiddeskrivi r-regoli li għandhom jiġu segwiti fir-rigward ta’ informazzjoni u pubbliċità. Pereżempju, ir-riżultati tal-proġetti ffinanzjati mal-Fondi għall-Affarijiet Interni għandhom jiġu kkomunikati lill-pubbliku b’mod trasparenti. Barra minn hekk, huwa jiddefinixxi l-metodi ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni, u jistabbilixxi d-dati li fuqhom il-Kummissjoni għandha tippreżenta r-riżultati tal-fondi lill-Parlament Ewropew.
Regolamenti ta’ implimentazzjoni
Ir-regoli u l-prinċipji huma ppreżentati f’aktar fid-dettall fir-regolamenti ta’ implimentazzjoni, adottati mill-Kummissjoni, li speċifikament jittrattaw aspetti tekniċi bħal:
miżuri ta’ informazzjoni u pubbliċità għall-pubbliku kif ukoll miżuri ta’ informazzjoni għall-benefiċjarji sabiex tiżdied is-sensibilizzazzjoni tar-rwol tal-UE fil-programmi ta’ finanzjament;
karatteristiċi tekniċi tal-miżuri ta’ informazzjoni u pubbliċità (eż. il-format tal-emblema tal-UE li għandha tidher fuq il-materjal pubbliċitarju ta’ proġetti li jkunu ngħataw finanzjament);
l-istabbiliment tal-mudelli għad-dokumenti meħtieġa għall-pagament tal-bilanċ annwali (sabiex jiġi evitat dewmien fit-tħejjija ta’ talbiet għal pagamenti);
L-estensjoni tal-eliġibbiltà tal-iinfiq tal-Istati Membri
L-invażjoni mhux ipprovokata tar-Russja fl-Ukrajna fi Frar 2022 wasslet għal influss bil-massa ta’ persuni spostati mill-Ukrajna lejn diversi Stati Membri, u poġġiet pressjoni mġedda fuq ir-riżorsi finanzjarji tal-Istati Membri biex jittrattaw il-migrazzjoni urġenti, il-ġestjoni tal-fruntieri u l-ħtiġijiet tas-sigurtà. Ir-Regolament Emendatorju (UE)2022/585 joffri flessibbiltà fil-ġestjoni tal-Fondi għall-Affarijiet Interni 2014-2020 billi jestendi l-perjodu ta’ implimentazzjoni tagħhom b’sena. Barra minn hekk, dan jippermetti wkoll l-użu eċċezzjonali ta’ ammonti mhux minfuqa allokati lill-Istati Membri mill-AMIF tal-2014-2020 sabiex jgħinuhom jindirizzaw ċirkostanzi ġodda jew mhux previsti fir-rigward tal-ġestjoni tal-asil u tal-migrazzjoni.
Il-politiki tal-affarijiet interni tal-UE qed jiżdiedu b’mod stabbli fl-importanza fis-snin reċenti. L-għan tagħhom huwa li jgħinu sabiex tinħoloq Ewropa aktar miftuħa u sigura. Huma jfittxu li jiksbu dan billi jimmaniġġaw il-flussi tal-migrazzjoni b’mod effiċjenti u jipprevjenu l-kriminalità filwaqt li jippermettu l-ivvjaġġar leġittimu u jiżguraw il-ġestjoni tal-fruntieri esterni tal-UE.
DOKUMENT PRINĊIPALI
Ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet (ĠU L 150, , pp. 112-142).
L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) Nru 514/2014 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
DOKUMENTI RELATATI
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1928 tal- li tikkonferma l-parteċipazzjoni tal-Irlanda fir-Regolament (UE) 2022/585 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 514/2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet, (UE) Nru 516/2014 li jistabbilixxi l-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u (UE) 2021/1147 li jistabbilixxi l-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (ĠU L 265, , pp. 81-82).
Ir-Regolament (UE)2022/585 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 514/2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet, (UE) Nru 516/2014 li jistabbilixxi l-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u (UE) 2021/1147 li jistabbilixxi l-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (ĠU L 112, , pp. 1-5).
Ir-Regolament (UE) 2021/1147 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- li jistabbilixxi l-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (ĠU L 251, , pp. 1-47).
Ir-Regolament (UE) Nru 2021/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU L 251, , pp. 48-93).
Ir-Regolament (UE) 2021/1149 tal-Parliament Ewropew u tal-Kunsill tas- li jistabbilixxi l-Fond tas-Sigurtà Interna (ĠU L 251, , pp. 94-131).
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2015/840 tad- dwar kontrolli mwettqa mill-awtoritajiet responsabbli skont ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet (ĠU L 134, , pp. 1-5).
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2015/377 tat- li jistabbilixxi l-mudelli għad-dokumenti meħtieġa għall-ħlas tal-bilanċ annwali skont ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet (ĠU L 64, , pp. 17-29).
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/378 tat- li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-implimentazzjoni għall-ikklerjar tal-proċedura ta’ kontijiet u fir-rigward tal-implimentazzjoni tar-regoli dwar l-ikklerjar tal-konformità (ĠU L 64, , pp. 30-32).
Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru1048/2014 tat- li jistabbilixxi miżuri ta’ informazzjoni u pubbliċità għall-pubbliku u miżuri ta’ informazzjoni għall-benefiċjarji skont ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond tal-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet (ĠU L 291, , pp. 6-8).
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru1049/2014 tat- dwar il-karatteristiċi tekniċi tal-miżuri ta’ informazzjoni u pubbliċità skont ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità u l-ġestjoni tal-kriżijiet (ĠU L 291, , pp. 9-13).
Ir-Regolament (UE) Nru516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- li jistabbilixxi l-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, li jemenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/381/KE u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 573/2007/KE u Nru 575/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/435/KE (ĠU L 150, , p. 168-194).
Ir-Regolament (UE) Nru515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE (ĠU L 150, , pp. 143-167).
Ir-Regolament (UE) Nru513/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tar-riskji u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/125/GAI (ĠU L 150, , p. 93-111).