Ġestjoni aħjar tal-ilmenti magħmula lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-liġi tal-UE mill-pajjiżi

Iċ-ċittadini tal-UE jistgħu jippreżentaw ilmenti dwar il-mod kif il-pajjiżi japplikaw il-liġi tal-Unjoni. Proċeduri mtejbin li jirregolaw ir-relazzjonijiet mal-kwerelant f'dan il-proċess huma stabbiliti fi studju ta' April 2012.

ATT

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew: L-aġġornament tal-immaniġġjar tar-relazzjonijiet mal-kwerelant rigward l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni (COM(2012) 154 final tat-2.4.2012 - għadha mhux ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali).

SOMMARJU

Fil-Komunikazzjoni“Aġġornament tal-ġestjoni tar-relazzjonijiet mal-kwerelant dwar l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni” , il-Kummissjoni Ewropea tispjega l-miżuri amministrattivi għall-benefiċċju tal-kwerelant li hija twiegħed li tkun se timxi magħhom meta tiġġestixxi l-ilment tiegħu jew tagħha u tivvaluta l-ksur allegat.

L-UE hija sostnuta mir-rispett għal-liġi. Din il-liġi għandha tiġi applikata effettivament mill-Istati Membri jekk il-bosta miri tal-UE stabbiliti fit-Trattati u fil-leġiżlazzjoni jridu jkunu ta' suċċess. Kull ċittadin li jemmen li l-liġi tal-Unjoni mhijiex qiegħda tiġi applikata b'mod korrett minn Stat Membru jista' jippreżenta ilment lill-Kummissjoni Ewropea.

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi r-rwol vitali li għandhom il-kwerelantital-Unjoni biex jgħinu fil-kxif ta' ksur tal-liġital-Unjoni . Sabiex tagħmel dak il-proċess aktar faċli u aktar effiċjenti, il-Kummissjoni għamlet bosta tibdiliet mill-2002 (2002/C 244/03).

Għal kwerelanti, l-aktar titjib ovvju huwa CHAP (Il-ġestjoni tal-ilmenti/Accueil des plaintes). Stabbilita f'Settembru 2009, din l-għodda tal-IT tippermetti lill-Kummissjoni sabiex twieġeb aktar direttament għall-interessi taċ-ċittadini, negozji u s-soċjetà ċivili.

Il-Komunikazzjoni tgħid li l-kwerelanti għandhom dejjem jikkunsidraw li l-ewwel jagħmlu l-ilmenti tagħhom fuq livell nazzjonali sabiex jasserixxu d-drittijiet tagħhom aktar direttamenti u in persona.

Il-Komunikazzjoni tiddefinixxi xi jfisser 'ilment', 'kwerelant' u 'proċeduri ta' ksur'. Tinnota wkoll li l-approċċ hawn jikkonċerna ilmenti relatati mal-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea: l-Istituzzjonijiet tal-UE u l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

L-informazzjoni fil-Komunikazzjoni hija miġbura kif ġej:

Punti ewlenin tal-Komunikazzjoni jinkludu:

ATTI RELATATI

It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE): Artikolu 258

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Ombudsman Ewropew dwar ir-relazzjonijiet mal-kwerelant fir-rigward ta' ksur tal-liġi tal-Komunità (COM(2002) 141 final) (Dan it-test jikkanċella u jissostitwixxi t-test ippubblikat fil-ĠU C 166 tat-12.07.2002)

Ara wkoll: Eżerċita d-drittijiet tal-UE tiegħek

l-aħħar aġġornament 11.03.2014