Dritt għall-aċċess għal avukat fi proċeduri kriminali u dawk ta’ mandat ta’ arrest Ewropew

SOMMARJU TA’:

Id-Direttiva 2013/48/UE — dritt ta’ aċċess għal avukat, għal kuntatt ma’ partijiet terzi u awtoritajiet konsulari fil-każ ta’ kustodja

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

Din għandha l-għan li tiżgura li l-persuni suspettati, akkużati u rikjesti fi proċeduri ta’ mandat ta’ arrest Ewropew (minn issa ’l quddiem “ċittadini”) ikollhom aċċess għal avukat u jkollhom id-dritt illi jikkomunikaw waqt li jkunu mċaħħdin mil-libertà.

PUNTI EWLENIN

Dritt għal aċċess għal avukat

Iċ-ċittadini jeħtieġ li jkollhom aċċess għal avukat mingħajr dewmien bla bżonn:

B’mod aktar speċifiku, il-liġi tkopri:

Fir-rigward ta’ persuni soġġetti għal mandat ta’ arrest Ewropew, id-direttiva tistabbilixxi d-dritt għall-aċċess għal avukat fil-pajjiż eżekuttiv tal-UE u li jinħatar avukat fil-pajjiż emittenti.

Drittijiet fil-każ ta’ ċaħda ta’ libertà

Ċittadini mċaħħdin mil-libertà għandhom id-dritt, mingħajr dewmien bla bżonn:

Jekk ikunu mċaħħdin mil-libertà f’pajjiż tal-UE għajr dak tagħhom stess, għandhom id-dritt illi jinfurmaw lill-awtoritajiet konsulari tagħhom, li dawn iżuruhom, li jikkomunikaw magħhom u li jkollhom rappreżentazzjoni legali organizzata minnhom.

Eċċezzjonijiet

Id-Direttiva tippermetti l-possibbiltà ta’ deroga temporanja minn ċerti drittijiet f’ċirkostanzi eċċezzjonali u skont kundizzjonijiet definiti b’mod strett (pereżempju, meta jkun hemm bżonn li jiġu evitati konsegwenzi avversi serji għall-ħajja, il-libertà u l-integrità fiżika ta’ persuna).

Għajnuna legali

Id-Direttiva (UE) 2016/1919 tistabbilixxi regoli minimi komuni rigward id-dritt għall-għajnuna legali għal persuni ssuspettati, akkużati u rikjesti sabiex tiżgura l-effettività tad-Direttiva (UE) 2013/48. Din titlob lill-pajjiżi tal-UE jiżguraw li l-persuni suspettati u akkużati li ma għandhomx riżorsi biżżejjed biex iħallsu għall-assistenza ta’ avukat ikollhom id-dritt għal għajnuna legali meta l-interessi tal-ġustizzja jitolbu dan. Il-pajjiżi tal-UE jistgħu japplikaw test tal-mezzi (biex jivvalutaw jekk il-persuna għandhiex biżżejjed riżorsi biex tħallas għall-assistenza legali), test tal-merti (biex jivvalutaw jekk l-għoti ta’ għajnuna legali jkunx fl-interess tal-ġustizzja), jew it-tnejn biex jiddeterminaw jekk l-għajnuna legali għandhiex tingħata.

Id-Direttiva (UE) 2016/1919 hija l-aktar test legali riċenti ppjanat bħala parti mill-pjan direzzjonali għat-tisħiħ tad-drittijiet proċedurali ta’ persuni suspettati jew akkużati fi proċedimenti kriminali adottat mill-Kunsill f’Novembru 2009.

Din id-direttiva għandha ssir liġi fil-pajjiżi tal-UE .

META TIBDA TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Id-Direttiva ilha tapplika u kellha ssir liġi fil-pajjiżi tal-UE .

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Id-Direttiva 2013/48/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dritt ta’ aċċess għas-servizzi ta’ avukat fi proċedimenti kriminali u fi proċedimenti ta’ mandat ta’ arrest Ewropew, u dwar id-dritt li tiġi infurmata parti terza dwar iċ-ċaħda tal-libertà u d-dritt għal komunikazzjoni ma’ partijiet terzi u mal-awtoritajiet konsulari, matul iċ-ċaħda tal-libertà (ĠU L 294, , pp. 1-12).

l-aħħar aġġornament