Strateġija Ewropea tal-ġustizzja elettronika
Din l-istrateġija l-ġdida tenfasizza l-importanza li qiegħda tikber tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) bħala mod kif tiżdied l-effiċjenza tal-proċessi legali u tal-awtoritajiet fost il-pajjiżi tal-UE. Tibbaża fuq xogħol diġà mibdi, inkluż il-portal tal-ġustizzja elettronika - punt ta' aċċess waħdieni, multilingwi, faċli biex jintuża għas-sistema kollha tal-ġustizzja elettronika Ewropea - u l-ewwel pjan ta' azzjoni tal-ġustizzja elettronika multiannwali (2009-2013).
ATT
Pjan ta' Azzjoni Multiannwali Ewropew tal-Ġustizzja elettronika 2014-2018 (Ġurnal Uffiċjali C 182 tal-14 ta' Ġunju 2014, pp. 2-13)
SOMMARJU
Din l-istrateġija l-ġdida tenfasizza l-importanza li qiegħda tikber tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) bħala mod kif tiżdied l-effiċjenza tal-proċessi legali u tal-awtoritajiet fost il-pajjiżi tal-UE. Tibbaża fuq xogħol diġà mibdi, inkluż il-portal tal-ġustizzja elettronika - punt ta' aċċess waħdieni, multilingwi, faċli biex jintuża għas-sistema kollha tal-ġustizzja elettronika Ewropea - u l-ewwel pjan ta' azzjoni tal-ġustizzja elettronika multiannwali (2009-2013).
X’TAGĦMEL DIN L-ISTRATEĠIJA?
Tenfasizza l-benefiċċji tal-ġustizzja elettronika Ewropea b'mod speċjali fir-rigward ta' każijiet fejn ikunu involuti żewġ pajjiżi tal-UE. Dawn jinkludu:
— |
aċċess aħjar għall-ġustizzja u għall-informazzjoni ġudizzjarja għal kulħadd;
|
— |
kooperazzjoni aħjar bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji tal-pajjiżi tal-UE;
|
— |
ir-rispett għall-indipendenza u d-diversità tas-sistemi ġudizzjarji tal-pajjiżi u għad-drittijiet fundamentali.
|
Kisbiet prinċipali tal-ġustizzja elettronika
— |
Proġetti pilota fost pajjiżi tal-UE, eż. e-CODEX (skambju sikur ta' data legali);
|
— |
Interkonnessjoni tad-databases nazzjonali (interkonnessjoni tar-reġistri ta' insolvenza, sib avukat, sib nutar, eċċ.);
|
— |
Vidjokonferenzi fi proċeduri ġudizzjarji;
|
— |
— |
Prinċipji ġenerali
Il-Ġustizzja elettronika Ewropea hija konsistenti mal-qafas ġenerali tal-Gvern elettroniku u l-qafas Ewropew tal-interoperabilità , u hija bbażata fuq dawn il-prinċipji:
— |
azzjoni volontarja;
|
— |
deċentralizzazzjoni;
|
— |
interoperabilità (jiġifieri l-abilità tas-sistemi tal-ICT u tal-proċessi tan-negozju li huma jappoġġaw sabiex jiskambjaw dejta u sabiex jippermettu l-kondiviżjoni tal-informazzjoni u l-għarfien);
|
— |
dimensjoni Ewropea (liġi ċivili, kriminali, amministrattiva).
|
Tisħiħ tal-istrateġija
L-istrateġija tal-ġustizzja elettronika 2014-2018 titlob li jkun hemm aktar żvilupp ta':
— |
il-portal tal-ġustizzja elettronika (inkluż il-kontenut tal-liġi tal-UE u tal-liġi nazzjonali tal-pajjiżi tal-UE);
|
— |
interoperabilità (rabtiet bejn awtoritajiet, professjonisti, pubbliku ġenerali u negozji relevanti);
|
— |
użu konsistenti tal-ICT mal-leġiżlazzjoni tal-UE l-ġdida;
|
— |
protezzjoni ta’ data personali;
|
— |
interkonnessjoni mar-reġistri nazzjonali;
|
— |
netwerks tal-ġustizzja elettronika;
|
— |
kooperazzjoni tal-professjonisti legali;
|
— |
mekkaniżmi għall-provvediment ta' traduzzjonijiet;
|
— |
finanzjament adegwat fil-livell tal-UE.
|
L-istrateġija tal-Ġustizzja elettronika l-ġdida hija appoġġata minn pjan ta' azzjoni multiannwali 2014-2018, li jistabbilixxi mekkaniżmu ta' prijorità għall-implimentazzjoni tal-proġetti tal-ġustizzja elettronika ġodda u għaddejjin kollha.
Tħassib imqajjem mill-istrateġija rigward il-protezzjoni tad-dejta personali ilu jiġi indirizzat sa mill-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-5 ta' Ġunju 2014. Dan l-istrument legali jirregola eżattament fejn il-Kummissjoni għandha responsabilitajiet bħala kontrollur tad-dejta.
Għal aktar tagħrif, ara s-sit elettroniku tal-Ġustizzja elettronika Ewropea fuq is-sit elettroniku tal-Kummissjoni Ewropea.
ATTI RELATATI
Abbozz ta' strateġija dwar il-Ġustizzja elettronika Ewropea 2014-2018 (Ġurnal Uffiċjali L 376 tal-21 ta' Diċembru 2013, pp. 7-11).
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/333/UE tal-5 ta' Ġunju 2014 dwar il-protezzjoni tad-dejta personali fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika (ĠU L 167 tas-6 ta' Ġunju 2014, pp. 57-60).
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Lejn strateġija Ewropea tal-ġustizzja elettronika (KUMM(2008) 329 finali tat-30 ta' Mejju 2008).
L-aħħar aġġornament: 23.07.2015