Regoli aktar effettivi dwar il-proċedimenti ta’ insolvenza minn naħa għal oħra tal-fruntieri tal-UE

 

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (UE) 2015/848 dwar il-proċedimenti ta’ insolvenza

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

PUNTI EWLENIN

Sitwazzjonijiet applikabbli

Ir-regolament japplika għall-proċedimenti li jinkludu l-kredituri kollha tad-debitur jew parti sinifikanti minnhom, li huma bbażati fuq il-liġijiet dwar l-insolvenza u li fihom, għall-fini ta’ salvataġġ, aġġustament tad-dejn, riorganizzazzjoni jew likwidazzjoni:

Ir-regolament ikopri “proċedimenti ta’ insolvenza” preventivi disponibbli fil-liġi nazzjonali li jistgħu jitnedew fi stadju bikri sabiex jittejbu l-possibbiltajiet li jiġi salvat in-negozju. Dawn il-proċedimenti huma elenkati fl-Anness A. Dan ikopri wkoll firxa akbar ta’ proċedimenti ta’ insolvenza personali.

Ġurisdizzjoni

Liġi applikabbli

B’mod ġenerali, il-liġi applikabbli hija dik tal-Istat Membru li fih isiru l-proċedimenti. Dak id-dritt jirregola l-kundizzjonijiet għall-ftuħ u l-għeluq tal-proċedimenti u t-twettiq tagħhom. Dan jinvolvi li jiġu ddeterminati:

Ir-rikonoxximent u l-infurzar

Ladarba sentenza li tiftaħ il-proċedimenti ta’ insolvenza fi Stat Membru wieħed issir effettiva, għandha tiġi rikonoxxuta fl-Istati Membri l-oħrajn kollha bl-istess effett.

Reġistri ta’ insolvenza

Sabiex jiġi żgurat aħjar li l-kredituri u l-qrati jirċievu informazzjoni rilevanti u biex jiġi evitat li jinfetħu proċedimenti paralleli, l-Istati Membri huma meħtieġa jippubblikaw informazzjoni rilevanti dwar każijiet ta’ insolvenza transkonfinali f’reġistru online aċċessibbli għall-pubbliku. Dawn ir-reġistri se jkunu konnessi ma’ xulxin permezz tal-portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika, f’konformità mar-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data.

Proċedimenti ta’ insolvenza tal-gruppi

Ir-regolament joħloq approċċ speċifiku biex jindirizza l-insolvenza tal-membri ta’ grupp ta’ kumpaniji. Din tinkludi:

Emendi għall-Annessi

Ir-regolament ġie emendat tliet darbiet.

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Ilu japplika mis-26 ta’ Ġunju 2017. Ir-Regolament (UE) 2015/848 irreveda u ssostitwixxa r-Regolament (KE) Nru 1346/2000 u l-emendi sussegwenti tiegħu.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

Dritt li tidher. Id-dritt li “tidher” quddiem il-qorti u tiddefendi,u jkollok każ tajjeb, konnessjoni u turi l-ħsara lill-interess legali tal-proċedura.

DOKUMENT PRINĊIPALI

Ir-Regolament (UE) 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar proċedimenti ta’ insolvenza (riformulazzjoni) (ĠU L 141, 5.6.2015, pp. 19-72).

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) 2015/848 ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1105 tat-12 ta’ Ġunju 2017 li jistabbilixxi l-formoli msemmija fir-Regolament (UE) 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar proċedimenti ta’ insolvenza (ĠU L 160, 22.6.2017, pp. 1-26).

l-aħħar aġġornament 14.09.2022