Kondizzjonijiet tal-għajxien għal dawk li jfittxu ażil – regoli tal-UE

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Direttiva 2013/33/UE dwar l-istandards dwar l-akkoljenza ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali

X’INHU L-GĦAN TA’ DIN ID-DIRETTIVA?

PUNTI EWLENIN

Min hu affettwat?

Id-direttiva tapplika għall-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali u l-familji tagħhom, inkluż:

Kondizzjonijiet ta’ akkoljenza standard għall-UE kollha

Id-direttiva għandha l-għan li tarmonizza l-kundizzjonijiet tal-akkoljenza madwar l-UE. Dawn il-kondizzjonijiet jinkludu:

Garanziji oħra

Minbarra l-kondizzjonijiet bażiċi tal-akkoljenza, il-pajjiżi tal-UE għandhom jiżguraw li l-applikanti jistgħu jaċċessaw:

Persuni vulnerabbli

Id-detenzjoni ta’ persuni li qed ifittxu l-ażil

L-applikanti m’għandhomx jinżammu sempliċiment għaliex qed ifittxu l-protezzjoni internazzjonali. Id-detenzjoni għandha tkun miżura aħħarija, u għandha tiġi deċiża fuq bażi ta’ każ b’każ.

Ġiet adottata lista eżawrjenti ta’ raġunijiet ta’ detenzjoni, biex tiġi evitata detenzjoni arbitrarja.

id-direttiva barra minn hekk:

Id-Direttiva 2013/33/UE tħassar id-Direttiva 2003/9/KE b'effett mill-21 ta’ Lulju 2015.

META TAPPLIKA DIN ID-DIRETTIVA?

Din ilha tapplika mid-19 ta’ Lulju 2013. Il-pajjiżi tal-UE kellhom jinkorporawha fil-liġi nazzjonali sal-21 ta’ Lulju 2015.

SFOND

L-UE qed taħdem lejn il-ħolqien ta’ sistema komuni Ewropea tal-ażil (CEAS). Sa mill-2013, ġew adottati serje ta’ testi legali biex itejbu l-ħidma tas-CEAS.

Wara t-tifqigħa tal-COVID-19 u l-introduzzjoni ta’ miżuri biex tindirizza l-impatt tal-kriżi, il-Kummissjoni Ewropea adottat: Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COVID-19: Gwida dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-UE fil-qasam tal-proċeduri tal-asil u tar-ritorn u dwar ir-risistemazzjoni

* TERMINI EWLENIN

Protezzjoni Internazzjonali: status ta’ refuġjat jew status ta’ protezzjoni sussidjarja.
Status ta’ protezzjoni sussidjarja: jista’ jingħata lil ċittadini mhux tal-UE jew persuni apolidi li ma jikkwalifikawx għal status ta’ refuġjat iżda li jkunu f’riskju ta’ dannu serju jekk imorru lura lejn il-pajjiż tal-oriġini tagħhom.

DOKUMENT EWLIENI

Direttiva 2013/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (ĠU L 180, 29.6.2013, pp. 96-116)

DOKUMENT RELATAT

Direttiva tal-Kunsill 2003/9/KE tas-27 ta’ Jannar 2003 li tistabbilixxi l-istandards minimi dwar l-akkoljenza ta’ dawk li jfittxu ażil (ĠU L 31, 6.2.2003, pp. 18–25)

l-aħħar aġġornament 25.05.2020