Il-ħarsien tal-bijodiversità minn speċijiet aljeni invażivi

SOMMARJU TA’:

Regolament (UE) Nru 1143/2014 dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid ta’ speċijiet aljeni invażivi

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

Dan jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, il-minimizzazzjoni u l-mitigazzjoni tal-impatt avvers fuq il-bijodiversità u fuq is-servizzi tal-ekosistema relatati kkawżat mill-introduzzjoni u t-tixrid speċijiet aljeni invażivi (IAS)1 fl-Unjoni Ewropea (UE). L-IAS jista’ jkollhom impatt avvers sinifikanti fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ekonomija.

PUNTI EWLENIN

Lista ta’ speċijiet aljeni invażivi

Permessi

Pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali

Fi żmien 3 snin mill-elenkar tal-ispeċijiet, l-Istati Membri jridu jistabbilixxu u jimplimentaw pjanijiet ta’ azzjoni biex jittrattaw ir-rotot ewlenin tat-tixrid tal-IAS fit-territorji tagħhom. Dan isir biex tiġi pprevenuta l-introduzzjoni u t-tixrid mhux intenzjonati tal-IAS elenkati fit-territorji tagħhom.

IAS ta’ tħassib reġjonali u IAS indiġeni

L-IAS jistgħu joriġinaw f’reġjun wieħed tal-UE u joħolqu problemi f’reġjun ieħor tal-UE. F’dan il-każ, fuq talba tal-Istati Membri involuti, il-Kummissjoni jista’ jkollha rwol fl-iżgurar li l-Istati Membri affettwati jaħdmu flimkien biex jindirizzaw il-problema.

Sistemi ta’ sorveljanza

Fi żmien 18-il xahar mill-adozzjoni tal-lista ta’ IAS, l-Istati Membri jridu jistabbilixxu sistemi ta’ sorveljanza li jiġbru u jirreġistraw id-data dwar l-okkorrenza ta’ IAS fl-ambjent.

Kontrolli uffiċjali

Sat-, l-Istati Membri jeħtieġ li jkunu stabbilew strutturi li jiffunzjonaw bis-sħiħ biex iwettqu l-kontrolli uffiċjali meħtieġa biex jipprevjenu l-introduzzjoni intenzjonata fl-UE ta’ IAS elenkati. Il-kontrolli uffiċjali japplikaw għall-kategoriji ta’ oġġetti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-nomenklatura magħquda, li ssir referenza għalihom fil-lista tal-Unjoni.

L-identifikazzjoni bikrija u l-qerda rapida ta’ IAS li għadhom kif ġew stabbiliti

Wara kwalunkwe osservazzjoni ġdida (l-ewwel osservazzjoni jew l-ewwel osservazzjoni wara l-qerda) ta’ IAS elenkata fi Stat Membru jew f’parti mit-territorju tiegħu, din trid tinqered malajr. Il-qerda tista’ tinkiseb permezz ta’ miżuri letali u mhux letali.

Il-ġestjoni ta’ IAS li nxterdu sew

Restawr ta’ ekosistemi bil-ħsara

L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jgħinu fl-irkupru ta’ ekosistema li tkun ġiet iddegradata, bil-ħsara jew ġiet meqruda minn IAS elenkata.

Miżuri tranżizzjonali

Atti ta’ implimentazzjoni u delegati

Ir-Regolament (UE) Nru 1143/2014 jagħti lill-Kummissjoni setgħat ta’ implimentazzjoni u delegati.

MINN META BEDA JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Dan ilu japplika mill-.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

  1. Speċijiet aljeni invażivi (IAS). Pjanti jew annimali li jkunu ġew ittrasportati barra mill-firxa naturali ekoloġika tagħhom mill-bnedmin (kemm jekk intenzjonalment kif ukoll jekk mhux intenzjonalment) f’ambjent ġdid. Filwaqt li ħafna minn dawn l-ispeċijiet ma jibqgħux ħajjin, xi wħud minnhom jibqgħu ħajjin u, minħabba l-invażività tagħhom, jikkawżaw ħsara ekoloġika u ekonomika sinifikanti.

DOKUMENT PRINĊIPALI

Ir-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid ta’ speċijiet aljeni invażivi (ĠU L 317, , p. 35-55).

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

l-aħħar aġġornament