Sustanzi radjuattivi f'ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem: il-protezzjoni tas-saħħa pubblika
Id-Direttiva tistabbilxxi rekwiżiti varji sabiex jipproteġu s-saħħa tal-pubbliku ġenerali minn sustanzi radjuattivi li potenzjalment huma ta' ħsara li jistgħu jkunu preżenti fl-ilma tax-xorb.
ATT
Direttiva tal-Kunsill 2013/51/Euratom tat-22 ta’ Ottubru 2013 li tistabbilixxi rekwiżiti għall-protezzjoni tas-saħħa tal-pubbliku ġenerali fir-rigward ta’ sustanzi radjuattivi fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem
SOMMARJU
L-ilma tax-xorb ordinarju huwa wieħed mill-modi kif is-sustanzi radjuattivi jistgħu jidħlu fil-ġisem tal-bniedem u b'hekk jikkawżaw ħsara lill-organi vitali. Sabiex jitnaqqas ir-riskju kemm jista' jkun, il-leġiżlazzjoni tistabbilixxi valuri parametriċi għal sustanzi għal radon u tritium. L-awtoritajiet nazzjonali huma meħtieġa jimmonitorjaw dawn u jwettqu teħid ta' kampjuni regolari ta' ilma tax-xorb f'intervalli frekwenti jiddependi fuq il-volumi involuti.
Il-leġiżlazzjoni tkopri l-ilma kollu għall-konsum mill-bniedem. Dan jinkludi l-ilma kollu, jew fl-istat oriġinali tiegħu jew wara t-trattament tiegħu, li huwa maħsub għax-xorb, tisjir, preparazzjoni tal-ikel jew għanijiet domestiċi oħrajn, ikun ġej minn fejn ikun ġej u minkejja jekk ikunx fornut mill-provvista prinċipali, tanker, fliexken jew reċipjenti.
Testendi wkoll għal ilma użat minn negozji għall-manifattura, proċessar, preservazzjoni jew kummerċjalizzazzjoni ta' ikel għall-konsum mill-bniedem, sakemm l-awtoritajiet nazzjonali ma jqisux li l-kwalità tal-ilma hija ta' standard għoli biżżejjed tant li ma taffettwax is-sigurtà tal-prodott tal-ikel finali nnifsu.
Il-leġiżlazzjoni ma tapplikax għal ilmijiet minerali naturali jew għal ilma meqjus li huwa prodott mediċinali. Dawn huma regolati skont leġiżlazzjoni tal-UE separata. L-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jeskludu l-ilma tax-xorb minn provvista għal individwu, li bħala medja hija inqas minn 10 metri kubi fil-ġurnata, jew li taqdi inqas minn 50 persuna, sakemm din ma tiġix ipprovduta bħala parti minn attività kummerċjali jew pubblika.
Meta jiġi identifikat periklu potenzjali għas-saħħa, għandu jingħata parir xieraq lill-pubbliku ġenerali dwar ir-riskji possibbli u dwar kwalunkwe miżura addizzjonali ta' prekawzjoni li jista' jkun hemm bżonn. Għandha tittieħed azzjoni malajr sabiex l-ilma jinġieb lura għall-istandard meħtieġ.
REFERENZI
|
Att |
Dħul fis-seħħ |
Skadenza għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
|
Direttiva 2013/51/Euratom |
27.11.2013 |
28.11.2015 |
ĠU L 296 tas-7.11.2013 |
L-aħħar aġġornament: 22.04.2014