Tnaqqis ta’ tniġġis ikkawżat minn skart mill-industrija tad-diossidu tat-titanju
Il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar it-tniġġis ikkawżat minn skart mill-industrija tad-diossidu tat-titanju issa hija rregolata mid-Direttiva 2010/75(UE) dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis).
ATT
Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis).
SOMMARJU
L-iskart tad-disossidu tat-titanju jista’ jwassal għal tniġġis serju tal-arja u l-ilma. Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 2010/75/UE tiddedika kapitolu speċifiku għall-iskart tad-diossidu tat-titanju u tistabbilixxi valuri limitu stretti għall-emissjonijiet.
Projbizzjoni tar-rimi ta’ skart
Il-forom ta’ skart segwenti m’għandhomx jintremew fl-ilma, baħar jew oċean:
Kontroll tal-emissjonijiet fl-ilma
Valuri limitu huma stabbiliti għall-emissjonijiet fl-ilma (Anness VII, Parti 1).
Prevenzjoni u kontroll ta’ emissjonijiet fl-arja
L-emissjoni ta’ qtar aċiduż mill-installazzjonijiet għandha tiġi evitata.
Valuri limitu huma stabbiliti għall-emissjonijiet fl-arja (Anness VIII, Parti 2).
Monitoraġġ ta’ emissjonijiet
L-Istati Membri tal-UE għandhom jiżguraw li jitwettaq monitoraġġ tal-emissjonijiet fl-ilma u fl-arja u li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-permess għall-operat tal-installazzjoni jiġu ssodisfati bis-sħiħ (pereżempju jittieħdu miżuri preventivi kontra t-tniġġis; l-aqwa tekniki disponibbli (BATs) jiġu applikati, l-iskart jitnaqqas, jiġi rriċiklat jew mormi bl-inqas mod li jniġġes; l-effiċjenza enerġetika tiġi massimizzata, eċċ.)
Il-monitoraġġ għandu jitwettaq skont l-istandards CEN (jew standards oħra rikonoxxuti li jiżguraw il-forniment ta’ dejta ta’ kwalità xjentifika ekwivalenti). Speċifikazzjonijiet dwar il-proċess ta’ monitoraġġ huma inklużi fl-Anness VII, Parti 3.
REFERENZI
|
Att li jemenda |
Dħul fis-seħħ |
Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
|
Direttiva 2010/75/UE |
6.1.2011 |
7.1.2013 |
ĠU L 334 tas-17.12.2010 |
L-aħħar aġġornament: 11.08.2014