Il-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni Ewropea dwar l-iskart mill-imballaġġ ma fihiex miżuri speċifiċi għall-basktijiet tal-plastik ħfief. Dawn jista’ jkollhom impatt negattiv fuq l-ambjent u jeħtieġ li l-konsum tagħhom jitnaqqas.
Hija temenda d-Direttiva 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ. Hija tistabbilixxi modi u miri sabiex jitnaqqas il-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief, inkluż billi jiġi impost ħlas għalihom jew jiġu ffissati miri ta’ konsum massimu nazzjonali.
Il-pajjiżi tal-UE għandhom jieħdu miżuri biex inaqqsu l-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief1. Dawn jistgħu jinkludu miri ta’ tnaqqis nazzjonali, restrizzjonijiet fuq l-użu tagħhom jew miżuri finanzjarji, pereżempju jintalab ħlas għalihom.
Il-miżuri għandhom jinkludu waħda minn dawn li ġejjin, jew it-tnejn li huma:
Il-basktijiet tal-plastik ħfief ħafna2 jistgħu jiġu esklużi miż-żewġ miżuri msemmija fuq.
Mis-, il-pajjiżi tal-UE għandhom jirrapportaw il-konsum annwali tal-basktijiet tal-plastik ħfief lill-Kummissjoni Ewropea.
Sa Mejju 2017, il-Kummissjoni mistennija tikkonkludi d-dettalji tat-tikketti jew tal-marki ta’ identifikazzjoni għall-basktijiet tal-plastik bijodegradabbli u kompostabbli. Dawn għandhom jibdew jintużaw mhux aktar tard minn 18-il xahar wara l-adozzjoni tagħhom.
Il-gvernijiet tal-UE u l-Kummissjoni ser jinkoraġġixxu l-kampanji pubbliċi ta’ għarfien u informazzjoni, b’mod partikolari fit-12-il xahar wara s-.
Il-basktijiet tal-plastik ħfief huma sors ewlieni ta’ skart, ħsara lill-ambjent u użu ineffikaċi tar-riżorsi. Xi pajjiżi tal-UE rnexxielhom inaqqsu l-konsum tagħhom b’mod sinjifikanti: fl-aktar 7 pajjiżi bi prestazzjoni tajba, il-livelli tal-konsum huma wieħed minn kull ħamsa tal-medja tal-UE.
Għal aktar tagħrif, ara L-Imballaġġ u l-Iskart mill-Imballaġġ fuq is-sit elettroniku tal-Kummissjoni Ewropea.
Id-Direttiva (UE) 2015/720 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- li temenda d-Direttiva 94/62/KE rigward it-tnaqqis tal-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief
l-aħħar aġġornament