Emissjonijiet tal-gassijiet serra - mekkaniżmu ta’ monitoraġġ u rapportar
Ir-Regolament tal-UE dwar il-Mekkaniżmu ta’ Monitoraġġ (MMR) jaġġorna s-sistema għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u r-rapportar dwarhom. L-UE u l-pajjiżi tal-UE issa jridu jipprovdu dejta ta’ kwalità aħjar fir-rapporti tagħhom u jkopru oqsma ġodda, bħal strateġiji b’emissjonijiet baxxi ta’ karbonju.
ATT
Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra u għar-rapportar ta’ informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE
SOMMARJU
Ir-regolament jirrevedi u jsaħħaħ il-qafas tal-UE ta' monitoraġġ u rapportar b'rabta mal-gassijiet serra (greenhouse gas - GHG) biex jipprovdi pjattaforma aħjar għall-azzjoni tal-UE u jindirizza t-tibdil fil-klima.
Fil-qalba ta’ dan il-qafas hemm il-mekkaniżmu ta’ monitoraġġ tal-GHG, stabbilit fl-1993 biex jippermetti lill-UE/lill-pajjiżi tal-UE sabiex isegwu l-progress fit-tnaqqis tal-emissjonijiet ikkawżati mill-bniedem li jikkontribwixxu għat-tibdil fil-klima - inkluż l-impenn lejn tnaqqis tal-emissjonijiet Ewropew ta’ 20 % sal-2020.
L-għanijiet ewlenin tal-mekkaniżmu GHG rivedut jinkludu:
Obbligi ta’ rapportar ġodda
Strateġiji ta’ żvilupp b’emissjonijiet baxxi ta’ karbonju (sabiex l-ekonomija Ewropea ssir aktar favur il-klima u tikkonsma inqas enerġija): għandhom jitħejjew mill-pajjiżi tal-UE u l-Kummissjoni Ewropea f’isem l-UE skont kwalunkwe dispożizzjoni ta’ rapportar miftiehma fuq livell internazzjonali taħt il-proċess tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC). Il-pajjiżi tal-UE għandhom jirrapportaw dwar dawn l-istrateġiji sad-9 ta’ Jannar 2015, u kull sentejn wara dakinhar.
Għandhom jiġu stabbiliti sistemi nazzjonali għall-politiki, miżuri u projezzjonijiet tal-GHG, u mmexxija mill-Kummissjoni Ewropea u l-pajjiżi tal-UE. L-għan huwa li jittejbu l-validità tul iż-żmien, it-trasparenza, il-preċiżjoni, il-konsistenza, il-komparabbiltà u l-kompletezza tal-informazzjoni fir-rapporti tagħhom.
Fil-kuntest tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, il-pajjiżi tal-UE jridu wkoll jirrapportaw dwar:
Ir-regolament jipprovdi l-bażi legali għall-adattament tal-pajjiżi tal-UE għat-tibdil fil-klima u ser jiggwida reviżjoni interna tal-UE fir-rigward ta’ dan. Din ir-reviżjoni se tkopri d-dejta dwar l-emissjonijiet għal setturi bħall-akkomodazzjoni, l-agrikoltura, l-iskart u t-trasport (mhux l-avjazzjoni jew it-trasport marittimu internazzjonali), b’konformità mad-Deċiżjoni dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi (Deċiżjoni 406/2009/UE).
REFERENZI
Att |
Dħul fis-seħħ |
Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
Regolament (UE) Nru 525/2013 |
8.7.2013 |
- |
ĠU L 165 tat-18.6.2013 |
l-aħħar aġġornament 28.11.2014