Statistika kummerċjali
SOMMARJU TAD-DOKUMENT:
Regolament (KE) Nru 295/2008 dwar statistika strutturali kummerċjali
X'INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?
Huwa jfittex li jiżgura li tinġabar, tiġi kkompilata u tiġi trasmessa statistika kummerċjali strutturali ta' kwalità għolja (SBS) mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea għall-Eurostat skont standards u formati maqbula.
PUNTI EWLENIN
X'inhuma SBSs?
L-SBSs jiddeskrivu l-istruttura, il-karatteristiċi ewlenin u l-prestazzjoni tan-negozji u huma għodda vitali għal dawk li jfasslu l-politika, kif ukoll jgħinu fit-teħid tad-deċiżjonijiet.
Għaliex importanti li jkun hemm SBSs?
Statistika komparabbli, affidabbli, dettaljata u fil-ħin hija vitali għal tfassil ta’ politika effettiva. SBSs jipprovdu bażi li minnha wieħed jista' janalizza l-prestazzjoni ta' attivitajiet ekonomiċi u ta' setturi varji. Qegħdin isiru komponent dejjem iktar importanti fil-kontroll tal-effikaċja tal-politiki f'oqsma, bħas-suq intern tal-UE u l-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2020.
Xi jkopru l-SBSs?
Aspetti koperti jinkludu:
Ġbir u trasmissjoni ta' SBSs
Kull sena, il-pajjiżi tal-UE għandhom jibagħtu lill-Eurostat għadd ta' “settijiet ta' dejta” (skont id-daqs tal-kumpanija, reġjun, eċċ.) miġburin minn istituti nazzjonali tal-istatistika. Dawn jiġu kkumpilati permezz tal-klassifikazzjoni NACE, in-nomenklatura tal-attivitajiet ekonomiċi fl-Unjoni Ewropea. Il-kwalità tad-dejta tiġi ċċekkjata qabel tiġi ppubblikata (bla ħlas) fuq is-sit elettroniku tal-Eurostat.
Kif jintużaw l-SBSs?
SBSs jipprovdu informazzjoni dwar:
Konformità
Rapport tal-Kummissjoni 2014 jikkonkludi li l-konformità mal-liġi hija “tajba ħafna” jew “tajba” għal ħafna mill-pajjiżi tal-UE.
MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?
Ilu japplika mid-29 ta' April 2008.
SFOND
Għal aktar informazzjoni, ara:
DOKUMENT EWLIENI
Regolament (KE) Nru 295/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar statistika strutturali kummerċjali (ĠU L 97, 9.4.2008, p. 13-59)
Emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 295/2008 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
DOKUMENTI RELATATI
Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 295/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika strutturali kummerċjali (COM(2014) 243 final tal- 24.4.2014)
l-aħħar aġġornament 07.11.2016