Effiċjenza enerġetika: għajnuna biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra u biex titjieb is-sigurtà enerġetika

Il-Kummissjoni Ewropea (KE) qed tipproponi mira li sal-2030, l-Unjoni Ewropea (UE) tiffranka sa 30 % tal-enerġija. L-effiċjenza enerġetika għandha rwol vitali fit-transizzjoni lejn sistema ta’ enerġija aktar kompetittiva, sigura u sostenibbli li l-pedament tagħha huwa s-suq intern tal-enerġija tal-UE.

ATT

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill: L-Effiċjenza Enerġetika u l-kontribut tas-sigurtà tal-enerġija u l-Qafas 2030 għall-politika dwar il-klima u l-enerġija COM(2014) 520 final tat-23.7.2014).

SOMMARJU

Il-Kummissjoni Ewropea (KE) qed tipproponi mira li sal-2030, l-Unjoni Ewropea (UE) tiffranka sa 30 % tal-enerġija. L-effiċjenza enerġetika għandha rwol vitali fit-transizzjoni lejn sistema ta’ enerġija aktar kompetittiva, sigura u sostenibbli li l-pedament tagħha huwa s-suq intern tal-enerġija tal-UE.

X'TAGĦMEL DIN IL-KOMUNIKAZZJONI?

Din il-komunikazzjoni tevalwa l-progress lejn il-mira ta’ effiċjenza enerġetika tal-UE sal-2020 u tipproponi mira ġdida ta’ 30 % għall-2030. Skont il-KE, il-mira miftiehma ta’ 20 % ta’ iffrankar ta’ enerġija sal-2020 tibqa’ fattibbli bil-kondizzjoni li l-pajjiżi kollha tal-UE japplikaw il-leġiżlazzjoni li diġà ġiet adottata.

PUNTI PRINĊIPALI

Il-benefiċċji ta’ politiki eżistenti: il-politiki dwar l-effiċjenza enerġetika taw riżultati ppruvati għan-negozji u l-konsumaturi. Dawn jinkludu:

Benefiċċji fit-tul: matul is-16-il sena li ġejjin huma mistennija l-impatti pożittivi li ġejjin:

Permezz tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej, Horizon 2020, il-programm Ewropew ta’ Assistenza għall-Enerġija Lokali (ELENA), u l-Fond Ewropew għall-Effiċjenza Enerġetika (EEEF), l-UE qed tipprovdi finanzjament sostanzjali għal miżuri ta’ effiċjenza enerġetika għall-perjodu bejn l-2014-2020.

SFOND

Id-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika tal-UE tintroduċi miżuri vinkolanti biex jiġi żgurat li sal-2020 l-effiċjenza enerġetika titjieb b’20 %. Din il-mira hija parti mill-miri usa’ tal-UE dwar l-enerġija u l-klima, li tinkludi tnaqqis ta’ 20 % fl-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra u sehem ta’ 20 % ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fit-taħlit tal-enerġija tal-UE.

Fit-22 ta’ Jannar 2014, fil-komunikazzjoni tagħha “Qafas għall-klima u għall-enerġija fil-perjodu bejn l-2020 u l-2030”, il-KE pproponiet miri ġodda għat-tnaqqis tal-gassijiet b’effett ta’ serra u għal enerġija rinnovabbli għall-2030 - 40 % u mill-inqas 27 %, rispettivament.

Aktar informazzjoni hija disponibbli mid-Direttorat Ġenerali għall-Azzjoni Klimatika tal-Kummissjoni Ewropea u b’mod aktar speċifiku fid-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika.

ATTI RELATATI

Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315 tal-14.11.2012, p. 1).

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija fil-perjodu ta' bejn l-2020 u l-2030 (COM(2014) 15 final tat-22.1.2014).

l-aħħar aġġornament 27.12.2014