Enerġija sostenibbli, b’livelli baxxi ta’ karbonju, bi spiża baxxa u bi prestazzjoni għolja

SOMMARJU

L-istrateġija tal-UE għall-innovazzjoni u t-teknoloġija tal-enerġija hija parti integrali mill-politika tal-UE dwar l-enerġija. Hija għandha l-għan li tkompli tiżviluppa l-innovazzjoni u t-teknoloġija tal-enerġija.

X'TAGĦMEL DIN IL-KOMUNIKAZZJONI?

Hija tistabbilixxi strateġija li tikkumplimenta l-leġiżlazzjoni eżistenti sabiex jiġi żgurat li l-UE jkompli jkollha settur ewlieni ta’ innovazzjoni u teknoloġija li jkun jista’ jindirizza l-isfidi tal-enerġija għall-2020 u wara.

Hija għandha l-għan li ddaħħal fis-suq teknoloġiji ta’ enerġija sostenibbli, b’livelli baxxi ta’ karbonju, bi spiża baxxa u bi prestazzjoni għolja, sabiex b’hekk jintlaħqu l-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv.

PUNTI EWLENIN

Din il-Komunikazzjoni tiġbor il-prinċipji ta’:

Il-Kummissjoni Ewropea, flimkien mal-partijiet interessati fil-Pjan tat-Teknoloġija Enerġetika Strateġika (SET)1, tfittex li tiżgura l-iżvilupp (taħt il-gwida tal-Grupp ta’ Tmexxija tal-Pjan SET) ta’ Pjan Direzzjonali Integrat li:

  1. jsaħħaħ il-pjanijiet direzzjonali tat-teknoloġija tal-Pjan SET,
  2. ikopri l-katina sħiħa tar-riċerka u l-innovazzjoni (mir-riċerka bażika għall-adozzjoni mis-suq), u
  3. jidentifika rwoli u kompiti ċari għad-diversi partijiet interessati, bħall-Alleanza Ewropea għar-Riċerka dwar l-Enerġija (EERA) u l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT).

Barra minn hekk, għandu jiġi definit Pjan ta’ Azzjoni ta’ investimenti individwali u konġunti b’sostenn għall-Pjan Direzzjonali Integrat.

Il-Kummissjoni u l-pajjiżi tal-UE għandhom isaħħu r-rappurtar u l-monitoraġġ tal-Pjan Direzzjonali Integrat u tal-Pjan ta’ Azzjoni permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni Strateġika għat-Teknoloġiji fil-Qasam tal-Enerġija (SETIS) tal-Pjan SET.

Il-Kummissjoni trid tistabbilixxi struttura ta’ koordinazzjoni (taħt il-Grupp ta’ Tmexxija tal-Pjan SET) sabiex tippromwovi l-investimenti fir-riċerka u fl-innovazzjoni dwar l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija.

Il-Komunikazzjoni titlob lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sabiex:

SFOND

It-teknoloġiji b’livelli baxxi ta’ karbonju (jiġifieri l-enerġija mix-xemx, l-enerġija mir-riħ, jew il-qbid u l-ħażna tal-karbonju) għandhom potenzjal kbir ħafna fit-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett serra (GHG), fit-titjib tal-enerġija sostenibbli, fil-ħolqien tal-impjiegi, it-tkabbir sostenibbli u fit-tnaqqis tad-dipendenza Ewropea fuq fornituri esterni tal-enerġija. Madankollu, l-innovazzjoni f’dan il-qasam ġeneralment tkun tiswa l-flus, riskjuża u kajmana, li hija r-raġuni għaliex hemm bżonn ta’ strateġija għall-iżvilupp tagħha.

Għal aktar tagħrif, ara dwar It-teknoloġija u l-innovazzjoni u l-Pjan tat-Teknoloġija Enerġetika Strateġika fuq is-sit elettroniku tal-Kummissjoni Ewropea.

TERMINI EWLENIN

  1. Il-Pjan SET għandu l-għan li jħaffef l-iżvilupp u l-użu ta’ teknoloġiji b’livelli baxxi ta’ karbonju. Huwa jippromwovi r-riċerka u l-innovazzjoni, kif ukoll il-kooperazzjoni madwar l-Ewropa, filwaqt li jfittex li jtejjeb it-teknoloġiji u jnaqqas l-ispejjeż tagħhom.

ATT

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Innovazzjoni u t-Teknoloġiji tal-Enerġija (COM(2013) 253 final tat-)

l-aħħar aġġornament