Programm umbrella tal-UE għall-impjiegi u l-politika soċjali: EaSI
SOMMARJU TA’:
X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?
Il-programm Ewropew għall-impjiegi u l-innovazzjoni soċjali (EaSI) 2014-2020 huwa programm umbrella li għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Ewropa 2020, inkluż il-miri ewlenin, il-linji gwida integrati u l-inizjattivi ewlenin tagħha, billi jipprovdi appoġġ finanzjarju għall-objettivi tal-Unjoni f’termini tal-promozzjoni ta’ impjiegi b’livell għoli ta’ kwalità u sostenibbli, il-garanzija ta’ protezzjoni soċjali adegwata u diċenti, il-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali u l-faqar, u t-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol. Wara l-proklamazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, li jistabbilixxi linji gwida għall-appoġġ ta’ swieq tax-xogħol u sistemi ta’ protezzjoni soċjali ġusti u li jiffunzjonaw tajjeb, l-EaSI huwa għodda essenzjali biex tassisti lill-Kummissjoni fit-tisħiħ tad-dimensjoni soċjali tal-UE.
Dan ir-regolament jistabbilixxi programm tal-Unjoni Ewropea għall-impjiegi u għall-innovazzjoni soċjali. L-EaSI għandu l-għan li joħloq tkabbir u impjiegi sostenibbli u fit-tul, inaqqas id-diverġenza bejn il-pajjiżi tal-UE u jgħin biex inaqqas l-inugwaljanza soċjali.
PUNTI EWLENIN
L-EaSI jiġbor flimkien tliet programmi tal-UE mmaniġġjati separatament bejn l-2007 u l-2013: il-programm għall-impjiegi u s-solidarjetà soċjali (Progress), is-Servizzi Ewropej tax-Xogħol (EURES) u l-Faċilità ta’ Mikrofinanzjament Progress. Minn Jannar 2014, dawn il-programmi bdew jifformaw it-tliet assi tal-EaSI. Dawn jappoġġaw:
L-EaSI beda fl-1 ta’ Jannar 2014 u jibqa’ għaddej sal-31 ta’ Diċembru 2020 u l-baġit globali għal dan il-perjodu huwa EUR 919-il miljun.
MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?
Dan ilu japplika mill-21 ta’ Diċembru 2013.
SFOND
DOKUMENT EWLIENI
Ir-Regolament (UE) Nru 1296/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar programm tal-Unjoni Ewropea għall-impjiegi u l-innovazzjoni soċjali (“EaSI”) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 283/2010/UE li tistabbilixxi Faċilità Ewropea ta’ Mikrofinanzjament Progress għall-impjiegi u l-inklużjoni soċjali (ĠU L 347, 20.12.2013, pp. 238-252)
Emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) Nru 1296/2013 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni kkonsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.
DOKUMENTI RELATATI
Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, pp. 1-222)
Ir-Regolament (UE) 2016/589 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ April 2016 dwar netwerk Ewropew ta’ servizzi tal-impjiegi (EURES), aċċess tal-ħaddiema għas-servizzi ta’ mobilità u integrazzjoni ulterjuri tas-swieq tax-xogħol u li jemenda Regolamenti (UE) Nru 492/2011 u (UE) Nru 1296/2013 (ĠU L 107, 22.4.2016, pp. 1-28)
Ara l-verżjoni kkonsolidata.
l-aħħar aġġornament 15.11.2019