Hija tispjega r-rwol tal-Banek Promozzjonali Nazzjonali (NPBs) u tal-pjattaformi tal-investiment fl-appoġġ tal-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa (IPE). L-IPE għandu l-għan li jagħti bidu għat-tkabbir fl-ekonomija Ewropea.
L-IPE huwa pakkett ta’ miżuri li jisfruttaw l-investiment pubbliku u privat fl-ekonomija tal-UE. L-istrument ta’ finanzjament ewlieni għal dan l-investiment huwa l-Fond Ewropew għall-Investiment Strateġiku (FEIS) il-ġdid, li huwa kompost minn kontribuzzjonijiet mis-settur pubbliku u mis-settur privat. Il-kontribuzzjonijiet għall-FEIS mill-pajjiżi tal-UE jsiru primarjament mill-NPBs.
L-NPBs huma definiti bħala korpi legali li jwettqu attivitajiet finanzjarji li jingħataw mandat minn pajjiż tal-UE sabiex iwettqu attivitajiet promozzjonali jew ta’ żvilupp. L-NPBs jistgħu jieħdu forom differenti u pajjiżi tal-UE individwali jistgħu jiddeċiedu jekk għandux jiġi stabbilit NPB, kif ukoll fuq l-għamla u l-forma tiegħu.
Il-Komunikazzjoni:
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill — Naħdmu flimkien għat-tkabbir u l-impjiegi: Ir-rwol tal-Banek Promozzjonali Nazzjonali (NPBs) fl-appoġġ tal-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa (COM(2015) 361 finali tat-)
l-aħħar aġġornament