Il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (UE) 2015/1017 — il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, iċ-Ċentru Ewropew ta’ Konsulenza għall-Investimenti u l-Portal Ewropew ta’ Proġetti ta’ Investiment

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

PUNTI EWLENIN

L-FEIS għandu l-għan li jappoġġja investimenti strateġiċi f’oqsma ewlenin, bħall-infrastruttura, l-effiċjenza fl-enerġija, l-enerġija rinnovabbli, ir-riċerka u l-innovazzjoni, u jżid l-aċċess għall-finanzjament għal entitajiet li għandhom sa 3,000 impjegat, b’enfasi partikolari fuq intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) u kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja1. Huwa jikseb dan billi jipprovdi kapaċità li ġġorr ir-riskju permezz tal-garanzija tal-UE tiegħu lill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) u l-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI) (li flimkien jiffurmaw il-Grupp tal-BEI). B’mod ġenerali, l-FEIS kellu mira li jimmobilizza EUR 500 biljun f’investimenti addizzjonali sa tmiem l-2020.

Il-governanza tal-FEIS tikkonsisti minn:

Kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà

Sabiex ikunu eliġibbli għall-appoġġ tal-FEIS, il-proġetti jridu:

Il-garanzija u l-Fond ta’ Garanzija tal-UE

Il-garanzija tal-UE hija garanzija irrevokabbli, mingħajr kondizzjonijiet u bl-ewwel talba favur il-BEI u l-FEI, li għandha l-għan li żżid il-volum ta’ proġetti b’riskju ogħla jew tappoġġja proġetti addizzjonali b’mod ieħor. Il-garanzija massima tal-UE tammonta għal EUR 26 biljun.

Il-Fond ta’ Garanzija tal-UE huwa riżerva ta’ likwidità li minnu għandu jitħallas il-Grupp tal-BEI f’każ ta’ inadempjenza ta’ operazzjoni appoġġjata tal-FEIS. Dan huwa ffinanzjat mill-baġit tal-UE u d-dħul li joriġina minn operazzjonijiet garantiti mill-FEIS.

Iċ-Ċentru Ewropew ta’ Konsulenza għall-Investiment

Il-Portal Ewropew ta’ Proġetti ta’ Investiment

Dan huwa bażi tad-data aċċessibbli għall-pubbliku, faċli għall-utent li fih dettalji ta’ proġetti ta’ investiment attwali u futuri fl-UE.

Estensjoni tal-FEIS

L-FEIS inħoloq fl-2015 għal perjodu inizjali ta’ 3 snin. Ir-Regolament (UE) 2015/1017 inizjali ġie emendat f’Diċembru 2017 mir-Regolament (UE) 2017/2396, li:

Il-Programm InvestEU — is-suċċessur tal-FEIS

MINN META JIBDEW JAPPLIKAW IR-REGOLAMENTI?

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

  1. Kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja: għalkemm m’hemmx definizzjoni komuni tal-UE, dawn il-kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja b’mod ġenerali huma magħrufa li għandhom bejn 250 u 3,000 impjegat.
  2. Addizzjonalità: taħt l-FEIS, dan it-terminu jfisser is-sostenn ta’ operazzjonijiet li jindirizzaw fallimenti tas-suq jew sitwazzjonijiet subottimali ta’ investiment, u li ma setgħux jitwettqu fil-perjodu li matulu tista’ tintuża l-garanzija tal-UE, jew mhux sal-istess punt, mill-Grupp tal-BEI jew taħt strumenti finanzjarji eżistenti tal-UE mingħajr is-sostenn tal-FEIS.

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, iċ-Ċentru Ewropew ta’ Konsulenza għall-Investimenti u l-Portal Ewropew ta’ Proġetti ta’ Investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1291/2013 u (UE) Nru 1316/2013 — il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (ĠU 169, , pp. 1-38)

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) 2015/1017 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni kkonsolidata għandha valur dokumentarju biss.

l-aħħar aġġornament