L-isport — stimolu għall-innovazzjoni u għall-eċċellenza
SOMMARJU TAD-DOKUMENT:
Konklużjonijiet dwar l-isport bħala xprunatur tal-innovazzjoni u t-tkabbir ekonomiku
X'INHU L-GĦAN TAL-KONKLUŻJONIJIET?
F'dawn il-konklużjonijiet, talil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jistabbilixxi azzjonijiet rakkomandati għall-Unjoni Ewropea (UE) u għall-pajjiżi tal-UE biex jinħolqu kundizzjonijiet li fihom jistgħu jiġu massimizzati l-benefiċċji tal-isport għall-innovazzjoni u għall-ekonomija.
PUNTI EWLENIN
Benefiċċji ekonomiċi
Xprunatur tal-Innovazzjoni
-
Il-kompetizzjoni u l-ħtieġa għal titjib kostanti u eċċellenza wasslu għall-innovazzjoni f'oqsma bħall-prevenzjoni ta’ korrimenti, fix-xjenza tal-materjali u fil-bijomekkanika. It-teknoloġija sportiva saret mexxejja f’ċerti oqsma tax-xjenza applikata bħat-teknoloġija tat-tessuti u d-disinn orjentat lejn il-bniedem.
-
L-innovazzjonijiet kellhom effetti pożittivi sekondarji f’setturi oħrajn bħall-ikel u x-xorb, l-IT/softwer u fl-industrija awtomobilistika.
-
L-isponsorizzazzjoni tal-isport u l-finanzjament tad-drittijiet tal-midja jwasslu għall-investiment, u avvenimenti sportivi jistgħu jkunu pjattaformi għall-iżvilupp u għat-tnedija ta’ prodotti.
Il-konklużjonijiet jistiednu lill-pajjiżi tal-UE biex:
-
jippromwovu l-kooperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet, l-universitajiet, iċ-ċentri ta’ riċerka, l-industrija u l-korpi sportivi, appoġġjati mill-fondi tal-UE;
-
jinkoraġġixxu inizjattivi sportivi biex tingħata spinta lit-tkabbir u jiġi faċilitat it-teħid ta’ innovazzjonijiet minn setturi oħra tal-ekonomija;
-
iqajmu l-għarfien tal-potenzjal tal-isport għat-tkabbir u għall-impjiegi, u l-iskambju tal-aħjar prattiki fil-livelli kollha.
Il-konklużjonijiet jistiednu lill-UE biex:
-
tappoġġja u tikkoordina kollaborazzjoni bejn il-pajjiżi tal-UE u l-iskambju ta’ prattika tajba, netwerks u proġetti, u biex tkompli tiġbor statistika dwar ir-rabta bejn l-isport u l-ekonomija;
-
torganizza avveniment ta’ livell għoli dwar il-kontribut tal-isport għall-innovazzjoni u għat-tkabbir ekonomiku, u tinkoraġġixxi inizjattivi u skambji fil-kuntest tal-Ġimgħa Ewropea tal-Isport (għodod tal-komunikazzjoni għall-promozzjoni tal-ġimgħa ġew żviluppati u jistgħu jintużaw bla ħlas);
-
tinkludi kwistjonijiet sportivi fil-kuntatti u fir-relazzjonijiet tagħha ma’ pajjiżi rilevanti mhux tal-UE.
SFOND
-
Il-Pjan ta' Ħidma tal-UE għall-Isport 2014-2017 jirrikonoxxi l-importanza prinċipali tal-iżvilupp tad-dimensjoni ekonomika tal-isport.
-
Għal aktar informazzjoni dwar il-politika tal-UE dwar l-isport, ara:
DOKUMENT EWLIENI
Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar l-isport bħala mutur tal-innovazzjoni u t-tkabbir ekonomiku (2014/C 436/02) (ĠU C 436 tal-5.12.2014, p. 2-5).
DOKUMENTI RELATATI
Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, tal-21 ta' Mejju 2014 dwar il-Pjan ta' Ħidma tal-Unjoni Ewropea għall-Isport (2014-2017) (ĠU C 183, 14.6.2014, pp. 12-17)
l-aħħar aġġornament 09.01.2017