It-tnaqqis tat-tluq bikri mill-iskola

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-tnaqqis tat-tluq bikri mill-iskejjel u l-promozzjoni tas-suċċess fl-iskola

SOMMARJU

X’JAGĦMLU DAWN IL-KONKLUŻJONIJIET?

PUNTI EWLENIN

Fl-2014, 11.1 % ta’ dawk li għandhom bejn 18 u 24 sena (madwar 4.4 miljuni) telqu mill-edukazzjoni u t-taħriġ mingħajr ma temmu programm ta' edukazzjoni sekondarja għolja (sors: Eurostat, 2014). It-tnaqqis tar-rata għal inqas minn 10 % kienet waħda mill-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020.

Għalkemm sar progress, hemm wisq studenti li jitilqu mill-edukazzjoni qabel iż-żmien, u għad hemm diskrepanzi kbar bejn u fi ħdan pajjiżi tal-UE.

L-isfidi

It-tluq bikri mill-iskola jirriżulta minn firxa ta’ fatturi personali, soċjali, ekonomiċi, kulturali, edukattivi, u relatati mal-ġeneru u l-familja, u huwa marbut ma’ żvantaġġi mill-infanzja.

Gruppi li għandhom status soċjoekonomiku baxx huma l-aktar affettwati, kif ukoll tfal li għandhom sfond ta’ migrazzjoni, tfal Roma u tfal li għandhom bżonnijiet edukattivi speċjali.

Il-kwalità tal-edukazzjoni tista’ twassal biex l-istudenti jitilqu mill-edukazzjoni qabel iż-żmien.

Il-kwistjonijiet jinkludu:

It-tlestija tal-edukazzjoni sekondarja jew tat-taħriġ vokazzjonali hija raġuni ewlenija għal tranżizzjoni ta’ suċċess mill-edukazzjoni għax-xogħol jew l-istadji li jmiss tal-edukazzjoni u t-taħriġ. L-għoti ta’ miżuri ta’ appoġġ biex jgħinu lill-istudenti jlestu l-edukazzjoni tagħhom jikkontribwixxi biex jinkiser ċiklu ta' privazzjoni, faqar u inugwaljanza.

Ir-rispons

Il-Kunsill jitlob rispons inklussiv u koordinat, li jippromwovi t-tolleranza, ir-rispett u opportunitajiet ugwali, kif ukoll l-integrazzjoni soċjali, il-fehim interkulturali u sens ta’ appartenenza fl-iskejjel.

Il-pajjiżi tal-UE huma mitluba biex jimplimentaw ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-2011 dwar it-tnaqqis tat-tluq mill-iskola qabel iż-żmien, b’mod partikolari billi:

Approċċ kollaborattiv

Huwa inkoraġġit aproċċ kollaborattiv, pereżempju permezz ta’:

L-għalliema għandu jkollhom ħiliet, kompetenzi u għarfien tal-isfond fil-ġestjoni tal-klassi u tad-diversità (eż. prattiki biex jiżguraw l-inklużjoni ta’ persuni b’karatteristiċi, sfondi u kulturi differenti), il-bini tar-relazzjonijiet, ir-riżoluzzjoni tal-kunflitti, il-prevenzjoni tal-bullying, u fatturi tar-riskji li jistgħu jwasslu għat-tluq bikri mill-iskol.

Għandu jkun hemm opportunitajiet għaż-żgħażagħ li telqu mill-edukazzjoni qabel iż-żmien, biex jirritornaw fl-edukazzjoni ewlenija.

Il-pajjiżi tal-UE għandhom ukoll:

ATT

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-tnaqqis tat-tluq bikri mill-iskejjel u l-promozzjoni tas-suċċess fl-iskola (ĠU C 417, 15.12.2015, p. 36–40)

ATTI RELATATI

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-Parlament Ewoprew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni — Nindirizzaw il-problema tal-waqfien mill-iskola qabel iż-żmien: Kontribut ewlieni għall-Aġenda tal-Ewropa 2020 (KUMM(2011) 18 finali tal-31.1.2011)

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 2011 dwar linji politiċi sabiex jitnaqqas it-tluq bikri mill-iskejjel(ĠU 191, 1.7.2011, p. 1–6)

l-aħħar aġġornament 06.04.2016