Assoċjazzjoni tal-pajjiżi u territorji extra-Ewropej mal-UE
Id-“Deċiżjoni tal-Assoċjazzjoni tal-Extra Ewropej” ġiet adottata f'Novembru 2013 u daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2014. Għandha x'taqsam mar-relazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea mal-pajjiżi u territorji extra-Ewropej' li huma relatati mal-pajjiżi tal-UE.
ATT
Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta' Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji barranin mal-Unjoni Ewropea (“Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Barranija”)
SOMMARJU
Sa mill-oriġini tagħhom, il-pajjiżi u territorji extra-Ewropej (OCTs) kellhom assoċjazzjoni mal-UE. L-OCTs huma magħmulin minn 25 gżira li huma mferrxin madwar l-Oċean Atlantiku, dak Antartiku u dak Artiku u l-Oċeani tal-Paċifiku u tal-Karibew. Mhumiex Stati sovrani iżda għandhom rabtiet kostituzzjonali mal-erba' pajjiżi tal-UE: Id-Danimarka, Franza, il-Pajjiżi l-Baxxi u r-Renju Unit (1).
L-assoċjazzjoni tal-OCTs mal-UE hija bbażata fuq ir-relazzjonijiet kostituzzjonali ma' dawn l-erba' pajjiżi tal-UE.
Id-Deċiżjoni tal-Assoċjazzjoni tal-Extra Ewropej (OAD) tal-2013 timmira li timmodernizza r-relazzjonijiet tal-UE mal-OCTs u tqis it-tendenzi globali fil-kummerċ li qegħdin jinbidlu, kif ukoll it-tħassib bħat-tibdil fil-klima u l-protezzjoni ambjentali. Tfittex li tmur lil hinn mill-kooperazzjoni u taħdem lejn il-bini ta' relazzjoni bbażata fuq interessi reċiproċi u valuri kondiviżi, u segwiment ta' żvilupp sostenibbi.
Objettivi ewlenin tal-Assoċjazzjoni:
Filwaqt li l-liġijiet tal-UE mhumiex fis-seħħ fl-OCTs, l-OAD tistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri dettaljati għall-Assoċjazzjoni.
Reġim kummerċjali modernizzat
L-OAD l-ġdida timmarka l-bidu ta' sistema ġdida ta' kummerċ li għandha l-għan li tkun ta' benefiċċju għall-ambjent kummerċjali għall-OCTs. Ir-reġim il-ġdid jikklassifika l-OCTs bħala l-imsieħba kummerċjali l-aktar iffavoriti, b'termini ta' kummerċ fis-servizzi u stabbiliment aħjar, kif ukoll aċċess mingħajr dazju u kwoti għas-suq tal-UE għall-oġġetti. Il-kundizzjonijiet ta' aċċess tas-suq tal-UE ġew riveduti wkoll skont id-Deċiżjoni li twitti t-triq għal opportunitajiet ta' esportazzjoni akbar għall-OCTs
Appoġġ finanzjarju
REFERENZI
Att |
Dħul fis-seħħ |
Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
Deċiżjoni 2013/755/UE |
1.1.2014 |
- |
ATTI RELATATI
Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/137/UE tal-14 ta' Marzu 2014 dwar ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea min-naħa l-waħda, u l-Groenlandja u r-Renju tad-Danimarka min-naħa l-oħra (Ġurnal Uffiċjali L 76 15.3.2014, pp. 1-5)
l-aħħar aġġornament 21.09.2015
(1) Ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea u jsir pajjiż terz (pajjiż mhux tal-UE) mill-1 ta’ Frar 2020.