Nibnu reżiljenza fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw
SOMMARJU TAD-DOKUMENT:
SOMMARJU
X’TAGĦMEL DIN IL-KOMUNIKAZZJONI?
Tfittex li tuża l-lezzjonijiet minn dan ir-reġjun biex ittejjeb l-effettività tal-kontribuzzjoni tal-UE biex tnaqqas il-vulnerabbiltà f'pajjiżi fraġli u suxxettibbli għal diżastri, billi tinkludi l-kunċett ta' reżiljenza* bħala għan ċentrali.
PUNTI EWLENIN
Ir-rispons tal-UE għall-kriżijiet tal-ikel fl-Afrika
B'segwitu għall-kriżijiet tal-ikel fl-Afrika, ġie stabbilit rispons ta' żvilupp umanitarju mill-UE. Minbarra l-attivitajiet li jsalvaw il-ħajja, din l-assistenza kkontribwixxiet ukoll għall-proċess ta' rkupru, pereżempju, permezz tad-dispożizzjoni ta' żrieragħ u għodod u ġestjoni tal-ilma mtejba.
L-istrateġiji tar-reżiljenza fit-tul qed jgħinu lill-pajjiżi u lill-komunitajiet affettwati biex jirkupraw u jibnu l-kapaċità biex ilaħħqu ma' kriżijiet futuri.
L-inizjattivi tar-reżiljenza SHARE* u AGIR* jirrappreżentaw titjib fil-mod ta' kif jinteraġixxu l-assistenza umanitarja u l-iżvilupp. L-assistenza fuq perjodu ta' żmien qasir titjieb meta tiġi rikonoxxuta r-rabta ta' bejn is-serħan, ir-rijabilitazzjoni u l-iżvilupp (LRRD). L-UE tista' timpenja ruħha biex tindirizza l-kawżiet prinċipali tan-nuqqas ta' sikurezza tal-ikel iktar fit-tul billi tirrestawra l-għajxien, issaħħaħ il-protezzjoni soċjali u s-sistemi tal-ġestjoni tad-diżastri u ttejjeb in-nutrizzjoni.
Dawn il-miżuri jiffukaw fuq is-sigurtà tal-ikel - u l-kriżijiet tal-ikel - fl-Afrika sub-Saħarjana. Madankollu, dan l-approċċ huwa applikabbli għal reġjuni oħrajn u għal tipi oħrajn ta' vulnerabbiltà bħal reġjunijiet mhedda minn:
Jikkonċentra fuq 3 komponenti prinċipali:
L-antiċipazzjoni tal-kriżijiet permezz tal-valutazzjoni tar-riskji
L-iffukar fuq il-prevenzjoni u t-tħejjija
It-titjib fir-rispons għall-kriżijiet.
Il-Komunikazzjoni tippreżenta pjan ta' 10 punti biex iżżid ir-reżiljenza, inkluż li tippromwovi djalogu dwar ir-reżiljenza mal-pajjiżi mhux tal-UE permezz ta' mezzi disponibbli bħan-Nazzjonijiet Uniti, u l-fora tal-G8 u G20 ta' nazzjonijiet sinjuri u emerġenti. Il-pjan ġie kkonsolidat u estiż fil-Pjan ta’ Azzjoni għar-Reżiljenza fil-Pajjiżi li għandhom it-Tendenza li Jesperjenzaw il-Kriżijiet 2013–2020 li jsejjaħ lill-UE u lill-pajjiżi tal-UE biex:
SFOND
Il-kriżijiet rikorrenti tal-ikel u n-nutrizzjoni fis-Saħel u l-Qarn tal-Afrika jaffettwaw lil miljuni ta' nies, jirriżultaw f'ġuħ mifrux u jikkontribwixxu biex iżommu lin-nies fi stat perpetwu ta' faqar. Din is-sitwazzjoni tenfasizza l-ħtieġa għal approċċ fit-tul u sistematiku għall-bini tar-reżiljenza tal-pajjiżi u popolazzjonijiet vulnerabbli.
TERMINI EWLENIN
* Reżiljenza: il-kapaċità ta' individwu, unità domestika, komunità, pajjiż jew reġjun li jifilħu għal, jadattaw u jirkupraw malajr minn tensjonijiet u xokkijiet
* SHARE: Nappoġġjaw ir-Reżiljenza tal-Qarn tal-Afrika
* AGIR: Alleanza Globali għar-Reżiljenza
ATT
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill - L-Approċċ tal-UE għar-Reżiljenza: Nitgħallmu mill-kriżijiet tas-sigurtà tal-ikel (COM(2012) 586 finali tat-3.10.2012)
ATTI RELATATI
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-approċċ tal-UE għar-reżiljenza, Brussell, 28 ta' Mejju 2013
Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni: Pjan ta’ Azzjoni għar-Reżiljenza fil-Pajjiżi li għandhom it-Tendenza Jesperjenzaw il-Kriżijiet 2013– 2020 ( SWD(2013) 227 finali tad-19.6.2013)
l-aħħar aġġornament 25.11.2015