Programm Ewropa Kreattiva (2014 sa 2020)

Immirat lejn il-promozzjoni tad-diversità kulturali u lingwistika tal-Ewropa u t-tisħiħ tal-kompetittività tagħha fis-setturi kulturali, awdjoviżivi u kreattivi, Ewropa Kreattiva tnieda sabiex jissodisfa l-isfidi tal-frammentazzjoni tas-suq, l-età diġitali, il-globalizzazzjoni u l-ġbir tad-dejta.

ATT

Regolament (UE) Nru 1295/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Kreattiva (2014 sa 2020) u li jirrevoka d-Deċiżjonijiet Nru 1718/2006/KE, Nru 1855/2006/KE u Nru 1041/2009/KE.

SOMMARJU

8.5 miljun persuna huma stmati li huma impjegati direttament fis-settur kulturali tal-Ewropa. Id-diversità tal-kulturi u t-tradizzjonijiet tal-Ewropa ta’ spiss jistgħu jfissru li s-settur jiffaċċja frammentazzjoni tas-suq, b’hekk ikun diffiċli li l-awturi u l-atturi jilħqu udjenzi internazzjonali fil-pajjiżi u li jsibu s-suq tagħhom.

Barra minn hekk, il-globalizzazzjoni u t-teknoloġiji diġitali qed jirrevoluzzjonaw il-kreattività u l-mod kif l-arti hija mqassma u aċċessata, kif ukoll qed jittrasformaw mudelli ta’ negozji u l-mod kif jitħallsu l-artisti. U ftit li xejn hemm dejta komparabbli fuq livell Ewropew li tista’ tgħin sabiex tirfina l-appoġġ ipprovdut lis-setturi kulturali u kreattivi. Dan il-programm ifittex li jindirizza dawn l-isfidi u jirkeb fuq il-benefiċċji potenzjali tagħhom.

Iż-żona ġeografika koperta mill-programm tinkludi:

Ġestjoni

Il-programm huwa amministrat mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, il-Kultura u l-Awdjoviżiv fi Brussell.

Eliġibilità

Il-programm huwa miftuħ għall-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea (UE) u, jekk jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet, il-pajjiż tal-EFTA, il-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi kandidati potenzjali għall-adeżjoni mal-UE, u pajjiżi li huma parti miż-żona tal-politika tal-ġirien tal-UE (l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Belarus, il-Ġorġja, il-Moldova, l-Ukraina, l-Alġerija, l-Eġittu, il-Marokk, it-Tuneżija, il-Ġordan, il-Libanu, il-Libja, il-Palestina, is-Sirja u Iżrael).

Baġit

Ewropa Kreattiva għandu baġit ta’ EUR 1.46 biljun għall-perjodu 2014-2020. Pajjiżi mhux tal-UE għandhom iħallsu kontribuzzjoni sabiex jipparteċipaw fil-programm.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Regolament (UE) Nru 1295/2013

21.12.2013

-

ĠU L 347 tal-20.12.2013.

L-aħħar aġġornament: 27.06.2014