Ikel għal gruppi speċifiċi

 

SOMMARJU TA’:

Regolament (UE) Nru 609/2013 dwar ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar, ikel għal skopijiet mediċi speċjali, u bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

Ir-regolament:

PUNTI EWLENIN

Ir-Regolament (UE) Nru 609/2013 isaħħaħ ir-regoli dwar ikel għal gruppi vulnerabbli fil-popolazzjoni li jeħtieġu protezzjoni partikolari bħal trabi u tfal sa 3 snin, nies b’piż eċċessiv u obeżi u nies b’kundizzjonijiet mediċi speċifiċi (eż. nies b’disturbi fil-metaboliżmu).

L-anness tar-regolament fih lista unika ta’ sustanzi (inkluż minerali u vitamini) li jistgħu jiżdiedu ma’ dan l-ikel u jissostitwixxi t-tliet listi li kienu jeżistu taħt il-leġiżlazzjoni preċedenti.

Tikkettar

Ir-regolament jagħti wkoll ir-responsabbiltà lill-Kummissjoni Ewropea li tadotta, permezz ta’ atti delegati, regoli speċifiċi dwar il-kompożizzjoni u t-tikkettar għall-kategoriji ta’ ikel li ġejjin:

Minn meta daħal fis-seħħ ir-regolament fl-20 ta’ Lulju 2016, ikel mingħajr glutina u b’livell baxx ta’ glutina ġie rregolat mir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 dwar it-tikkettar tal-oġġetti tal-ikel (ara s-sommarju). Att ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni, Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 828/2014, żgura t-trasferiment ta’ regoli fuq dawn il-prodotti għal dak ir-regolament. F’kuntrast għal-leġiżlazzjoni preċedenti, dawn ir-regoli japplikaw ukoll għall-ikel mhux ippakkjat minn qabel bħal dak servut fir-ristoranti.

Atti delegati

Il-Kummissjoni Ewropea adottat l-atti delegati li ġejjin biex tissupplementa r-Regolament (UE) Nru 609/2013:

Rapport dwar prodotti bbażati fuq il-ħalib għat-tfal u ikel intenzjonat għal nies li jagħmlu l-isport

Regolament (UE) Nru 609/2013 kien jeħtieġ ukoll li l-Kummissjoni, wara li tkun ikkonsultat lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (ara s-sommarju), li tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill:

Iż-żewġ rapporti kkonkludew li ma hemmx bżonn regoli speċifiki għal dawn il-prodotti u huma għalhekk koperti minn leġiżlazzjoni ġenerali tal-ikel, jiġifieri r-Regolament (KE) Nru 1924/2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa (ara s-sommarju).

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 609/2013

Permezz ta’ żewġ regolamenti delegati, il-Kummissjoni emendat l-anness għar-Regolament (UE) Nru 609/2013.

Revoka

Ir-Regolament (UE) 609/2013 iħassar id-Direttivi 92/52/KEE, 96/8/KE, 1999/21/KE, 2006/125/KE, 2006/141/KE, 2009/39/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 41/2009 u (KE) Nru 953/2009.

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Dan ilu japplika mill-20 ta’ Lulju 2016, ħlief għall-Artikolu 11 (Rekwiżiti speċifiċi għall-kompożizzjoni u l-informazzjoni), l-Artikolu 16 (Aġġornament tal-lista tal-Unjoni), l-Artikolu 18 (atti ddelegati) u l-Artikolu 19 (proċedura ta’ urġenza), li kollha kemm huma ilhom japplikaw mid-19 ta’ Lulju 2013.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar ikel maħsub għat-trabi u tfal żgħar, ikel għal skopijiet mediċi speċjali u bħala sostitut għat-dieta kollha u għall-kontroll tal-piż u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/52/KEE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 96/8/KE, 1999/21/KE, 2006/125/KE u 2006/141/KE, id-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 u (KE) Nru 953/2009, (ĠU L 181, 29.6.2013, pp. 35-56)

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) Nru 609/2013 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1798 tat-2 ta’ Ġunju 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti speċifiċi dwar il-kompożizzjoni u l-informazzjoni għall-ikel għal sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż (ĠU L 259, 7.10.2017, pp. 2-10)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/127 tal-25 ta’ Settembru 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ rekwiżiti speċifiċi dwar il-kompożizzjoni u l-informazzjoni tal-formula tat-trabi u tal-formula ta’ prosegwiment u fir-rigward ta’ rekwiżiti dwar l-informazzjoni dwar it-tmigħ tat-trabi u tat-tfal żgħar (ĠU L 25, 2.2.2016, pp. 1-29)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/128 tal-25 ta’ Settembru 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti speċifiċi dwar il-kompożizzjoni u l-informazzjoni għall-ikel għal skopijiet mediċi speċjali (ĠU L 25, 2.2.2016, pp. 30-43)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 828/2014 tat-30 ta’ Lulju 2014 dwar ir-rekwiżiti għall-għoti ta’ informazzjoni lill-konsumaturi rigward in-nuqqas jew il-preżenza mnaqqsa ta’ glutina fl-ikel (ĠU L 228, 31.7.2014, pp. 5-8)

Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (ĠU L 304, 22.11.2011, pp. 18-63)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (ĠU L 404, 30.12.2006, pp. 9-25)

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 21.03.2023