In-Netwerk ta’ Ċentri Ewropej għall-Konsumatur - għajnuna lill-konsumaturi biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom meta jixtru minn barra pajjiżhom
L-għoti ta’ informazzjoni, pariri bla ħlas u assistenza lill-membri tal-pubbliku meta jixtru minn barra l-pajjiż jippermettilhom jieħdu vantaġġ sħiħ mis-suq uniku Ewropew minn kull fejn jixtru, jixtru x’jixtru, u irrispettivament minn kif jixtru.
ATT
Regolament (UE) Nru 254/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’Frar 2014 dwar programm pluriennali tal-konsumaturi għas-snin 2014-2020 u li jħassar id-Deċiżjoni (KE) Nru 1926/2006/KE
SOMMARJU
L-għoti ta’ informazzjoni, pariri bla ħlas u assistenza lill-membri tal-pubbliku meta jixtru minn barra l-pajjiż jippermettilhom jieħdu vantaġġ sħiħ mis-suq uniku Ewropew minn kull fejn jixtru, jixtru x’jixtru, u irrispettivament minn kif jixtru.
X’INHU N-NETWERK TA’ ĊENTRI EWROPEJ GĦALL-KONSUMATUR?
In-Netwerk ta’ Ċentri Ewropej għall-Konsumatur (ECC-Net) jikkonsisti minn 30 uffiċċju, wieħed f’kull pajjiż tal-UE, in-Norveġja u l-Iżlanda. Dan jipprovdi parir bla ħlas lill-konsumaturi tal-UE, kemm online kif ukoll fuq il-post.
PUNTI EWLENIN
Objettivi
L-ECC-Net ma jistax jgħin lil residenti tal-UE li għandhom problema ma’ kummerċjant f’pajjiżhom stess.
Il-persunal taċ-ċentri jikkonsisti minn esperti legali. Dawn jipprovdu assistenza dwar ħafna kwistjonijiet b'rabta mal-konsumaturi, inklużi:
Finanzjament
L-ECC-Net huwa ffinanzjat permezz tal-programm pluriennali tal-konsumaturi tal-UE 2014-2020, li huwa mfassal sabiex jipprovdi livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur u sabiex jagħti s-setgħa lill-konsumaturi permezz ta’ informazzjoni u edukazzjoni.
Rapport tal-Kummissjoni Ewropea tal-2015 dwar 10 snin tal-ECC-NET sab li kellu 650 000 kuntatt dirett ma’ klijenti, filwaqt li l-kuntatti annwali rduppjaw bejn l-2005 u l-2014. Ir-rapport enfasizza r-rwol importanti tal-ECC-Net fl-applikazzjoni tal-liġijiet tal-UE dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi, filwaqt li nnota wkoll id-diffikultajiet li għadhom qed iħabbtu wiċċhom magħhom il-konsumaturi, b’mod partikolari fir-rigward tal-iżvilupp tas-Suq Uniku Diġitali.
SFOND
Ir-rwol tal-ECC-Net fis-soluzzjoni bonarja tal-ilmenti mal-kummerċjanti huwa appoġġat mil-leġiżlazzjoni tal-UE adottata fl-2013. Id-Direttiva 2013/11/UE dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim u r-Regolament (UE) Nru 524/2013 dwar is-soluzzjoni online għal tilwim jgħinu lill-konsumaturi u l-kummerċjanti jsolvu tilwim mingħajr ma jmorru l-qorti, malajr, bi prezz baxx u b'mod sempliċi.
Għal dettalji, ara Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi.
REFERENZI
Att |
Dħul fis-seħħ |
Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
Regolament (UE) Nru 254/2014 |
1.1.2014 |
- |
ATTI RELATATI
Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi) (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 63-79)
Regolament (UE) Nru 524/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni online għal tilwim mal-konsumaturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (Regolament dwar l-ODR tal-konsumaturi) (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 1-12)
l-aħħar aġġornament 14.09.2015