Il-programm multiannwali għall-konsumaturi tal-UE (2014-20)
Il-Programm għall-Konsumaturi tal-Unjoni Ewropea (UE) jimmira li jiżgura livell għoli ta' protezzjoni għall-konsumaturi u li jagħti s-setgħa lill-konsumaturi permezz ta' informazzjoni u edukazzjoni. Konsumaturi mogħtija s-setgħa jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom billi jorganizzaw lilhom infushom u b'hekk ikun jista' jkollhom rwol aktar attiv fis-suq uniku tal-UE.
ATT
Regolament (UE) Nru 254/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar programm pluriennali tal-konsumaturi għas-snin 2014-20 u li jħassar id-Deċiżjoni (KE) Nru 1926/2006/KE.
SOMMARJU
Il-Programm tal-Konsumatur għandu 4 objettivi prinċipali:
Programmi ta' ħidma annwali
Għall-implimentazzjoni tal-Programm tal-Konsumaturi, il-Kummissjoni Ewropea tadotta programmi ta' ħidma annwali li fihom dettalji tal-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati u indikazzjoni tal-baġit disponibbli. Sejħiet għal offerti u proposti jiġu ppubblikati mill-Aġenzija Eżekuttiva tal-Konsumaturi, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel u mid-DĠ Ġustizzja u Konsumaturi.
Finanzjament
Il-finanzjament huwa disponibbli taħt il-programm għall-organizzazzjonijiet għall-konsumaturi attivi fil-livell tal-UE u f'dak nazzjonali, Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi, awtoritajiet tal-pajjiżi tal-UE responsabbli għall-affarijiet tal-konsumaturi, kif ukoll organizzazzjonijiet internazzjonali li jippromwovu l-prinċipji u l-politiki li huma konformi mal-objettivi tal-programm. Korpi li jiżviluppaw kodiċi ta' kondotta, l-aqwa prattiċi u linji gwida għat-tqabbil tal-prezzijiet, kwalità tal-prodotti u sostenibilità huma eleġibbli wkoll.
Livelli tal-finanzjament tal-UE skont il-programm jiddependu fuq it-tip ta' attività. Dawn id-dettalji jistgħu jinstabu fl-Artikolu 8 tar-regolament.
Eliġibilità
Il-programm huwa miftuħ ukoll għall-pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) fiż-Żona Ekonomika Ewropea, il-pajjiżi sieħba tal-Politika Ewropea dwar il-Viċinat, stati ta' adeżjoni u pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali.
Baġit
Il-baġit għal dan il-programm huwa ta' €188.83 miljun għall-perjodu 2014-2020.
Għal iktar informazzjoni, ara s-sit elettroniku tal-Kummissjoni Ewropea fuq il-programm għall-konsumaturi.
REFERENZI
|
Att |
Dħul fis-seħħ |
Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
|
21.3.2014 |
- |
10.08.2014