Għajnuna mill-Istat: protezzjoni ambjentali u l-enerġija

 

SOMMARJU TA’:

Komunikazzjoni dwar Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali u l-enerġija 2014-2020

X’INHU L-GĦAN TAL-LINJI GWIDA?

Dawn il-linji gwida tal-Kummissjoni Ewropea huma regoli ġodda dwar l-appoġġ pubbliku għall-protezzjoni ambjentali u l-enerġija sabiex jgħinu sorsi tal-enerġija rinnovabbli jidħlu fis-suq. L-għan tagħhom huwa li jappoġġjaw lill-pajjiżi tal-UE biex jilħqu l-miri klimatiċi tagħhom għall-2020, filwaqt li jindirizzaw id-distorsjonijiet tas-suq li jistgħu jirriżultaw minn sussidji mogħtija għas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli.

PUNTI EWLENIN

Il-miri tal-UE għall-2020 jinkludu 3 miri klimatiċi, li huma dawn li ġejjin:

Nersqu lejn l-indikazzjonijiet tas-suq

Fis-snin reċenti, sorsi ta’ enerġija rinnovabbli ġew appoġġjati ħafna b’tariffi fissi. Dan ħeġġeġ it-tkabbir ta’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli fit-taħlita tal-enerġija* u poġġa lill-UE fit-triq it-tajba sabiex tilħaq il-mira tagħha ta’ sorsi tal-enerġiji rinnovabbli ta’ 20 %.

Madanakollu, dan it-tip ta’ appoġġ ipproteġa wkoll lis-settur tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli mis-sinjali tal-prezzijiet (li, f’ċirkostanzi normali, jirriflettu kundizzjonijiet tal-provvista u tad-domanda) u għalhekk wassal għal distorsjonijiet tas-suq. B’mod partikolari, l-elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli ġie ġġenerat irrispettivament mit-talba tas-suq attwali. Fil-fatt, dan issupera forom oħra ta’ ġenerazzjoni li jkollhom jiddependu biss fuq il-prezz tas-suq biex joperaw b’mod ekonomiku.

Hekk kif it-teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli jimmaturaw u l-produzzjoni tagħhom tikseb sehem sostanzjali mis-suq, is-settur se jkollu jadatta għas-sinjali tas-suq (jiġifieri jinterpreta xejriet tas-suq) u l-ammonti tal-għajnuna għandhom jirrispondu għat-tnaqqis fl-ispejjeż tal-produzzjoni.

Limiti

Għalhekk, il-linji gwida l-ġodda għandhom l-għan li jillimitaw l-appoġġ tal-għajnuna mill-Istat għal dak li huwa verament meħtieġ. Dan se jsir parzjalment billi nitbiegħu gradwalment mit-tariffi feed-in* għal proċessi kompetittivi ta’ offerti* għall-allokazzjoni tal-appoġġ pubbliku. Fażi pilota fl-2015 u l-2016 se tippermetti lill-pajjiżi tal-UE jittestjaw proċessi kompetittivi ta’ offerti f’sehem żgħir mill-kapaċità elettrika ġdida tagħhom.

Infrastruttura

Il-linji gwida l-ġodda jinkludu wkoll kriterji li jappoġġjaw l-infrastruttura tal-enerġija, li jiffokaw fuq proġetti li jtejbu flussi transkonfinali tal-enerġija u jippromwovu l-infrastruttura fir-reġjuni anqas żviluppati tal-UE.

MINN META BDEW JAPPLIKAW IL-LINJI GWIDA?

Il-linji gwida ilhom japplikaw mill-1 ta’ Lulju 2014 u jibqgħu validi sal-aħħar tal-2020.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

Taħlita tal-enerġija: il-firxa tas-sorsi tal-enerġija disponibbli.
Tariffi feed-in: tariffi li skonthom dawk li jiġġeneraw l-elettriku jitħallsu prezz abbażi tal-kost għall-elettriku rinnovabbli li jisupplixxu fil-grilji tal-enerġija— is-sistema tad-distribuzzjoni tal-enerġija (li tinkludi kejbils, substazzjonijiet, eċċ.) — li hija indipendenti mill-prezz tas-suq.
Proċessi kompetittivi ta’ offerti: proċessi normali tal-akkwist pubbliku għas-settur tal-enerġija.

DOKUMENT EWLIENI

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali u l-enerġija 2014-2020 (ĠU C 200, 28.6.2014, pp. 1-55)

l-aħħar aġġornament 06.09.2019