Id-direzzjoni futura tal-politika tal-UE dwar il-fużjonijiet u l-akkwiżizzjonijiet

Din il-White Paper tal-Kummissjoni Ewropea tqis kif l-UE issorveljat fużjonijiet bejn kumpaniji matul dawn l-aħħar 10 snin. Tikkonkludi li ġeneralment din kienet effettiva, iżda tissuġġerixxi li tista’ tiġi mtejba f’2 oqsma billi

ATT

White Paper: Lejn kontroll aktar effettiv tal-fużjonijiet tal-UE (COM(2014) 449 final tad-9.7.2014)

SOMMARJU

X’TAGĦMEL IL-WHITE PAPER?

Din il-White Paper tal-Kummissjoni Ewropea tqis kif l-UE issorveljat fużjonijiet bejn kumpaniji matul dawn l-aħħar 10 snin. Tikkonkludi li ġeneralment din kienet effettiva, iżda tissuġġerixxi li tista’ tiġi mtejba f’2 oqsma billi

il-Kummissjoni titħalla tirrevedi fużjonijiet minn akkwiżizzjonijiet ta’ parteċipazzjoni azzjonarja minoritajra nonkontrollanti, u

tirriforma r-regoli għat-trasferiment ta’ każijiet ta’ fużjoni mill-awtoritajiet nazzjonali lill-Kummissjoni u viċi versa.

PUNTI PRINĊIPALI

Il-White Paper tipproponi li jekk kumpanija tkun qed tippjana li takkwista parteċipazzjoni azzjonarja minoritajra li tista’ taffettwa l-kompetizzjoni b’mod sinifikanti għandha tinnotifika lill-Kummissjoni.

Se jkollha tipprovdi dejta bħall-fatturat tal-kumpaniji, deskrizzjoni tat-transazzjoni, il-livell ta’ parteċipazzjoni azzjonarja u ftit informazzjoni dwar is-suq.

Il-Kummissjoni tqis li din is-’sistema ta’ trasparenza mmirata’ mhijiex se żżid piżijiet amministrattivi żejda fuq il-kumpaniji, iżda se tagħtiha biżżejjed dettalji biex tiddeċiedi jekk għandhiex tkompli tinvestiga l-fużjoni.

Il-bidliet proposti għar-riferiment tal-fużjonijiet mill-awtoritajiet nazzjonali lill-Kummissjoni huma maħsuba biex jagħmlu s-sistema aktar mgħaġġla u aktar effettiva.

Il-White Paper hija favur li l-kumpaniji involuti jinformaw lill-Kummissjoni direttament, mingħajr, ma l-każ ikollu l-ewwel jgħaddi minn korp nazzjonali għall-kompetizzjoni (il-proċedura attwali). Il-korp nazzjonali għall-kompetizzjoni se jkun infurmat bil-fużjoni proposta u jista’ tiddeċiedi li jirrevediha huwa stess. Jekk ma jagħmilx dan - u l-awtoritajiet nazzjonali rarament jirrifjutaw talbiet bħal dawn - il-Kummissjoni teżamina l-każ hija stess.

SFOND

L-aħħar riforma maġġuri li saret fil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-fużjonijiet kienet fl-2004. Tipprovdi sett armonizzat ta’ regoli għal konċentrazzjonijiet u ristrutturar korporattiv. Dan jiżgura li l-kompetizzjoni, u b’hekk il-konsumaturi, ma jintlaqtux ħażin minn bidliet fis-suq.

Mill-1990 il-Kummissjoni pprojbiet biss 24 fużjoni u 6 biss mill-2004 - ferm inqas minn 1% minn aktar minn 5,000 fużjoni notifikata.

l-aħħar aġġornament 10.09.2015