Il-kummerċ ta’ djamanti mhux maħduma: l-implimentazzjoni tal-Kimberley Process

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Regolament (KE) Nru 2368/2002 — l-iskema ta' ċertifikazzjoni tal-Kimberley Process fil-kummerċ internazzjonali ta’ djamanti mhux maħduma

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

Li jistabbilixxi sistema ta’ ċertifikazzjoni għall-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ djamanti mhux maħduma. L-iskop ewlieni tiegħu huwa li jimplimenta l-iskema ta' ċertifikazzjoni tal-Kimberley Process (KPCS)*, li għandha l-għan li tiżgura li x-xiri ta’ djamanti mhux maħduma ma jintużax biex jiffinanzja l-vjolenza minn movimenti tar-ribelli li jfittxu li jdgħajfu l-gvernijiet leġittimi.

PUNTI EWLENIN

META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Dan ilu japplika mill-31 ta’ Diċembru 2002.

Madankollu, ċerti artikoli ta’ dan ir-Regolament li jittrattaw ir-reġimi ta’ importazzjoni/esportazzjon u t-tranżitu ilhom japplikaw mill-1 ta’ Frar 2003.

SFOND

Il-kummerċ tad-djamanti ta' konflitt* huwa kwistjoni ta’ tħassib internazzjonali serju, li tista’ tkun marbuta direttament maż-żieda fil-konflitti armati, l-attivitajiet tal-movimenti tar-ribelli bil-għan li jdgħajfu jew iwaqqgħu gvernijiet leġittimi, u t-traffikar illeċitu u ż-żieda fl-armamenti, speċjalment fl-armi żgħar u armi ħfief.

Il-KPCS ġiet żviluppata wara li l-pajjiżi ltaqgħu f’Kimberley, fl-Afrika t’Isfel, fis-sena 2000 biex ifittxu modi biex jiġu indirizzati l-problemi li dejjem qed jikbru, li joriġinaw mid-djamanti ta’ konflitt.

Għal aktar informazzjoni, ara:

* TERMINI EWLENIN

L-iskema ta’ ċertifikazzjoni Kimberley Process (KPCS): il-proċess stabbilit fl-2003 mill-Assemblea Ġenerali tar-Riżoluzzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti 55/56 biex jiġi evitat il-kummerċ tad-djamanti ta’ konflitt.

Djamanti ta’ konflitt: djamanti mhux maħduma estratti minn minjieri f’żoni tal-gwerra u mibjugħin biex jiffinanzjaw irvelli, sforzi tal-gwerra ta’ armati li jinvadu jew l-attivitajiet tal-kmandanti militari.

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2368/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 li jimplimenta l-iskema ta' ċertifikazzjoni tal-Kimberley Process fil-kummerċ internazzjonali ta’ djamanti mhux maħduma (ĠU L 358, 31.12.2002, pp. 28-48)

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 2368/2002 ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija biss ta’ valur dokumentarju.

DOKUMENT RELATAT

Linji gwida dwar il-Kummerċ mal-Unjoni Ewropea (UE) — Settembru 2015 — Gwida prattika għall-Parteċipanti fil-Process Kimberley u l-kumpaniji involuti fil-kummerċ ta’ djamanti mhux maħduma mal-UE (Mhux disponibbli bil-Malti)

l-aħħar aġġornament 12.12.2016