Din tipprovdi l-linji gwida tal-aqwa prattiki li jkopru skemi ta’ ċertifikazzjoni volontarji tal-kwalità għal prodotti agrikoli, oġġetti tal-ikel, u metodi ta’ produzzjoni u sistemi ta’ ġestjoni assoċjati.
Filwaqt li xi skemi ta’ ċertifikazzjoni għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel ikopru l-konformità mal-istandards obbligatorji, dawn il-linji gwida jikkonċernaw speċifikament skemi ta’ ċertifikazzjoni volontarji. Dawn huma mfassla biex jiżguraw livelli ta’ kwalità f’oqsma bħat-togħma, il-kulur jew ir-riħa kif ukoll, pereżempju, fatturi ambjentali, tal-benesseri tal-annimali jew tal-“kummerċ ġust”.
Il-linji gwida huma mfassla biex jagħmlu dawn l-iskemi ta’ ċertifikazzjoni volontarji iktar effettivi billi:
Il-linji gwida jirrakkomandaw li l-iskemi, għalkemm jistgħu jiġu żviluppati minn gruppi ta’ esperti, għandhom ikunu strutturati biex jinkoraġġixxu l-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati kollha, jiġifieri produtturi, bdiewa, awtoritajiet pubbliċi, gruppi ta’ interess u klijenti.
L-iskemi għandu jkollhom il-karatteristiċi li ġejjin:
Il-linji gwida jirrakkomandaw li t-tikketti tal-ikel m’għandhomx jipprovdu diżgwid jew jagħmlu pretensjonijiet foloz dwar prodott fir-rigward ta’:
Għal iktar informazzjoni, ara:
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Linji gwida tal-aqwa prattiki tal-UE għat-tħaddim ta’ skemi ta’ ċertifikazzjoni volontarji għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU C 341, , p. 5–11)
l-aħħar aġġornament