Ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 — il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
Il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS) għandu l-għan li jgħin lill-popolazzjonijiet kostali u lil dawk li jaħdmu fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura biex jadattaw għall-politika komuni tas-sajd (PKS) tal-Unjoni Ewropea (UE) għall-perjodu ta’ bejn l-2014 u l-2020.
B’baġit ta’ EUR 6.5 biljun għall-perjodu ta’ bejn l-2014 u l-2020, il-FEMS għandu l-għan li:
Il-FEMS huwa l-istrument finanzjarju li jappoġġja l-PKS għall-perjodu ta’ bejn l-2014 u l-2020. Huwa wieħed mill-ħames Fondi Strutturali u ta’ Investiment tal-UE li jikkomplementaw lil xulxin u għandu l-għan li jippromwovi t-tkabbir u l-impjiegi.
Ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 (UE) u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, , pp. 1-66).
L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) Nru 508/2014 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
l-aħħar aġġornament