Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni 2015 - Bidu Ġdid

Il-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni jippreżenta l-prijoritajiet u l-inizjattivi ppjanati li ser tieħu l-Kummissjoni matul l-2015. Il-programm jikkostitwixxi l-ewwel riżultati ppjanati tal-għaxar linji gwida politiċistabbiliti mill-President tal-Kummissjoni, Jean-Claude Juncker, għall-perjodu 2014-2019.

ATT

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni 2015 Bidu Ġdid (COM(2014) 910 finaltas-16.12.2014).

SOMMARJU

Il-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni jippreżenta l-prijoritajiet u l-inizjattivi ppjanati li ser tieħu l-Kummissjoni matul l-2015. Il-programm jikkostitwixxi l-ewwel riżultati ppjanati tal-għaxar linji gwida politiċistabbiliti mill-President tal-Kummissjoni, Jean-Claude Juncker, għall-perjodu 2014-2019.

X’TAGĦMEL IL-KOMUNIKAZZJONI?

Il-komunikazzjoni tistabbilixxi 23 inizjattiva ġdida mmirati sabiex jiġu ppreżentati l-għaxar linji gwida tal-President Juncker (Anness 1).

Tipproponi li 80 proposta eżistenti jiġu rtirati jew emendati, għal raġunijiet politiċi jew tekniċi (l-Anness 2).

Filwaqt li tirrifletti l-impenn tal-Kummissjoni għal Regolamentazzjoni Aħjar minn hekk, it-tnaqqis tal-burokrazija u t-tneħħija tal-piżijiet regolatorji, din tidentifika għadd tal-hekk imsejħa miżuri tar-REFIT (Idoneità Regolatorja). Dawn jinkludu revoki u emendi ta’ leġiżlazzjoni eżistenti kif ukoll studji u evalwazzjonijiet sabiex ikun żgurat li l-leġiżlazzjoni attwali tkun adatta għall-iskop tagħha u taħdem aħjar għaċ-ċittadini u n-negozji tal-UE (Anness 3).

PUNTI EWLENIN

It-23 inizjattiva ġdida jiffukaw fuq sett limitat ta’ oqsma konkreti fejn l-azzjoni tal-UE hija l-aktar effettiva, inklużi:

l-implimentazzjoni ta’Pjan ta’ Investiment għall-Ewropabiex jiġu żblukkati EUR 315-il biljun f’investimenti pubbliċi u privati fl-ekonomija reali matul it-tliet snin li ġejjin;

Il-preżentazzjoni ta’strateġija tas-suq uniku diġitaliinkluż l-immodernizzar tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur u s-simplifikazzjoni tar-regoli għax-xiri onlajn u diġitali;

L-ewwel passi lejn il-ħolqien ta’Unjoni tal-Enerġija Ewropeabiex tiġi ggarantita s-sigurtà tal-forniment tal-enerġija, jiġu integrati s-swieq tal-enerġija nazzjonali u titnaqqas id-domanda tal-UE għall-enerġija;

Aġenda Ewropea dwar il-migrazzjonili għandha tinkludi approċċ ġdid għall-migrazzjoni legali, ittejjeb il-ġestjoni tal-migrazzjoni fl-UE permezz ta’ aktar kooperazzjoni ma’ pajjiżi mhux tal-UE u tiġġieled it-traffikar tal-bnedmin;

Il-ħolqien ta’ambjent tat-taxxa aktar ġustli għandu jinkludi miżuri sabiex tiġi miġġielda l-evażjoni fiskali, il-frodi fiskali, l-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni dwar deċiżjonijiet tat-taxxa u biexjiġu stabbilizzati l-bażijiet tat-taxxa korporattiva;

L-iżgurar ta’unjoni ekonomika u monetarja aktar profondasabiex tippromwovi l-istabbiltà ekonomika u tattira l-investituri lejn l-UE.

Għal aktar informazzjoni ara l-websajt dwar il-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni 2015.

ATTI RELATATI

Bidu ġdid għall-Ewropa: L-Aġenda Tiegħi għall-Impjiegi, it-Tkabbir, il-Ġustizzja u t-Tibdil Demokratiku - Linji Gwida Politiċi għall-Kummissjoni Ewropea li jmiss.

L-aħħar aġġornament: 10.06.2015