Aġenzija Eżekuttiva tar-Riċerka (2014-2020)

Din id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA). Hija bbażata fi Brussell. Tfittex li timmasimizza l-effiċjenza u l-impatt tal-programmi ta' riċerka u innovazzjoni tal-UE.

ATT

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/778/UE tat-13 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2008/46/KE.

SOMMARJU

L-REA tikkoordina sejħiet għal proposti għal proġetti, tiżgura l-evalwazzjoni tagħhom u tikkoordina ma' benefiċjarji sussegwenti ta' għotjiet. Tiġġestixxi sehem kbir ta' proġetti ta' Riċerka u Innovazzjoni ta' Orizzont 2020, kif ukoll uħud mill-proġetti għaddejjin il-ħin kollu ffinanzjati taħt il-programm ta' Qafas 7 (FP7). Tipprovdi wkoll appoġġ amministrattiv u loġistiku lid-dipartimenti tal-Kummissjoni u lill-Aġenziji Eżekuttivi li jiġġestixxu Orizzont 2020, proġetti ta' FP7 u programmi oħrajn.

Il-kompiti ewlenin tal-REA jinkludu:

L-REA tiġġestixxi proġetti fl-oqsma li ġejjin ta' Orizzont 2020:

L-REA tagħmel kontribuzzjoni prattika għall-ilħuq tal-miri tal-Unjoni tal-Innovazzjoni, inizjattiva emblematika tal-UE li hija parti minn Ewropa 2020, l-istrateġija globali tal-UE għat-tkabbir u l-kompetittività.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Deċiżjoni 2013/778/UE

21.12.2013

-

ĠU L 346 tal-20.12.2013, p. 54-57

ATTI RELATATI

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (ĠU L 11 tas-16.1.2003, p. 1-8).

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (ĠU L 297 tat-22.9.2004, p 6-16).

L-aħħar aġġornament: 06.11.2014