Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Korea dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru /* KUMM/2009/0065 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 18.2.2009 KUMM(2009) 65 finali 2009/0019 (CNS) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Korea dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Korea dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru (preżentati mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. Kuntest tal-proposta | 110 | Raġunijiet u għanijiet tal-proposta B’segwitu għas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja fl-hekk imsejħa kawżi “Smewwiet Miftuħa”, fil-5 ta’ Ġunju 2003 il-Kunsill ta mandat lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati mal-pajjiżi terzi dwar is-sostituzzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet eżistenti bi ftehim Komunitarju[1] (il-“mandat orizzontali”). L-għanijiet ta’ dawn il-ftehimiet huma li jagħtu aċċess mhux diskriminatorju lit-trasportaturi kollha tal-ajru tal-UE għar-rotot bejn il-Komunità u l-pajjiżi terzi, u sabiex il-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi jinġiebu f'konformità mal-liġi Komunitarja. | 120 | Kuntest ġenerali Ir-relazzjonijiet fil-qasam tal-avjazzjoni internazzjonali bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi tradizzjonalment kienu rregolati permezz ta' ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi, l-Annessi għal dawn il-ftehimiet u arranġamenti bilaterali jew multilaterali relatati oħra. Il-klawżoli tradizzjonali ta’ deżinjazzjoni fil-ftehimiet bilaterali tal-Istati Membri dwar is-servizzi tal-ajru jiksru l-liġi Komunitarja. Dawn jippermettu lill-pajjiż terz li jirrifjuta, jirtira jew jissospendi l-permessi jew l-awtorizzazzjonijiet ta' trasportatur tal-ajru li kien ddeżinjat minn Stat Membru iżda li mhux sostanzjalment proprjetà u effettivament ikkontrollat minn dak l-Istat Membru jew minn ċittadini tiegħu. Instab li dan jikkostitwixxi diskriminazzjoni kontra t-trasportaturi Komunitarji stabbiliti fit-territorju ta' Stat Membru iżda li jkunu proprjetà u kkontrollati minn ċittadini ta' Stat Membru ieħor. Dan imur kontra l-Artikolu 43 tat-Trattat li jiggarantixxi liċ-ċittadini, ta' Stati Membri, li jkunu eżerċitaw il-libertà tagħhom tal-istabbiliment tal-istess trattament fl-Istat Membru ospitanti bħal dak mogħti liċ-ċittadini ta’ dak l-Istat Membru. Hemm kwistjonijiet oħra, bħat-tassazzjoni jew it-tariffi fuq il-fjuwil tal-avjazzjoni introdotti minn trasportaturi tal-ajru minn pajjiżi terzi fuq rotot intra-Komunitarji, fejn għandha tiġi żgurata l-konformità tagħhom mal-liġi Komunitarja billi jiġu emendati jew ikkomplementati d-dispożizzjonijiet eżistenti fil-ftehimiet bilaterali bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi dwar is-servizzi tal-ajru. | 130 | Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim jieħdu post jew jikkomplementaw id-dispożizzjonijiet eżistenti f'għoxrin ftehim bilaterali bejn l-Istati Membri u r-Repubblika tal-Korea dwar is-servizzi tal-ajru. | 140 | Konsistenza ma’ politiki u għanijiet oħrajn tal-Unjoni Il-Ftehim se jaqdi għan fundamentali tal-politika esterna Komunitarja dwar l-avjazzjoni billi jġib il-ftehimiet bilaterali eżistenti dwar is-servizzi tal-ajru konformi mal-liġi Komunitarja. | 2. Konsultazzjoni mal-partijiet interessati u l-valutazzjoni tal-impatt | Konsultazzjoni mal-partijiet interessati | 211 | Il-metodi ta' konsultazzjoni, is-setturi ewlenin indirizzati u l-profil ġenerali ta' dawk li jwieġbu Sew l-Istati Membri kif ukoll l-industrija ġew ikkonsultati matul in-negozjati. | 212 | Sinteżi tar-reazzjonijiet u ta' kif dawn ġew ikkunsidrati Il-kummenti li saru mill-Istati Membri u mill-industrija ġew ikkunsidrati. | 3. Elementi ġuridiċi tal-proposta | 305 | Sinteżi tal-azzjoni proposta Skont il-mekkaniżmi u d-direttivi fl-Anness għall-“mandat orizzontali”, il-Kummissjoni nnegozjat ftehim mar-Repubblika tal-Korea li jissostitwixxi ċerti dispożizzjonijiet fil-ftehimiet bilaterali eżistenti bejn l-Istati Membri u r-Repubblika tal-Korea dwar is-servizzi tal-ajru. L-Artikolu 2 tal-Ftehim jieħu post il-klawżoli tradizzjonali ta' deżinjazzjoni bi klawżola ta' deżinjazzjoni Komunitarja, li tippermetti lit-trasportaturi kollha tal-ajru Komunitarji li jibbenefikaw mid-dritt tal-istabbiliment. L-Artikolu 4 jikkonċerna t-tassazzjoni tal-fjuwil tal-avjazzjoni, kwistjoni li ġiet armonizzata mid-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE li tirristruttura -qafas tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti tal-enerġija u tal-elettriku, partikolarment l-Artikolu 14(2) tagħha. L-Artikolu 5 jirriżolvi konflitti potenzjali mar-regoli tal-KE tal-kompetizzjoni. | 310 | Bażi ġuridika L-Artikoli 80(2) u 300(2) tat-Trattat tal-KE. | 329 | Prinċipju ta' sussidjarjetà Il-proposta tissejjes kollha kemm hi fuq il-“mandat orizzontali" mogħti mill-Kunsill b'kunsiderazzjoni għall-kwistjonijiet koperti mil-liġi Komunitarja u l-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru. | Prinċipju ta' proporzjonalità Il-Ftehim ser jemenda jew jikkomplementa d-dispożizzjonijiet fil-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru safejn ikun meħtieġ biss sabiex tkun żgurata l-konformità mal-liġi Komunitarja. | Għażla tal-istrumenti | 342 | Il-Ftehim bejn il-Komunità u r-Repubblika tal-Korea huwa l-aktar strument effikaċi sabiex il-ftehimiet bilaterali eżistenti kollha bejn l-Istati Membri u r-Repubblika tal-Korea dwar is-servizzi tal-ajru jinġiebu konformi mal-liġi Komunitarja. | 4. Implikazzjoni għall-baġit | 409 | Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni fuq il-baġit Komunitarju. | 5. Tagħrif addizzjonali | 510 | Simplifikazzjoni | 511 | Il-proposta taħseb għas-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni. | 512 | Id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ftehimiet bilaterali bejn l-Istati Membri u r-Repubblika tal-Korea dwar is-servizzi tal-ajru se jinbidlu ma' jew jiġu kkomplementati b'dispożizzjonijiet fi ftehim wieħed Komunitarju. | 570 | Spjegazzjoni dettaljata tal-proposta Skont il-proċedura standard għall-iffirmar u l-konklużjoni ta’ ftehimiet internazzjonali, il-Kunsill huwa mitlub japprova d-deċiżjonijiet dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Korea dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru u jagħżel il-persuni awtorizzati biex jiffirmaw il-Ftehim f'isem il-Komunità. | Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Korea dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 80(2), flimkien mal-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(2) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[2], Billi: (1) Fil-5 ta’ Ġunju 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni sabiex tiftaħ negozjati mal-pajjiżi terzi dwar is-sostituzzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet fil-ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju, (2) F'isem il-Komunità, il-Kummissjoni nnegozjat Ftehim mar-Repubblika tal-Korea dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru skont il-mekkaniżmi u d-direttivi fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati mal-pajjiżi terzi dwar is-sostituzzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet fil-ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju. (3) Soġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu f'data aktar ’il quddiem, il-Ftehim innegozjat mill-Kummissjoni għandu jiġi ffirmat u applikat provviżorjament. IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu Waħdieni 1. Il-President tal-Kunsill b’dan huwa awtorizzat jaħtar il-persuna/i bis-setgħa li tiffirma/jiffirmaw il-Ftehim f'isem il-Komunità bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Korea dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar ’il quddiem. 2. Sakemm jidħol fis-seħħ, il-Ftehim għandu jiġi applikat provviżorjament mill-ewwel jum tal-ewwel xahar wara d-data li fiha l-partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin li tlestew il-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan. Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat jagħmel in-notifika prevista fl-Artikolu 8(2) tal-Ftehim. 3. It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President 2009/0019 (CNS) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Korea dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 80(2), flimkien mal-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(3) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[3], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[4], Billi: (1) Fil-5 ta’ Ġunju 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni sabiex tiftaħ negozjati mal-pajjiżi terzi dwar is-sostituzzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet fil-ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju, (2) F'isem il-Komunità, il-Kummissjoni nnegozjat Ftehim mar-Repubblika tal-Korea dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru skont il-mekkaniżmi u d-direttivi fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati mal-pajjiżi terzi dwar is-sostituzzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet fil-ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju. (3) Il-Ftehim ġie ffirmat f’isem il-Komunità fil-[…]…, suġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu f’data aktar ’il quddiem, f’konformità mad-Deċiżjoni .../.../KE tal-Kunsill fil-[…][5], (4) Il-Ftehim għandu jiġi approvat. IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 1. Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Korea dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru huwa approvat f'isem il-Komunità. 2. It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill huwa awtorizzat li jaħtar il-persuna awtorizzata li tagħmel in-notifika prevista fl-Artikolu 8(1) tal-Ftehim. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President ANNESS FTEHIM bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Korea dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru IL-KOMUNITÀ EWROPEA, fuq naħa u IR-REPUBBLIKA TAL-KOREA, fuq in-naħa l-oħra, minn hawn 'il quddiem ‘il-Partijiet Kontraenti’, WARA LI NNOTAW li l-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja sabet li ċerti dispożizzjonijiet fil-ftehimiet bilaterali eżistenti bejn bosta Stati Membri u l-pajjiżi terzi huma inkompatibbli mal-liġi tal-Komunità Ewropea, WARA LI NNOTAW li għadd ta' ftehimiet bilaterali li ġew konklużi bejn bosta Stati Membri tal-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Korea dwar servizzi tal-ajru fihom dispożizzjonijiet simili u li jobbligaw lill-Istati Membri li jieħdu l-passi kollha xierqa sabiex ineħħu l-inkompatibbiltajiet bejn dawn il-ftehimiet u t-Trattat tal-KE, WARA LI NNOTAW li l-Komunità Ewropea għandha kompetenza esklussiva fir-rigward ta' għadd ta' aspetti li hemm mnejn jinsabu fi ftehimiet bilaterali bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u l-pajjiżi terzi dwar is-servizzi tal-ajru, WARA LI NNOTAW li, skont il-liġi tal-Komunità Ewropea, it-trasportaturi tal-ajru stabbiliti fi Stat Membru għandhom id-dritt għall-aċċess mhux diskriminatorju għar-rotot tal-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u l-pajjiżi terzi, WARA LI KKUNSIDRAW il-ftehimiet bejn il-Komunità Ewropea u ċerti pajjiżi terzi li jipprovdu l-possibbiltà għaċ-ċittadini ta' dawn il-pajjiżi terzi li jiksbu d-dritt tal-proprjetà fi trasportaturi tal-ajru liċenzjati skont il-liġi tal-Komunità Ewropea, WARA LI GĦARFU li l-konsistenza bejn il-liġi tal-Komunità Ewropea u d-dispożizzjonijiet tal-ftehimiet bilaterali bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Korea għandha tipprovdi bażi ġuridika soda għas-servizzi tal-ajru bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Korea u tippreżerva l-kontinwità ta' dawn is-servizzi tal-ajru, WARA LI NNOTAW li d-dispożizzjonijiet tal-ftehimiet bilaterali bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Korea dwar is-servizzi tal-ajru li mhumiex inkonsistenti mal-liġi tal-Komunità Ewropea, ma għandhomx bżonn jiġu emendati jew ssostitwiti, WARA LI NNOTAW li dawn l-emendi jikkonfermaw ir-relazzjoni eċċellenti ta' bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Korea fil-qasam tat-trasport bl-ajru, WAQT LI NNOTAW li mhuwiex għan tal-Komunità Ewropea f'dan il-Ftehim li żżid il-volum totali tat-traffiku bl-ajru bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Korea, li taffettwa l-bilanċ bejn it-trasportaturi tal-ajru Komunitarji u t-trasportaturi tal-ajru tar-Repubblika tal-Korea, jew li tiddomina fuq l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' ftehimiet bilaterali eżistenti li jikkonċernaw id-drittijiet tat-traffiku, FTIEHMU KIF ĠEJ: ARTIKOLU 1 Dispożizzjonijiet ġenerali 1. Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, ‘Stati Membri’ tfisser l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea. 'Parti Kontraenti' tfisser parti kontraenti f'dan il-Ftehim; 'parti' tfisser il-parti kontraenti fil-ftehim bilaterali rilevanti dwar is-servizzi tal-ajru; 'trasportatur tal-ajru' għandha tfisser ukoll linja tal-ajru; 'territorju tal-Komunità Ewropea' tfisser it-territorji tal-Istati Membri li għalihom japplika t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. 2. Ir-referenzi f'kull ftehim elenkat fl-Anness 1 għaċ-ċittadini tal-Istat Membru li huwa parti f'dak il-ftehim għandhom jinftehmu bħala referenzi għaċ-ċittadini tal-Istati Membri tal-Komunità Ewropea. 3. Ir-referenzi f'kull ftehim elenkat fl-Anness 1 għat-trasportaturi tal-ajru jew għal-linji tal-ajru tal-Istat Membru li huwa parti f'dak il-ftehim għandhom jinftehmu bħala referenzi għat-trasportaturi tal-ajru jew għal-linji tal-ajru magħżulin minn dak l-Istat Membru. ARTIKOLU 2 Deżinjazzjoni, awtorizzazzjoni u revoka 1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu għandhom jiddominaw fuq id-dispożizzjonijiet li jikkorrispondu magħhom fl-Artikoli elenkati fl-Anness 2(a) u (b) rispettivament, b'rabta mal-għażla tat-trasportaturi tal-ajru mill-Istat Membru konċernat, l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi maħruġa mir-Repubblika tal-Korea, u r-rifjut, ir-revoka, is-sospensjoni jew il-limitazzjoni tal-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi tat-trasportatur tal-ajru, rispettivament. 2. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu għandhom jiddominaw fuq id-dispożizzjonijiet li jikkorrispondu magħhom fl-Artikoli elenkati fl-Anness 2(a) u (b) rispettivament, b'rabta mal-għażla tat-trasportaturi tal-ajru mir-Repubblika tal-Korea, l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi maħruġa mill-Istat Membru konċernat, u r-rifjut, ir-revoka, is-sospensjoni jew il-limitazzjoni tal-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi tat-trasportatur tal-ajru, rispettivament. 3. Malli jirċievu din id-deżinjazzjoni, u l-applikazzjonijiet mingħand it-trasportatur tal-ajru magħżulin, fil-forma u l-manjiera stipulati għall-awtorizzazzjonijiet tal-operat u l-permessi tekniċi; kull parti għandha, skont il-paragrafi 4 u 5 toħroġ l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi xierqa bl-inqas dewmien proċedurali possibbli, sakemm: (a) fil-każ ta' trasportatur tal-ajru ddeżinjat minn Stat Membru: i. it-trasportatur tal-ajru huwa stabbilit, skont it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, fit-territorju tal-Istat Membru li jagħżel u jkollu liċenzja valida tal-operat minn Stat Membru skont il-liġi tal-Komunità Ewropea; u ii kontroll effettiv regolatorju tat-trasportatur tal-ajru jiġi eżerċitat u miżmum mill-Istat Membru responsabbli mill-ħruġ taċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru tiegħu u l-awtorità rilevanti aeronawtika tkun identifikata b'mod ċar fid-deżinjazzjoni; u iii. it-trasportatur tal-ajru għandu l-post prinċipali tan-negozju tiegħu fit-territorju tal-Istat Membru li mingħandu jkun irċieva l-liċenzja valida tal-operat; u iv it-trasportatur tal-ajru jkun proprjetà, direttament jew permezz tal-akbar sehem azzjonarju u jkun effettivament ikkontrollat mill-Istati Membri u/jew minn ċittadini tal-Istati Membri, u/jew mill-Istati l-oħra elenkati fl-Anness 3 u/jew minn ċittadini ta' dawn l-Istati l-oħra; (b) fil-każ ta' trasportatur tal-ajru ddeżinjat mir-Repubblika tal-Korea: ir-Repubblika tal-Korea għandha u tibqa' żżomm kontroll regolatorju effettiv tat-trasportatur tal-ajru; u parti sostanzjali tal-proporjetà u l-kontroll effettiv ta' dak it-trasportatur tal-ajru huma tar-Repubblika tal-Korea, ta' ċittadini tar-Repubblika tal-Korea, jew tat-tnejn, u t-trasportatur tal-ajru għandu liċenzja valida tal-operat maħruġa mir-Repubblika tal-Korea. 4. Kull waħda mill-partijiet tista' tirrifjuta, tirrevoka, tissospendi jew tillimita l-awtorizzazzjoni tal-operat jew il-permessi tekniċi ta' trasportatur tal-ajru ddeżinjat mill-parti l-oħra fejn: (a) fil-każ ta' trasportatur tal-ajru ddeżinjat minn Stat Membru: i it-trasportatur tal-ajru ma jkunx stabbilit, skont it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, fit-territorju tal-Istat Membru li jkun qed jiddeżinjah jew ma jkollux liċenzja valida tal-operat minn xi Stat Membru skont il-liġi tal-Komunità Ewropea; jew ii ma jiġix eżerċitat jew miżmum kontroll regolatorju effettiv tat-trasportatur tal-ajru mill-Istat Membru responsabbli għall-ħruġ taċ-ċertifikat ta' operatur tal-ajru tiegħu, jew l-awtorità aeronawtika relevanti ma tkunx identifikata b'mod ċar fid-deżinjazzjoni; jew iii. il-post prinċipali tan-negozju tat-trasportatur tal-ajru ma jkunx fit-territorju tal-Istat Membru mingħand min irċieva l-liċenzja tiegħu tal-operat; jew iv. it-trasportatur tal-ajru ma jkunx proprjetà, direttament jew permezz tal-akbar sehem azzjonarju, u mhux ikkontrollat effettivament mill-Istati Membri u/jew minn ċittadini tal-Istati Membri, u/jew mill-Istati l-oħra elenkati fl-Anness 3 u/jew minn ċittadini ta' dawn l-Istati l-oħra; jew v. it-trasportatur tal-ajru jkun diġà awtorizzat li jopera skont ftehim bilaterali bejn ir-Repubblika tal-Korea u xi Stat Membru ieħor u r-Repubblika tal-Korea tista' turi li, billi teżerċita d-drittijiet tat-traffiku skont dan il-Ftehim fuq rotta li tinkludi punt f’dak l-Istat l-ieħor, tkun qed tevita r-restrizzjonijiet fuq id-drittijiet tat-traffiku imposti minn dak il-ftehim l-ieħor; jew vi. it-trasportatur tal-ajru jkollu ċertifikat tal-operatur tal-ajru maħruġ minn Stat Membru u ma jkun hemm l-ebda ftehim bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn ir-Repubblika tal-Korea u dak l-Istat Membru, u dak l-Istat Membru jkunu ċaħħad id-drittijiet tat-traffiku lit-trasportatur tal-ajru ddeżinjat mir-Repubblika tal-Korea; (b) fil-każ ta' trasportatur tal-ajru ddeżinjat mir-Repubblika tal-Korea: i. ir-Repubblika tal-Korea ma għandhiex il-kontroll regolatorju effettiv tat-trasportatur tal-ajru; jew ii. il-proprjetà sustanzjali u l-kontroll effettiv ta' dak it-trasportatur tal-ajru mhumiex tar-Repubblika tal-Korea, ta' ċittadini tar-Repubblika tal-Korea, jew tat-tnejn, jew it-trasportatur tal-ajru ma għandux liċenzja valida tal-operat maħruġa mir-Repubblika tal-Korea. 5. Fl-eżerċizzju tad-dritt tagħha skont il-paragrafu 4, u mingħajr preġudizzju tad-drittijiet tagħha skont il-paragrafu 4(a)(v) u (vi) ta' dan l-Artikolu, ir-Repubblika tal-Korea ma għandhiex tiddiskrimina bejn trasportaturi tal-ajru tal-Istati Membri abbażi tan-nazzjonalità. ARTIKOLU 3 Drittijiet rigward il-kontroll regolatorju 1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jikkomplementaw id-dispożizzjonijiet korrispondenti fl-Artikoli elenkati fl-Anness 2(c). 2. Fejn Stat Membru (l-ewwel Stat Membru) ddeżinja trasportatur tal-ajru li l-kontroll regolatorju tiegħu hu eżerċitat u miżmum minn Stat Membru ieħor, id-drittijiet tar-Repubblika tal-Korea skont id-dispożizzjonijiet tas-sikurezza tal-ftehim bejn l-ewwel Stat Membru li ddeżinja t-trasportatur tal-ajru u r-Repubblika tal-Korea għandhom japplikaw indaqs fir-rigward tal-adozzjoni, l-eżerċizzju jew iż-żamma tal-istandards ta' sikurezza mit-tieni Stat Membru u fir-rigward tal-awtorizzazzjoni għall-operat ta' dak it-trasportatur tal-ajru. ARTIKOLU 4 Tassazzjoni tal-fjuwil tal-avjazzjoni 1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jikkomplementaw id-dispożizzjonijiet li jikkorrispondu magħhom fl-artikoli elenkati fl-Anness 2(d). 2. Minkejja kull dispożizzjoni oħra kontra dan, ma għandu jkun hemm xejn fi kwalunkwe wieħed mill-ftehimiet elenkati fl-Anness 2(d) li jżomm Stat Membru milli jimponi, abbażi mhux diskriminatorja, taxxi, imposti, dazji, miżati jew ħlasijiet fuq fjuwil fornut fit-territorju tiegħu għall-użu f'inġenju tal-ajru ta' trasportatur tal-ajru ddeżinjat tar-Repubblika tal-Korea li jopera bejn punt fit-territorju ta' dak l-Istat Membru u punt ieħor fit-territorju ta' dak l-istess Stat Membru jew fit-territorju ta' Stat Membru ieħor. ARTIKOLU 5 Kompatibbiltà mar-regoli tal-kompetizzjoni 1. Minkejja kull dispożizzjoni oħra għall-kuntrarju, ma għandu jkun hemm xejn fi kwalunkwe ftehimiet elenkati fl-Anness 1 li (i) jiffavorixxi l-adozzjoni ta’ ftehimiet bejn impriżi, deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet ta’ impriżi jew prattiki konċertati li jipprevjenu, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni; (ii) isaħħu l-effetti ta’ kwalunkwe ftehim, deċiżjoni jew prattika kkonċertata bħal din; jew (iii) jiddelega għand operaturi ekonomiċi privati r-responsabbiltà għat-teħid ta’ miżuri li jipprevjenu, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni. 2. Id-dispożizzjonijiet fil-ftehimiet elenkati fl-Anness 1 li mhumiex kompatibbli mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma għandhomx jiġu applikati. ARTIKOLU 6 L-Annessi għal dan il-Ftehim L-Annessi għal dan il-Ftehim għandhom jiffurmaw parti integrali minnu. ARTIKOLU 7 Reviżjoni jew l-emendar Il-Partijiet Kontraenti jistgħu, f'kull ħin, jirrevedu jew jemendaw dan il-Ftehim bi qbil reċiproku. ARTIKOLU 8 Dħul fis-seħħ 1. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ meta l-Partijiet Kontraenti jkunu nnotifikaw lil xulxin bil-miktub li l-proċeduri interni meħtieġa rispettivi tagħhom għad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim tlestew. 2. Minkejja l-paragrafu 1, il-Partijiet Kontraenti qablu li japplikaw provviżorjament dan il-Ftehim mill-ewwel jum tax-xahar wara d-data li fiha l-Partijiet Kontraenti jkunu nnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan. 3. Ftehimiet u arranġamenti oħra bejn l-Istati Membri u r-Repubblika tal-Korea, li fid-data tal-iffirmar ta' dan il-Ftehim, ikunu għadhom ma daħlux fis-seħħ u li ma jkunux qed jiġu applikati provviżorjament huma elenkati fl-Anness 1(b). Dan il-Ftehim għandu japplika għal dawn il-Ftehimiet u l-arranġamenti kollha mad-dħul fis-seħħ jew mal-applikazzjoni provviżorja tagħhom. ARTIKOLU 9 Terminazzjoni 1. Fil-każ li ftehim elenkat fl-Anness 1 jiġi tterminat, id-dispożizzjonijiet kollha ta' dan il-Ftehim li għandhom x'jaqsmu mal-ftehim konċernat elenkat fl-Anness 1 għandhom jiġu tterminati fl-istess ħin. 2. Fil-każ li l-ftehimiet kollha elenkati fl-Anness 1 jiġu tterminati, dan il-Ftehim għandu jiġi tterminat fl-istess ħin. B’XHIEDA TA’ DAN, il-firmatarji, awtorizzati kif jixraq, iffirmaw dan il-Ftehim. Magħmul fi [...] f'żewġ kopji, illum il-[...] jum ta' [..., .] bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Olandiża, Ingliża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Żvediża u Koreana. F’każ ta’ diverġenzi t-test Ingliż għandu jiddomina fuq it-testi bil-lingwi l-oħra. GĦALL-KOMUNITÀ EWROPEA: | GĦAR-REPUBBLIKA TAL-KOREA: | ANNESS 1 Lista ta' ftehimiet imsemmija fl-Artikolu 1 ta' dan il-Ftehim (a) Ftehimiet tas-servizzi tal-ajru bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea kif setgħu ġew emendati, immodifkati jew issuplimentati li, fid-data tal-iffirmar ta' dan il-Ftehim, kienu ġew konklużi, iffirmati u/jew qed jiġu applikati provviżorjament - Il-ftehim bejn il- Gvern Federali tal-Awstrija u l-Gvern tar-Repubblika tal-Korea dwar is-servizzi tal-ajru bejn u li jikkonċernaw it-territorji rispettivi tagħhom magħmul fi Vjenna fil-15 ta' Mejju 1979; - Il-ftehim bejn il- Gvern tar-Renju tal-Belġju u l-Gvern tar-Repubblika tal-Korea dwar is-servizzi tal-ajru magħmul fi Brussell fl-20 ta' Ottubru 1975; - Il-ftehim bejn il- Gvern tar-Repubblika tal-Bulgarija u l-Gvern tar-Repubblika tal-Korea dwar is-servizzi tal-ajru bejn u lil hinn mit-territorji rispettivi tagħhom magħmul f'Sofja fid-19 ta' Awwissu 1994; - Il-ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Federali Ċeka u Slovakka u l-Gvern tar-Repubblika tal-Korea dwar is-servizzi tal-ajru, iffirmat f'Seul fis-26 ta' Ottubru 1990, emendat bi Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Ċeka u l-Gvern tar-Repubblika tal-Korea li jemenda l-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Federali Ċeka u Slovakka u l-Gvern tar-Repubblika tal-Korea dwar is-Servizzi tal-Ajru, iffirmat f'Seul fis-26 ta' Ottubru 1990, konkluż permezz ta' skambju ta' noti diplomatiċi bejn it-3 ta' Diċembru 2004 u l-14 ta' Frar 2005; - Il-ftehim bejn il- Gvern tar-Repubblika tal-Korea u l-Gvern tar-Renju tad-Danimarka dwar is-servizzi tal-ajru skedati bejn u lil hinn mit-territorji rispettivi tagħhom iffirmat f'Seul fis-6 ta' Settembru 1995; - Il-ftehim dwar is-servizzi tal-ajru bejn il- Gvern tar-Repubblika tal-Finlandja u l-Gvern tal-Repubblika tal-Korea magħmul f'Seul fit-12 ta' Novembru 1996; - Il-ftehim bejn il- Gvern tar-Repubblika Franċiża u l-Gvern tar-Repubblika tal-Korea dwar is-servizzi tal-ajru magħmul f'Seul fis-7 ta' Ġunju 1974; - Il-ftehim dwar it-trasport bl-ajru bejn ir- Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika tal-Korea magħmul f’Bonn fis-7 ta’ Marzu 1995; - Il-ftehim bejn il- Gvern tar-Repubblika Ellenika u l-Gvern tar-Repubblika tal-Korea dwar is-servizzi tal-ajru bejn u lil hinn mit-territorji rispettivi tagħhom magħmul f'Ateni fil-25 ta' Jannar 1995; - Il-ftehim bejn il- Gvern tar-Repubblika tal-Ungerija u l-Gvern tar-Repubblika tal-Korea dwar is-servizzi tal-ajru bejn u lil hinn mit-territorji rispettivi tagħhom magħmul f'Budapest fit-22 ta' Novembru 1989; - Il-ftehim bejn il- Gvern tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu u l-Gvern tar-Repubblika tal-Korea dwar is-servizzi tal-ajru bejn u lil hinn mit-territorji rispettivi tagħhom magħmul fil-Lussemburgu fis-27 ta' Settembru 2000; - Il-ftehim bejn il- Gvern tar-Repubblika tal-Korea u l-Gvern tar-Repubblika ta' Malta dwar is-servizzi tal-ajru bejn u lil hinn mit-territorji rispettivi tagħhom magħmul f'Valletta fil-25 ta' Marzu 1997; - Il-ftehim dwar it-trasport bl-ajru bejn il- Gvern tar-Renju tal-Olanda u l-Gvern tar-Repubblika tal-Korea magħmul f'The Hague fl-24 ta’ Ġunju 1970; - Il-ftehim bejn il- Gvern tar-Repubblika tal-Polonja u l-Gvern tar-Repubblika tal-Korea dwar is-servizzi tal-ajru magħmul f'Seul fl-14 ta' Ottubru 1991; - Il-ftehim bejn il- Gvern tar-Rumanija u l-Gvern tar-Repubblika tal-Korea dwar is-servizzi tal-ajru magħmul f'Seul fl-10 ta' Marzu 1994; - Il-ftehim dwar it-trasport bl-ajru bejn ir- Renju ta' Spanja u r-Repubblika tal-Korea , magħmul f’Seul fil-21 ta’ Ġunju 1989; - Il-ftehim bejn il- Gvern tar-Repubblika tal-Korea u l-Gvern tar-Renju tal-Iżvezja dwar is-servizzi skedati tal-ajru bejn u lil hinn mit-territorji rispettivi tagħhom iffirmat f'Seul fis-6 ta' Settembru 1995; - Il-ftehim bejn il- Gvern tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u l-Gvern tar-Repubblika tal-Korea dwar is-servizzi tal-ajru bejn u lil hinn mit-territorji rispettivi tagħhom, magħmul f'Seul fil-5 ta' Marzu 1984; (b) Il-ftehimiet dwar is-servizzi tal-ajru u l-arranġamenti oħra inizjalati jew iffirmati bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea kif setgħu ġew emedati, immodifikati jew issuplimentati li, fil-jum tal-iffirmar ta' dan il-Ftehim, kienu għadhom ma daħlux fis-seħħ u mhux qed jiġu applikati provviżorjament. - Il-ftehim bejn il- Gvern tar-Repubblika tal-Korea u l-Gvern tar-Repubblika Taljana dwar is-servizzi tal-ajru bejn u lil hinn mit-territorji rispettivi tagħhom inizjalat f'Ruma fl-10 ta' Lulju 1984; - Il-ftehim dwar it-trasport bl-ajru bejn il- Gvern tar-Repubblika Portugiża u l-Gvern tar-Repubblika tal-Korea inizjalat f'Liżbona fl-1 ta' Frar 2000; Anness 2 Lista tal-Artikoli fil-ftehimiet elenkati fl-Anness 1 u msemmija fl-Artikoli 2 sa 4 ta' dan il-Ftehim (a) Deżinjazzjoni minn Stat Membru: - l-Artikolu 3(1-3) tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Awstrija; - l-Artikolu 3(1-3) tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Belġju; - l-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Bulgarija; - l-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u r-Repubblika Ċeka; - l-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u d-Danimarka; - l-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Finlandja; - l-Artikolu 3(1-3) tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u Franza; - l-Artikolu 3(2-3) tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Ġermanja; - l-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Greċja; - l-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Ungerija; - l-Artikolu 4(1-3) tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Italja; - l-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Lussemburgu; - l-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u Malta; - l-Artikolu 3(1-3) tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Olanda; - l-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Polonja; - l-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Portugall; - l-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u r-Rumanija; - l-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u Spanja; - l-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Iżvezja; - l-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u r-Renju Unit; (b) Rifjut, ir-revoka, is-sospensjoni jew il-limitazzjoni tal-awtorizzazzjonijiet jew tal-permessi: - l-Artikolu 3(4-5) tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Awstrija; - l-Artikolu 3(4-5) tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Belġju; - l-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Bulgarija; - l-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u r-Repubblika Ċeka; - l-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u d-Danimarka; - l-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Finlandja; - l-Artikolu 3(4-5) tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u Franza; - l-Artikolu 3(4-5) tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Ġermanja; - l-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Greċja; - l-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Ungerija; - l-Artikolu 5 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Italja; - l-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Lussemburgu; - l-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u Malta; - l-Artikolu 3(4-5) tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Olanda; - l-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Polonja; - l-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Portugall; - l-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u r-Rumanija; - l-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u Spanja; - l-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Iżvezja; - l-Artikolu 5 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u r-Renju Unit; (c) Kontroll Regolatorju: - l-Artikolu 7 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Awstrija; - l-Artikolu 7 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Belġju; - l-Artikolu 10 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Bulgarija; - l-Artikolu tas-sikurezza miftiehem bejn il-Korea u r-Repubblika Ċeka fis-7 ta' Awwissu 1998; - l-Artikolu 17A tal-ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u d-Danimarka; - l-Artikolu 9 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Finlandja; - il-klawżola tas-sikurezza miftiehma bejn il-Korea u Franza fit-23 ta' Mejju 2002; - l-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Greċja; - l-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Ungerija; - l-Artikolu 10 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Italja; - l-Artikolu 6 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Lussemburgu; - l-Artikolu 7 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u Malta; - l-Artikolu tas-sikurezza miftiehem bejn il-Korea u l-Olanda fit-13 ta' Settembru 2002; - l-Artikolu 9 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Polonja; - l-Artikolu 9 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Portugall; - l-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u r-Rumanija; - l-Artikolu tas-sikurezza miftiehem bejn il-Korea u Spanja fil-15 ta' Diċembru 2005; - l-Artikolu 17A tal-ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Iżvezja; - l-Artikolu tas-sikurezza miftiehem bejn il-Korea u r-Renju Unit fid-29 ta' Ġunju 2001; (d) Tassazzjoni tal-fjuwil tal-avjazzjoni: - l-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Awstrija; - l-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Belġju; - l-Artikolu 5 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Bulgarija; - l-Artikolu 5 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u r-Repubblika Ċeka; - l-Artikolu 5 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u d-Danimarka; - l-Artikolu 5 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Finlandja; - l-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u Franza; - l-Artikolu 5 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Ġermanja; - l-Artikolu 5 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Greċja; - l-Artikolu 5 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Ungerija; - l-Artikolu 6 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Italja; - l-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Lussemburgu; - l-Artikolu 5 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u Malta; - l-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Olanda; - l-Artikolu 5 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Polonja; - l-Artikolu 6 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Portugall; - l-Artikolu 5 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u r-Rumanija; - l-Artikolu 5 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u Spanja; - l-Artikolu 5 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u l-Iżvezja; - l-Artikolu 6 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Korea u r-Renju Unit. ANNESS 3 Lista ta’ stati oħra msemmija fl-Artikolu 2 ta’ dan il-Ftehim (a) Ir-Repubblika tal-Iżlanda (skont il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea); (b) Il-Prinċipat tal-Liechtenstein (skont il-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea); (c) Ir-Renju tan-Norveġja (skont il-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea); (d) Il-Konfederazzjoni Żvizzera (skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru) [1] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 11323/03 tal-5 ta' Ġunju 2003 (dokument ristrett) [2] ĠU C , , p. . [3] ĠU C , , p. . [4] ĠU C , , p. . [5] ĠU C , , p. .