52007PC0464(01)

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja ta' Protokoll mal-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min- naħa, u l-Istat ta' Israel, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija /* KUMM/2007/0464 finali - AVC 2007/0165 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 3.8.2007

KUMM(2007) 464 finali

2007/0165 (AVC)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja ta' Protokoll mal-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min- naħa, u l-Istat ta' Israel, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni ta' Protokoll mal-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Istat ta' Iżrael, min-naħa l-oħra, biex jingħata qies ta' l-adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija

(preżentati mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

Skond it-termini ta’ l-Artikolu 6(2) ta’ l-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-Istati Membri ġodda ta’ l-UE fl-UE, għandu jkun hemm qbil dwar l-adeżjoni ta’ Stati Membri ġodda ta' l-UE fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranju, permezz ta’ protokoll għal dan il-Ftehim. L-istess Artikolu jipprovdi għal proċedura simplifikata, li permezz tagħha l-protokoll għandu jkun konkluż mill-Kunsill, li jaġixxi unanimament f’isem l-Istati Membri, u mill-pajjiż terz ikkonċernat. Din il-proċedura hija mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-Komunità nnifisha.

Fit-23 ta' Ottubru, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja, f'isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, protokoll li jemenda l-ftehimiet konklużi bejn il-Komunità Ewropea u pajjiżi terzi, partikolarment il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranju bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Istat ta' Iżrael, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni ma' l-UE ta' l-Istati Membri l-ġodda.

Dawn in-negozjati ma' l-Iżrael, minn dak iż-żmien saru b’sodisfazzjon għall-Kummissjoni.

Il-proposti mehmużin huma għal (1) Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-firma tal-Protokoll u (2) Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll.

It-test tal-protokoll negozjat ma' l-Iżrael jinsab mehmuż. L-aktar aspetti importanti tal-protokoll huma d-dispożizzjoni għall-adeżjoni ta' l-Istati Membri ġodda fil-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Libanu u l-inklużjoni tal-lingwi uffiċjali ġodda ta’ l-UE, sabiex jitqies it-tkabbir ta' l-UE.

Il-Parlament Ewropew ser jiġi msejjaħ biex jagħti l-kunsens tiegħu għal dan il-Protokoll.

Il-Kummissjoni hija mistiedna tadotta din il-proposta u tgħaddiha lill-Kunsill.

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja ta' Protokoll mal-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min- naħa, u l-Istat ta' Israel, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 310 flimkien ma' l-ewwel sentenza, l-ewwel sotto-paragrafu, ta' l-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-Istati Membri ġodda fl-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

1. Fit-23 ta' Ottubru 2006 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni, f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, biex tiftaħ negozjati ma' l-Istat ta' Iżrael bil-ħsieb li jsir aġġustament tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranju bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa, u l-Istat ta' Iżrael, fuq in-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni ta’ l-Istati Membri ġodda fl-UE.

2. Dawn in-negozjati ntemmu għas-sodisfazzjon tal-Kummissjoni.

3. It-test tal-Protokoll negozjat ma' l-Iżrael jipprevedi, fl-Artikolu 9(2), l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu.

4. Soġġett għall-possibilità tal-konklużjoni tiegħu aktar tard, il-Protokoll għandu jiġi ffirmat f’isem il-Komunità u applikat b’mod provviżorju,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-President tal-Kunsill huwa awtorizzat li jagħżel il-persuna(i) awtorizzata/i biex tiffirma/jiffirmaw, f'isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, il-Protokoll mal-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Istat ta' Iżrael, min-naħa l-oħra, biex jingħata qies ta' l-adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija. It-test tal-Protokoll huwa anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Dan il-Protokoll għandu japplika proviżorjament mill-1 ta' Jannar 2007, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

2007/0165 (AVC)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni ta' Protokoll mal-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Istat ta' Iżrael, min-naħa l-oħra, biex jingħata qies ta' l-adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 310 flimkien mal-paragrafu 2, l-ewwel sotto-paragrafu, it-tieni sentenza u l-paragrafu 3, t-tieni sotto-paragrafu ta' l-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-qbil tal-Parlament Ewropew,

Billi:

5. Il-Protokoll tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranja bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa, u l-Istat ta' Iżrael, fuq in-naħa l-oħra, kien iffirmat f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha fil-................

6. Il-Protokoll għandu jiġi approvat,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu Uniku

Il-Protokoll għall-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u l-Istat ta' Iżrael, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea, qiegħed b'dan jiġi approvat f'isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha. It-test tal-Protokoll huwa anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

Protokoll għall-

Ftehim Ewro-Mediterranju

bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Istat ta' l-Iżrael, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni fl-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija

IR-RENJU TAL-BELĠJU,

IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,

IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IR-REPUBBLIKA TA’ L-ESTONJA,

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IR-RENJU TA' SPANJA,

IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

L-IRLANDA,

IR-REPUBBLIKA TALJANA,

IR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU,

IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

IR-REPUBBLIKA TA’ L-UNGERIJA,

IR-REPUBBLIKA TA’ MALTA,

IR-RENJU TA' L-OLANDA,

IR-REPUBBLIKA TA' L-AWSTRIJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IR-RUMANIJA,

IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

IR-RENJU TA' L-IŻVEZJA,

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRETTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ,

minn hawn 'il quddiem msejħa “Stati Membri tal-KE” rappreżentati mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea, u

IL-KOMUNITÀ EWROPEA,

minn hawn 'il quddiem imsejħa “il-Komunità” rappreżentata mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea

fuq naħa

u l-Istat ta' Iżrael

minn hawn 'il quddiem imsejjaħ l-Iżrael

min-naħa l-oħra

BILLI l-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa, u l-Istat ta' l-Iżrael, fuq in-naħa l-oħra, minn issa 'l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Ewro-Mediterranju”, kien iffirmat fi Brussell fl-20 ta’ Novembru 1995 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2000;.

BILLI t-Trattat li jirrigwarda l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea u l-Att ta' dan kien iffirmat fil-Lussemburgu f'April 2005 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2007;

BILLI, skond l-Artikolu 6(2) ta’ l-Att ta’ Adeżjoni, l-adeżjoni ta’ Partijiet Kontraenti l-ġodda fil-Ftehim Ewro-Mediterranju jrid ikun hemm qbil dwarha bil-konklużjoni ta' Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju;

BILLI saru konsultazzjonijiet skond l-Artikolu 21 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju biex jiġi żgurat li kienu tqiesu l-interessi reċiproċi tal-Komunità u ta' l-Iżrael;

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija jsiru Partijiet Kontraenti fil-Ftehim Ewro-Mediterranju li ġie ffirmat bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min- naħa, u r-Renju tal-Marokk, minnaħa l-oħra, u jieħdu nota u jadottaw rispettivament, bl-istess mod kif għamlu l-Istati Membri l-oħra tal-Komunità, it-testi tal-Ftehim kif ukoll id-Dikjarazzjonijiet Komuni, Dikjarazzjonijiet u Skambji ta' Ittri.

KAPITOLU I: EMENDI GĦAT-TEST TAL-FTEHIM EWRO-MEDITERRANJU, INKLUŻI L-ANNESSI U L-PROTOKOLLI TIEGĦU

Artikolu 2 (Prodotti agrikoli, prodotti agrikoli ipproċessati u prodotti ta' ħut ipproċessati)

7. It-Tabella 1 ta' l-Anness VI tal-Ftehim Euro-Mediterranju, li tistabbilixxi l-konċessjonijiet mit-tariffi fuq importazzjonijiet fil-Komunità ta' prodotti li joriġinaw fl-Iżrael, hi kumplimentata minn konċessjoni addizzjonali fuq tariffi, deskritta kif ġej:

Kodiċi CN (*) | Deskrizzjoni tal-prodotti (**) | Kwota annwali (tunnellati) | Konċessjoni fil-limiti tal-kwota |

Ex 2106 90 98 | Bażi ta' ċitru għat-tħejjija ta' luminati u xarbiet li jkollhom volum ta' mill-inqas 30% ta' meraq ta' frott konċentrat u mhux aktar minn 50% ta' sukrosju, u ma jkunx fihom ħalib jew prodotti tal-ħalib | 5.550(***) | 33% ta' tnaqqis tal-komponent agrikolu |

(*) Kodiċi CN li jaqblu ma’ Regolament (KE) Nru 1549/2006 (ĠU L 301, 30.10.2006).

(**) Fejn huma indikati l-kodiċi "ex" CN, l-iskema preferenzjali għandha tkun iddeterminata bl-applikazzjoni tal-kodiċi CN u d-deskrizzjoni korrispondenti meħuda flimkien.

(***) Għall-2007 din il-kwota tkun fissa għal 3.240 tunnellati.

8. Konċessjonijiet oħra fuq tariffi għall-adattament ta' konċessjonijiet bilaterali fil-prodotti agrikoli, prodotti agrikoli ipproċessati u prodotti ta' ħut ipproċessati għandhom ikunu konklużi bejn il-Partijiet skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 3 (Regoli ta’ Oriġini)

Il-Protokoll [4] għandu jkun emendat kif ġej:

9. fl-Artikolu 3(1) u 4(1), ir-referenza għall-Istati Membri l-ġodda tħassret.

10. L-Anness IVa huwa mibdul b'dan li ġej:

Verżjoni Bulgara

Износителят на продуктите, обхванати от този документ (митническо разрешение № … (1)) декларира, че освен кьдето е отбелязано друго, тези продукти са с … преференциален произход (2).

Verżjoni bl-Ispanjol

El exportador de los productos incluidos en el presente documento (autorización aduanera n° .. …(1).) declara que, salvo indicación en sentido contrario, estos productos gozan de un origen preferencial . …(2).

Verżjoni biċ-Ċek

Vývozce výrobků uvedených v tomto dokumentu (číslo povolení …(1)) prohlašuje, že kromě zřetelně označených, mají tyto výrobky preferenční původ v …(2).

Verżjoni bid-Daniż

Eksportøren af varer, der er omfattet af nærværende dokument, (toldmyndighedernes tilladelse nr. ...(1)), erklærer, at varerne, medmindre andet tydeligt er angivet, har præferenceoprindelse i ...(2).

Verżjoni bil-Ġermaniż

Der Ausführer (Ermächtigter Ausführer; Bewilligungs-Nr. ...(1)) der Waren, auf die sich dieses Handelspapier bezieht, erklärt, dass diese Waren, soweit nicht anderes angegeben, präferenzbegünstigte ...(2) Ursprungswaren sind.

Verżjoni bl-Estonjan

Käesoleva dokumendiga hõlmatud toodete eksportija (tolliameti kinnitus nr. ...(1)) deklareerib, et need tooted on ...(2) sooduspäritoluga, välja arvatud juhul kui on selgelt näidatud teisiti.

Verżjoni bil-Grieg

Ο εξαγωγέας των προϊόντων που καλύπτονται από το παρόν έγγραφο (άδεια τελωνείου υπ΄αριθ. ...(1)) δηλώνει ότι, εκτός εάν δηλώνεται σαφώς άλλως, τα προϊόντα αυτά είναι προτιμησιακής καταγωγής ...(2).

Verżjoni bl-Ingliż

The exporter of the products covered by this document (customs authorization No ...(1)) declares that, except where otherwise clearly indicated, these products are of ...(2) preferential origin.

Verżjoni bil-Franċiż

L'exportateur des produits couverts par le présent document (autorisation douanière n° ...(1)) déclare que, sauf indication claire du contraire, ces produits ont l'origine préférentielle ... (2)).

Verżjoni bit-Taljan

L'esportatore delle merci contemplate nel presente documento (autorizzazione doganale n… (1)) dichiara che, salvo indicazione contraria, le merci sono di origine preferenziale … (2).

Verżjoni bil-Latvjan

Eksportētājs produktiem, kuri ietverti šajā dokumentā (muitas pilnvara Nr. …(1)), deklarē, ka, iznemot tur, kur ir citādi skaidri noteikts, šiem produktiem ir priekšrocību izcelsme no …(2).

Verżjoni bil-Litwan

Šiame dokumente išvardintų prekių eksportuotojas (muitinès liudijimo Nr …(1)) deklaruoja, kad, jeigu kitaip nenurodyta, tai yra …(2) preferencinès kilmés prekés.

Verżjoni bl-Ungeriż

A jelen okmányban szereplő áruk exportőre (vámfelhatalmazási szám: …(1)) kijelentem, hogy eltérő jelzés hianyában az áruk kedvezményes …(2) származásúak.

Il-verżjoni Maltija

L-esportatur tal-prodotti koperti b’dan id-dokument (awtorizzazzjoni tad-dwana nru. …(1)) jiddikjara li, ħlief fejn indikat b’mod ċar li mhux hekk, dawn il-prodotti huma ta’ oriġini preferenzjali …(2).

Verżjoni bl-Olandiż

De exporteur van de goederen waarop dit document van toepassing is (douanevergunning nr. ...(1)), verklaart dat, behoudens uitdrukkelijke andersluidende vermelding, deze goederen van preferentiële ... oorsprong zijn (2).

Verżjoni bil-Pollakk

Eksporter produktów objętych tym dokumentem (upoważnienie władz celnych nr …(1)) deklaruje, że z wyjątkiem gdzie jest to wyraźnie określone, produkty te mają …(2) preferencyjne pochodzenie.

Verżjoni bil-Portugiż

O exportador dos produtos cobertos pelo presente documento (autorização aduaneira n°. ...(1)), declara que, salvo expressamente indicado em contrário, estes produtos são de origem preferencial ...(2).

Verżjoni Rumena

Exportatorul produselor ce fac ojiectul acestui document (autorizaţia vamalâ nr. …(1)) declará cá, exceptând cazul în care în mod expres este indicat altfel, aceste produse sunt de origine preferenţialā …(2).

Verżjoni bis-Sloven

Izvoznik blaga, zajetega s tem dokumentom (pooblastilo carinskih organov št …(1)) izjavlja, da, razen če ni drugače jasno navedeno, ima to blago preferencialno …(2) poreklo.

Verżjoni bis-Slovakk

Vývozca výrobkov uvedených v tomto dokumente (číslo povolenia …(1)) vyhlasuje, že okrem zreteľne označených, majú tieto výrobky preferenčný pôvod v …(2).

Verżjoni bil-Finlandiż

Tässä asiakirjassa mainittujen tuotteiden viejä (tullin lupa n:o ...(1)) ilmoittaa, että nämä tuotteet ovat, ellei toisin ole selvästi merkitty, etuuskohteluun oikeutettuja ... alkuperätuotteita (2).

Verżjoni bl-Isvediż

Exportören av de varor som omfattas av detta dokument (tullmyndighetens tillstånd nr. ...(1)) försäkrar att dessa varor, om inte annat tydligt markerats, har förmånsberättigande ... ursprung (2).

Verżjoni bl-Ebrajk

היצואן של הטובין המכוסים במסמך זה (אישור מכס מס'..... (1) ) מצהיר כי מקורם של הטובין הללו מועדף, אלא אם כן צוין אחרת במפורש. (2)

11. L-Anness IVb għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

Verżjoni Bulgara

Износителят на продуктите, обхванати от този документ (митническо разрешение № … (1)) декларира, че освен кьдето е отбелязано друго, тези продукти са с … преференциален произход (2).

- kumulazzjoni applikata bi …..(isem il-pajjiż/i)- l-ebda kumulazzjoni applikata (3)

Verżjoni bl-Ispanjol

El exportador de los productos incluidos en el presente documento (autorización aduanera n° .. …(1).) declara que, salvo indicación en sentido contrario, estos productos gozan de un origen preferencial . …(2).

- kumulazzjoni applikata bi …..(isem il-pajjiż/i)- l-ebda kumulazzjoni applikata (3)

Verżjoni biċ-Ċek

Vývozce výrobků uvedených v tomto dokumentu (číslo povolení …(1)) prohlašuje, že kromě zřetelně označených, mají tyto výrobky preferenční původ v …(2).

- kumulazzjoni applikata bi …..(isem il-pajjiż/i)- l-ebda kumulazzjoni applikata en

Verżjoni bid-Daniż

Eksportøren af varer, der er omfattet af nærværende dokument, (toldmyndighedernes tilladelse nr. ...(1)), erklærer, at varerne, medmindre andet tydeligt er angivet, har præferenceoprindelse i ...(2).

- kumulazzjoni applikata bi …..(isem il-pajjiż/i)- l-ebda kumulazzjoni applikata (3)

Verżjoni bil-Ġermaniż

Der Ausführer (Ermächtigter Ausführer; Bewilligungs-Nr. ...(1)) der Waren, auf die sich dieses Handelspapier bezieht, erklärt, dass diese Waren, soweit nicht anderes angegeben, präferenzbegünstigte ...(2) Ursprungswaren sind.

- kumulazzjoni applikata bi …..(isem il-pajjiż/i)- l-ebda kumulazzjoni applikata (3)

Verżjoni bl-Estonjan

Käesoleva dokumendiga hõlmatud toodete eksportija (tolliameti kinnitus nr. ...(1)) deklareerib, et need tooted on ...(2) sooduspäritoluga, välja arvatud juhul kui on selgelt näidatud teisiti.

- kumulazzjoni applikata bi …..(isem il-pajjiż/i)- l-ebda kumulazzjoni applikata (3)

Verżjoni bil-Grieg

Ο εξαγωγέας των προϊόντων που καλύπτονται από το παρόν έγγραφο (άδεια τελωνείου υπ΄αριθ. ...(1)) δηλώνει ότι, εκτός εάν δηλώνεται σαφώς άλλως, τα προϊόντα αυτά είναι προτιμησιακής καταγωγής ...(2).

- kumulazzjoni applikata bi …..(isem il-pajjiż/i)- l-ebda kumulazzjoni applikata (3)

Verżjoni bl-Ingliż

The exporter of the products covered by this document (customs authorization No ...(1)) declares that, except where otherwise clearly indicated, these products are of ...(2) preferential origin.

- kumulazzjoni applikata bi …..(isem il-pajjiż/i)- l-ebda kumulazzjoni applikata (3)

Verżjoni bil-Franċiż

L'exportateur des produits couverts par le présent document (autorisation douanière n° ...(1)) déclare que, sauf indication claire du contraire, ces produits ont l'origine préférentielle ... (2)).

- kumulazzjoni applikata bi …..(isem il-pajjiż/i)- l-ebda kumulazzjoni applikata (3)

Verżjoni bit-Taljan

L'esportatore delle merci contemplate nel presente documento (autorizzazione doganale n. … (1) dichiara che, salvo indicazione contraria, le merci sono di origine preferenziale ...(2).

- kumulazzjoni applikata bi …..(isem il-pajjiż/i)- l-ebda kumulazzjoni applikata (3)

Verżjoni bil-Latvjan

Eksportētājs produktiem, kuri ietverti šajā dokumentā (muitas pilnvara Nr. …(1)), deklarē, ka, iznemot tur, kur ir citādi skaidri noteikts, šiem produktiem ir priekšrocību izcelsme no …(2).

- kumulazzjoni applikata bi …..(isem il-pajjiż/i)- l-ebda kumulazzjoni applikata (3)

Verżjoni bil-Litwan

Šiame dokumente išvardintų prekių eksportuotojas (muitinès liudijimo Nr …(1)) deklaruoja, kad, jeigu kitaip nenurodyta, tai yra …(2) preferencinès kilmés prekés.

- kumulazzjoni applikata bi …..(isem il-pajjiż/i)- l-ebda kumulazzjoni applikata (3)

Verżjoni bl-Ungeriż

A jelen okmányban szereplő áruk exportőre (vámfelhatalmazási szám: …(1)) kijelentem, hogy eltérő jelzés hianyában az áruk kedvezményes …(2) származásúak.

- kumulazzjoni applikata bi …..(isem il-pajjiż/i)- l-ebda kumulazzjoni applikata (3)

Il-verżjoni Maltija

L-esportatur tal-prodotti koperti b’dan id-dokument (awtorizzazzjoni tad-dwana nru. …(1)) jiddikjara li, ħlief fejn indikat b’mod ċar li mhux hekk, dawn il-prodotti huma ta’ oriġini preferenzjali …(2).

- kumulazzjoni applikata bi …..(isem il-pajjiż/i)- l-ebda kumulazzjoni applikata (3)

Verżjoni bl-Olandiż

De exporteur van de goederen waarop dit document van toepassing is (douanevergunning nr. ...(1)), verklaart dat, behoudens uitdrukkelijke andersluidende vermelding, deze goederen van preferentiële ... oorsprong zijn (2).

- kumulazzjoni applikata bi …..(isem il-pajjiż/i)- l-ebda kumulazzjoni applikata (3)

Verżjoni bil-Pollakk

Eksporter produktów objętych tym dokumentem (upoważnienie władz celnych nr …(1)) deklaruje, że z wyjątkiem gdzie jest to wyraźnie określone, produkty te mają …(2) preferencyjne pochodzenie.

- kumulazzjoni applikata bi …..(isem il-pajjiż/i)- l-ebda kumulazzjoni applikata (3)

Verżjoni bil-Portugiż

O exportador dos produtos cobertos pelo presente documento (autorização aduaneira n°. ...(1)), declara que, salvo expressamente indicado em contrário, estes produtos são de origem preferencial ...(2).

- kumulazzjoni applikata bi …..(isem il-pajjiż/i)- l-ebda kumulazzjoni applikata (3)

Verżjoni Rumena

Exportatorul produselor ce fac ojiectul acestui document (autorizaţia vamalâ nr. …(1)) declará cá, exceptând cazul în care în mod expres este indicat altfel, aceste produse sunt de origine preferenţialā …(2).

- kumulazzjoni applikata bi …..(isem il-pajjiż/i)- l-ebda kumulazzjoni applikata (3)

Verżjoni bis-Sloven

Izvoznik blaga, zajetega s tem dokumentom (pooblastilo carinskih organov št …(1)) izjavlja, da, razen če ni drugače jasno navedeno, ima to blago preferencialno …(2) poreklo.

- kumulazzjoni applikata bi …..(isem il-pajjiż/i)- l-ebda kumulazzjoni applikata (3)

Verżjoni bis-Slovakk

Vývozca výrobkov uvedených v tomto dokumente (číslo povolenia …(1)) vyhlasuje, že okrem zreteľne označených, majú tieto výrobky preferenčný pôvod v …(2).

- kumulazzjoni applikata bi …..(isem il-pajjiż/i)- l-ebda kumulazzjoni applikata (3)

Verżjoni bil-Finlandiż

Tässä asiakirjassa mainittujen tuotteiden viejä (tullin lupa n:o ...(1)) ilmoittaa, että nämä tuotteet ovat, ellei toisin ole selvästi merkitty, etuuskohteluun oikeutettuja ... alkuperätuotteita (2).

- kumulazzjoni applikata bi …..(isem il-pajjiż/i)- l-ebda kumulazzjoni applikata (3)

Verżjoni bl-Isvediż

Exportören av de varor som omfattas av detta dokument (tullmyndighetens tillstånd nr. ...(1)) försäkrar att dessa varor, om inte annat tydligt markerats, har förmånsberättigande ... ursprung (2).

- kumulazzjoni applikata bi …..(isem il-pajjiż/i)- l-ebda kumulazzjoni applikata (3)

Verżjoni bl-Ebrajk

היצואן של הטובין המכוסים במסמך זה (אישור מכס מס'..... (1) ) מצהיר כי מקורם של הטובין הללו מועדף, אלא אם כן צוין אחרת במפורש. (2)

- הוחלה צבירה עם.... (שם המדינה/המדינות)

- לא הוחלה צבירה fn

IT-TIENI KAPITOLU: Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

Artikolu 4 (Provi ta' l-oriġini u kooperazzjoni amministrattiva)

12. Il-provi ta’ oriġini maħruġa kif suppost minn Iżrael jew minn Stat Membru fil-qafas tal-ftehimiet bilaterali dwar il-kummerċ ħieles jew arranġamenti awtonomi applikati bejniethom għandhom ikunu aċċettati fil-pajjiżi rispettivi taħt dan il-protokoll, sakemm

13. l-akkwist ta’ tali oriġini tagħti trattament ta’ tariffa preferenzjali fuq il-bażi ta’ miżuri ta’ tariffi preferenzjali li jinsabu fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Iżrael jew fis-Sistema Komunitarja ta’ Preferenzi Ġeneralizzati;

14. il-prova ta' l-oriġini u d-dokumenti tat-trasport inħarġu mhux aktar tard mill-jum ta' qabel id-data ta' l-adeżjoni;

15. il-prova ta' l-oriġini tiġi preżentata lill-awtoritajiet doganali matul il-perjodu ta' erba' xhur mid-data ta' l-adeżjoni.

Meta prodotti ġew dikjarati għall-importazzjoni fl-Iżrael jew fi Stat Membru ġdid, qabel id-data ta’ adeżjoni, skond ftehim preferenzjali jew arranġamenti awtonomi applikati bejn l-Iżrael u dak l-Istat Membru ġdid f'kull żmien, il-prova ta' oriġini maħruġa retrospettivament skond dawn il-ftehimiet jew arranġamenti tista’ wkoll tkun aċċettata sakemm tkun ippreżentata lill-awtoritajiet doganali f’perjodu ta’ erba' xhur mid-data ta’ adeżjoni.

16. L-Iżrael u l-Istati Membri l-ġodda huma awtorizzati li jżommu l-awtorizzazzjonijiet li bihom ingħata l-istatus ta’ “esportaturi approvati” fil-qafas tal-ftehimiet bilaterali dwar il-kummerċ ħieles jew arranġamenti awtonomi applikati bejniethom sakemm:

17. tali dispożizzjoni tkun stipulata wkoll fil-ftehim konkluż qabel id-data ta’ l-adeżjoni bejn l-Iżrael u l-Komunità; u

18. l-esportatur approvat japplika r-regoli ta' l-oriġini fis-seħħ f’dak il-ftehim

Dawn l-awtorizzazzjonijiet għandhom jinbidlu, sa mhux aktar tard minn sena wara d-data ta’ l-adeżjoni, b’awtorizzazzjonijiet ġodda maħruġa skond il-kundizzjonijiet tal-Ftehim.

19. It-talbiet ta' verifika sussegwenti tal-provi ta' oriġini maħruġa taħt il-ftehimiet bilaterali dwar il-kummerċ ħieles jew arranġamenti awtonomi imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 t'hawn jistgħu jitressqu mill-awtoritajiet doganali kompetenti ta' l-Iżrael jew ta' l-Istati Membri l-ġodda u għandhom ikunu aċċettati minn dawk l-awtoritajiet għal perjodu ta' tliet snin wara li tintbagħat il-prova ta' oriġini in kwistjoni. Tali verifiki għandhom jitwettqu skond il-ftehimiet bilaterali dwar il-kummerċ ħieles li kienu fis-seħħ fid-data ta' ħruġ ta' l-evidenza ta' oriġini.

Artikolu 5 (Prodotti fi tranżitu)

20. Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim jistgħu japplikaw għal prodotti esportati mill-Iżrael lejn wieħed mill-Istati Membri l-ġodda jew minn wieħed mill-Istati Membri l-ġodda lejn l-Iżrael, li jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll [4] u li fid-data ta’ l-adeżjoni huma fi triqithom jew qed jinħażnu temporanjament, f’maħżen fid-dwana jew f’żona ħielsa fl-Iżrael jew f’dak l-Istat Membru ġdid.

21. Trattament preferenzjali jista’ jingħata f’każijiet bħal dawn, soġġett għas-sottomissjoni lill-awtoritajiet doganali tal-pajjiż li qed jimporta, fi żmien erba’ xhur mid-data ta’ adeżjoni, tal-prova ta’ oriġini maħruġa retrospettivament mill-awtoritajiet doganali tal-pajjiż li qed jesporta.

Dispożizzjonijiet ġenerali u finali

Artikolu 6

L-Istat ta' l-Iżrael jimpenja ruħu li la jagħmel kwalunkwe talba, ħtieġa jew referenza u lanqas ma jimmodifika jew jirtira xi konċessjoni skond il-GATT 1994, l-Artikoli XIV.6 u XXVIII dwar prodotti agrikoli, prodotti agrikoli pproċessati jew prodotti ta' ħut ipproċessati f'rabta ma' dan it-tkabbir tal-Komunità, soġġett, għal prodotti oħra minbarra dawk li jaqgħu taħt il-Kodiċi CN ex 2106 90 98, għat-tlestija ta' negozjati dwar Protokoll Addizzjonali ġdid għall-adattament ta' konċessjonijiet bilaterali dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli, prodotti agrikoli pproċessati jew prodotti ta' ħut ipproċessati skond l-Anness għal dan il-Protokoll.

Artikolu 7

Dan il-Protokoll għandu jifforma parti integrali mill-Ftehim Ewro-Mediterranju. L-Anness għal dan il-Protokoll għandu jifforma parti integrali minnu.

Artikolu 8

1. Dan il-Protokoll irid ikun approvat mill-Komunità, mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea f'isem l-Istati Membri, u mill-Istat ta' l-Iżrael skond il-proċeduri tiegħu stess.

2. Il-Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin bit-twettiq tal-proċeduri korrispondenti li jirreferi għalihom il-paragrafu preċedenti. L-istrumenti ta’ approvazzjoni għandhom jiġu depożitati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 9

1. Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum ta’ l-ewwel xahar wara d-data tad-depożitu ta’ l-aħħar strument ta’ approvazzjoni.

2. Dan il-Protokoll għandu japplika proviżorjament mill-1 ta’ Jannar 2007.

3. Minkejja dan ta' hawn fuq, l-Artikolu 2.1 ta' dan il-Protokoll għandu japplika mill-ewwel jum tax-xahar wara d-data ta' iffirmar ta' dan il-Protokoll.

Artikolu 10

Dan il-Protokoll inkiteb f’żewġ kopji f’kull waħda mil-lingwi uffiċjali tal-partijiet kontraenti u kull test huwa ugwalment awtentiku.

Artikolu 11

It-test tal-Ftehim Ewro-Mediterranju, inklużi l-Annessi u l-Protokolli li huma parti integrali minnu, kif ukoll it-test ta' l-Att Finali flimkien mad-dikjarazzjonijiet annessi miegħu huma mfassla bil-Bulgaru u r-Rumen u huma t-tnejn awtentiċi bl-istess mod bħat-testi oriġinali. Il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni għandu japprova dawn it-test.

GĦALL-ISTATI MEMBRI

GĦALL-KOMUNITÀ EWROPEA

GĦALL-ISTAT TA' l-IŻRAEL

ANNESS

dwar l-arranġamenti applikabbli għall-konċessjonijiet tal-kummerċ ta' prodotti agrikoli, prodotti agrikoli ipproċessati u prodotti ta' ħut ipproċessati

Il-Partijiet qablu li l-volum attwali ta' kummerċ u l-kundizzjonijiet ta' aċċess għas-suq bejn l-Iżrael u l-Bulgarija, u l-Iżrael u r-Rumanija taħt il-Ftehimiet bilaterali eżistenti dwar il-Kummerċ Ħieles, għandhom iservu bħala l-kwantità minima għall-adattament tal-konċessjonijiet bilaterali dwar il-kummerċ ta' prodotti agrikoli, prodotti agrikoli ipproċessati jew prodotti ta' ħut ipproċessati fil-Ftehim ta' Assoċjazzjoni li għandu jkun implimentat fil-qafas ta' Protokoll Addizzjonali ġdid.

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA | […] |

DATA: 28-06-2007 |

1. | INTESTATURA TAL-BAĠIT: Kapitolu 10 – Dazji agrikoli Kapitolu 12- Dazji doganali | L-APPROPRJAZZJONIJIET: 0.20 M€ fl-2007 u 0.34 M€ fis-snin ta' wara |

2. | TITOLU: Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni ta' Protokoll mal-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Istat ta' l-Iżrael, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija |

3. | BAŻI LEGALI: L-Artikolu 133 tat-Trattat |

4. | GĦANIJIET: Sabiex jitqiesu l-kundizzjonijiet ta' aċċess għas-suq mogħtija mill-Bulgarija u r-Rumanija lill-Istat ta' l-Iżrael qabel l-adeżjoni tagħhom fl-UE għal prodott agrikolu partikolari ipproċessat taħt il-Kodiċi CN ex-2106 90 98: Bażijiet ta' ċitru għat-tħejjija ta' luminati u xarbiet li jkollhom volum ta' mill-inqas 30% ta' meraq ta' frott konċentrat u mhux aktar minn 50% ta' sukrosju, u ma jkunx fihom ħalib jew prodotti tal-ħalib. Dawn il-kundizzjonijiet ta' aċċess għas-suq għall-prodott imsemmi għandhom ikunu kompensati bi kwota speċifika ta' konċessjoni fuq it-tariffa fil-qafas tal-protokoll ta' adattament tal-ftehim bilaterali sabiex titqies l-adeżjoni ta' Stati Membri ġodda. |

5. | IMPLIKAZZJONIJIET FINANZJARJI | PERJODU TA’ 12-IL XAHAR (miljuni ta’ EUR) | SENA FINANZJARJA ATTWALI [n] (miljuni ta’ EUR) | SENA FINANZJARJA SEGWENTI [n+1] (miljuni ta’ EUR) |

5.0 | NEFQA - MILL-BAĠIT TAL-KE (ĦLAS LURA/INTERVENTI) - AWTORITAJIET NAZZJONALI - OĦRAJN | […] | […] | […] |

5.1 | DĦUL - RIŻORSI PROPRJI TAL-KE (IMPOSTI/DAZJI DOGANALI) - NAZZJONALI | […] | - 0.202 | - 0.346 |

[n+2] | [n+3] | [n+4] | [n+5] |

5.0.1 | NEFQA STMATA | […] | […] | […] | […] |

5.1.1 | DĦUL STMAT | […] | […] | […] | […] |

5.2 | METODU TA’ KALKOLU: Id-dazju preferenzjali li tqies f'dan il-kalkolu għall-prodott soġġett għall-kwota ta' konċessjoni fuq it-tariffa hu 18.87 €/100 Kg, li jikkorrispondi għad-dazju massimu marbut mal-kompożizzjoni possibbli tal-prodott. Fil-qafas tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni, applikat biss il-parti speċifika tad-dazju. Għall-2007 u s-snin ta' wara, il-kwantitajiet ta' kwota rispettivi, 3,240 tunnellata u 5,550 tunnellata, ġew multiplikati bit-tnaqqis tad-dazju (33% tad-dazju preferenzjali). |

6.0 | JISTA' L-PROĠETT JIĠI FFINANZJAT MINN APPROPRJAZZJONIJIET IMDAĦĦLA FIL-KAPITOLU RILEVANTI TAL-BAĠIT ATTWALI? | N/A |

6.1 | JISTA' L-PROĠETT JIĠI FFINANZJAT MINN TRASFERIMENT BEJN IL-KAPITOLI TAL-BAĠIT ATTWALI? | N/A |

6.2 | SE JKUN HEMM BŻONN TA’ BAĠIT SUPPLIMENTARI? | LE |

6.3 | L-APPROPRJAZZJONIJIET SE JKOLLHOM JIDDAĦĦLU F’BAĠITS FUTURI? | LE |

KUMMENTI: […] |