52006PC0383(01)

Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2424/2001 dwar l-iżvilupp tat-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS II) /* KUMM/2006/0383 finali - CNS 2006/0125 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 12.7.2006

KUMM(2006) 383 finali

2006/0125 (CNS)

2006/0126 (CNS)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2424/2001 dwar l-iżvilupp tat-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS II)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

li temenda d-Deċiżjoni Nru 2001/886/JHA dwar l-iżvilupp tat-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS II)

(preżentati mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA |

Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha Il-Kunsill qabbad lill-Kummissjoni tiżviluppa t-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS II) permezz tar-Regolament (KE) Nru 2424/2001 u d-Deċiżjoni 2001/886/JHA. L-għan ta’ dawn il-proposti huwa li jemendaw ir-Regolament u d-Deċiżjoni msemmija sabiex jestendu l-iskadenza għall-iżvilupp tas-SIS II sal-31 ta’ Diċembru 2007 u jippermettu l-allokazzjoni tal-baġit neċessarju. Barra minn hekk, jiġi stabbilit il-post tas-sistema, hija u tiġi żviluppata fi Franza u fl-Awstrija. |

Il-kuntest ġenerali Is-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS), stabbilita permezz tad-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV tal-Konvenzjoni ta’ l-1990 li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen ta’ l-14 ta’ Ġunju 1985 dwar it-tneħħija gradwali ta’ l-ispezzjonijiet fil-fruntieri komuni, tikkostitwixxi għodda essenzjali għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen kif integrat fil-qafas ta’ l-Unjoni Ewropea. Is-SIS, kif inhi bħalissa, ma ġietx imfassla b’mod li tkun tista' tlaħħaq ma’ l-għadd akbar ta' Stati Membri ta' l-Unjoni Ewropea wara t-tkabbir u ma’ dawk li ser ikunu konnessi mas-SIS II. Barra dan, biex isir użu mill-aħħar żviluppi fil-qasam tat-teknoloġija ta' l-informatika u biex ikunu jistgħu jiddaħħlu funzjonijiet ġodda, fl-2001 ġie deċiż li tiġi żviluppata t-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS II). Huma diversi l-fatturi li jispjegaw il-ħtieġa li l-mandat inizjali mogħti mill-Kunsill lill-Kummissjoni jiġi estiż b'sena, bħal ngħidu aħna, is-sospensjoni temporanja tax-xogħlijiet wara inibizzjoni ordnata mill-Qorti ta’ l-Ewwel Istanza (T-447/04), li sussegwentement tneħħiet, fir-rigward tal-proċedura ta’ sejħa pubblika għall-offerti għall-iżvilupp tas-SIS II; l-infrastruttura tal-komunikazzjoni S-Testa ffinanzjata taħt il-programm IDABC, li mhux ser tkun operattiva kif pjanat fil-fażi inizjali ta' ttestjar; n-nuqqas ta’ tħejjija u l-inċertezza rigward is-siti għall-iżvilupp, u l-kumplessità tal-proġett innifsu wkoll kellhom impatt negattiv fuq l-ippjanar. L-għażla tas-siti għall-iżvilupp tas-sistema fi Franza u l-Awstrija ssegwi l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 fejn il-Kunsill qabel dwar: "1. Il-parti ċentrali tas-SIS II għandha tkun fi Strasbourg u l-ġestjoni operattiva u r-responsabbiltà għall-kooperazzjoni mal-Kummissjoni fuq dan is-sit għandhom ikunu f’idejn Franza. 2. Is-Sit għall-Kontinwità tan-Negozju għandu jkun f’Salzburg sakemm isiru ċertu arranġamenti li jkunu meħtieġa qabel ma s-sit isir operattiv. F’dan il-każ, il-ġestjoni operattiva u r-responsabbiltà għall-kooperazzjoni mal-Kummissjoni fuq dan is-sit għandhom ikunu f’idejn l-Awstrija. |

Id-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta - Il-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen (l-Artikoli 92-119) - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 871/2004 tad-29 ta’ April 2004 dwar xi funzjonijiet ġodda għas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen, inkluż fil-ġlieda kontra t-terroriżmu - Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2005/211/JHA ta’ l-24 ta’ Frar 2005 dwar l-introduzzjoni ta’ xi funzjonijiet ġodda għas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen, inkluż fil-ġlieda kontra t-terroriżmu Ir-Regolament (KE) Nru 1160/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2005 li jemenda l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l-14 ta' Ġunju 1985 dwar l-abolizzjoni gradwali ta' kontrolli fuq il-fruntieri komuni, fir-rigward ta' l-aċċess għas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen mis-servizzi fl-Istati Membri responsabbli mill-ħruġ taċ-ċertifikati ta' reġistrazzjoni għal vetturi Il-Konvenzjoni u t-tliet atti ġuridiċi msemmija hawn fuq jikkostitwixxu l-qafas ġuridiku preżenti tas-SIS li ser jiġu sostitwiti fil-ġejjieni bis-SIS II. Il-Kummissjoni ssottomettiet proposti għal Regolament u Deċiżjoni dwar it-twaqqif, it-tħaddim u l-użu tas-sistema ta’ informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II), id-dokumenti COM (2005) 230 u 236 u proposta oħra għal Regolament dwar l-aċċess għas-SIS II mis-servizzi fl-Istati Membri responsabbli mill-ħruġ taċ-ċertifikati ta' reġistrazzjoni għal vetturi, id-dokument COM (2005) 237. |

Il-konsistenza mal-linji ta’ politika għanijiet l-oħra ta' l-Unjoni Mhux applikabbli. |

KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONI TA' L-IMPATT |

Konsultazzjoni mal-partijiet interessati |

Il-metodi ta' konsultazzjoni, is-setturi ewlenin fil-mira u l-profil ġenerali ta' min irrisponda L-esperti ta’ l-Istati Membri huma involuti mill-qrib fl-iżvilupp tas-SIS II, b’mod partikolari fil-qafas tal-Kumitat tas-SIS II. |

Sommarju tar-risposti, u kif dawn ġew meqjusa Mhux applikabbli |

Ġbir u użu ta' l-għarfien espert |

Ma kien hemm l-ebda ħtieġa għal parir espert estern. |

230 | Valutazzjoni ta' l-impatt Ma hija meħtieġa l-ebda valutazzjoni ta’ l-impatt għal din il-proposta, li ma tinsabx fil-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni għall-2006. |

L-ELEMENTI ġURIDIċI TAL-PROPOSTA |

Sommarju ta' l-azzjoni proposta L-għan tal-proposti huwa li jemendaw ir-Regolament (KE) 2424/2001 u d-Deċiżjoni 2001/886/JHA sabiex jestendu l-iskadenza għall-iżvilupp tas-SIS II sal-31 ta’ Diċembru 2007 u jagħżlu s-siti għall-installazzjoni u l-iżvilupp finali tas-SIS II. Dan jinkludi l-obbligu fuq l-Istati Membri kompetenti li jipprovdu l-infrastruttura u l-mezzi biex jospitaw is-sistema u li għalihom jistgħu jirċievu għotja mill-Komunità. |

Il-bażi ġuridika Ir-regolament għandu l-bażi ġuridika tiegħu fl-Artikolu 66 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. Ir-referenza għat-Trattat hija l-istess bħal dik ta’ l-att li għandu jiġi emendat. Id-deċiżjoni għandha l-bażi legali tagħha fl-Artikolu 31(a) u (b) u l-Artikolu 34(2)(c) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Ir-referenza għat-Trattat hija l-istess bħal dik ta’ l-att li għandu jiġi emendat. |

Il-prinċipju tas-sussidjarjetà |

L-għan ta’ l-azzjoni proposta, jiġifieri t-twaqqif ta' sistema ta' informazzjoni komuni rigward ċerti kategoriji ta' persuni u oġġetti permezz ta' sistema ta' informazzjoni kompjuterizzata, ma jistax jinkiseb mill-Istati Membri individwalment. |

Is-SIS II hija meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-linji ta' politika komuni ta' l-Unjoni Ewropea. Hija b’mod partikolari prekondizzjoni biex tiġi garantita żona mingħajr kontrolli fuq il-fruntieri interni. |

Il-ħidma tal-Komunità hija limitata għall-iżvilupp tal-parti ċentrali tas-SIS II u l-infrastruttura tal-komunikazzjoni tagħha. L-Istati Membri huma responsabbli għall-iżvilupp tas-sistemi nazzjonali tagħhom li għandhom jiggarantixxu aċċess mill-utenti finali għas-servizzi pprovduti mis-SIS II. |

Il-proposti għaldaqstant huma konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. |

Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta tħares il-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġuni li ġejja: |

L-Istati Membri għandhom diskrezzjoni sħiħa fir-rigward ta’ l-arranġamenti amministrattivi u finanzjarji għall-implimentazzjoni tas-sistemi nazzjonali tagħhom. It-tħejjijiet nazzjonali, madanakollu, għandhom ikunu jaqblu ma’ l-ippjanar ġenerali għall-iżvilupp tas-SIS II. Il-Kummissjoni qegħda tipprovdi speċifikazzjonijiet tekniċi għall-interfaces nazzjonali li jkunu jippermettu kkonnessjoni bla problemi u skambju ta' data mingħajr xkiel bejn is-sistemi nazzjonali u s-SIS II. |

Ir-Regolament (KE) 2424/2001 u d-Deċiżjoni 2001/886/JHA, li t-tnejn iridu jiġu emendati, jistipulaw proċedura regolatorja għas-SIS II li timplimenta miżuri li għandhom implikazzjonijiet finanzjarji serji fuq il-baġits ta’ l-Istati Membri u li jibqgħu applikabbli. |

L-għażla ta' strumenti |

Strumenti proposti: regolament u deċiżjoni |

Mezzi oħra ma jkunux adegwati għar-raġuni li ġejja. L-għan tar-Regolament propost huwa li jemenda Regolament ieħor filwaqt li l-għan tad-Deċiżjoni proposta huwa li temenda Deċiżjoni oħra. Għaldaqstant, skond il-prinċipju tal-‘parallelliżmu formali’ l-att li jemenda jrid ikun ta' l-istess forma bħall-att li ser jiġi emendat. |

L-IMPLIKAZZJONI FUQ IL-BAġIT |

L-estensjoni tal-mandat u t-tlestija ta’ l-iżvilupp tas-SIS II fl-2007 ser tkun teħtieġ xi riżorsi finanzjarji addizzjonali li huma diġà maħsuba fil-PDB (Abbozz ta’ Baġit Preliminari) 2007. In-nefqa addizzjonali ser tkun marbuta man-netwerk, ir-ristrutturazzjoni tas-sistema ċentrali u l-appoġġ fis-siti fejn ser tiġi żviluppata s-sistema. |

1. 2006/0125 (CNS)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2424/2001 dwar l-iżvilupp tat-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS II)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 66 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[2],

Billi:

(1) Flimkien mad-Deċiżjoni 2001/886/JHA tas-6 ta’ Diċembru 2001 dwar l-iżvilupp tat-tieni ġenerazzjoni tas-sistema ta' informazzjoni ta' Schengen (SIS II), ir-Regolament (KE) Nru 2424/2001 jikkostitwixxi l-bażi leġiżlattiva meħtieġa li tippermetti li jiddaħħlu fil-baġit ta’ l-Unjoni l-approprjazzjonijiet finanzjarji neċessarji għall-iżvilupp tas-SIS II u għall-eżekuzzjoni ta’ dik il-parti tal-baġit. Ir-Regolament (KE) Nru 2424/2001 u d-Deċiżjoni 2001/886/JHA it-tnejn jiskadu fil-31 ta’ Diċembru 2006.

(2) L-iżvilupp tas-SIS II ser jieħu aktar fit-tul milli maħsub inizjalment u dan jirrikjedi d-disponibbiltà ta’ approprjazzjonijiet finanzjarji wara l-31 ta’ Diċembru 2006.

(3) Għaldaqstant huwa neċessarju li jiġi estiż il-perjodu ta’ validità tar-Regolament (KE) Nru 2424/2001 sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ timplimenta l-baġit 2007 u tlesti l-proġett ta’ żvilupp tas-SIS II inkluż it-twaqqif ta’ l-istruttura tal-komunikazzjoni.

(4) Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 jiddikjaraw li għall-fażi ta’ żvilupp tas-SIS II il-parti ċentrali tas-SIS II għandha tkun fi Strasbourg u s-Sit ta’ kontinwità għan-Negozju għandu jkun f’Salzburg sakemm isiru ċertu arranġamenti li jkunu meħtieġa qabel ma s-sit isir operattiv. Il-ġestjoni operattiva u r-responsabbiltà għall-kooperazzjoni mal-Kummissjoni fuq dan is-sit għandhom ikun f’idejn Franza u l-Awstrija rispettivament.

(5) Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-adozzjoni fil-ġejjieni ta’ l-istrumenti leġiżlattivi għat-twaqqif, it-tħaddim u l-użu tas-SIS II.

(6) Skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka mhux ser tieħu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u għalhekk mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Peress illi dan ir-Regolament jibni fuq l- acquis ta’ Schengen skond id-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV tat-Tielet Parti tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka għandha, skond l-Artikolu 5 ta' l-imsemmi Protokoll, tiddeċiedi f'perjodu ta' sitt xhur wara l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament, jekk hux ser timplimentah fil-liġi nazzjonali tagħha.

(7) Dan ir-Regolament u s-sehem tar-Renju Unit u ta' l-Irlanda fl-adozzjoni u l-applikazzjoni tiegħu huma mingħajr preġudizzju għall-arranġamenti dwar is-sehem parzjali tar-Renju Unit u ta' l-Irlanda fl- acquis ta’ Schengen kif definit rispettivament fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000[3] u fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002[4].

(8) Fir-rigward ta’ l-Iżlanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp fuq id-dispożizzjonijiet ta' l- acquis ta' Schengen fit-tifsira tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea mar-Repubblika ta' l-Iżlanda u mar-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn iż-żewġ Stati fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l- acquis ta' Schengen[5], li jaqgħu taħt il-qasam li għalih hemm referenza fl-Artikolu 1, il-punt G tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta' Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni ta' dak il-Ftehim.

(9) Fir-rigward ta' l-Iżvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp fuq id-dispożizzjonijiet ta' l- acquis ta' Schengen fi ħdan it-tifsira tal-Ftehim iffirmat bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l- acquis ta' Schengen, li jaqa' taħt il-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt G tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE moqri flimkien ma’ l-Artikolu 4 (1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/860/KE dwar l-iffirmar, f'isem il-Komunità Ewropea, u dwar l-applikazzjoni proviżorja ta' ċertu dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim[6].

(10) Dan ir-Regolament jikkostitwixxi att li jibni fuq l- acquis ta’ Schengen jew li hu relatat miegħu b’xi mod ieħor skond it-tifisra ta' l-Artikolu 3(1) ta' l-Att ta' Adeżjoni ta’ l-2003.

(11) Ir-Regolament (KE) Nru 2424/2001 għandu, għalhekk, jiġi emendat kif xieraq.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2424/2001 huwa emendat kif ġej:

(1) jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 4a

1. Mingħajr preġudizzju għar-responsabblità tal-Kummissjoni fl-iżvilupp tas-SIS II, waqt l-iżilupp tas-sistema, l-unità ċentrali tas-SIS II għandha tkun fi Strasbourg (Franza) u l-unità ċentrali ta’ appoġġ f’Sankt Johann f’Pongau (l-Awstrija).

2. Franza u l-Awstrija għandhom jipprovdu l-infrastruttura u l-mezzi xierqa biex waqt l-iżvilupp tas-sistema jospitaw l-unità ċentrali u l-unità ċentrali ta’ appoġġ tas-SIS II rispettivament.

3. L-awtorità nazzjonali li tkun responsabbli mill-infrastruttura u l-mezzi msemmija fil-paragrafu 2 tista’ tirċievi għotja mill-Komunità għat-tħejjija u l-manutenzjoni tas-sit jew għal servizzi oħra neċessarji biex tkun ospitata s-SIS II waqt l-iżvilupp tagħha.”

(2) Fl-Artikolu 7, it-tieni paragrafu jinbidel b'dan li ġej:

“Jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2007.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea .

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

Magħmul fi Brussell, [...]

Għall-Kunsill

Il-President

[…]

2006/0126 (CNS)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

li temenda d-Deċiżjoni Nru 2001/886/JHA dwar l-iżvilupp tat-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS II)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 30 (1)(a) u (b), l-Artikolu 31 (1) (a) u (b) u l-Artikolu 34(2)(c) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[7],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[8],

Billi:

(1) Flimkien mar-Regolament (KE) Nru 2424/2001 tas-6 ta’ Diċembru 2001 dwar l-iżvilupp tat-tieni ġenerazzjoni tas-sistema ta' informazzjoni ta' Schengen (SIS II), id-Deċiżjoni Nru 2001/886/JHA tikkostitwixxi l-bażi leġiżlattiva meħtieġa li tippermetti li jiddaħħlu fil-baġit ta’ l-Unjoni l-approprjazzjonijiet finanzjarji neċessarji għall-iżvilupp tas-SIS II u għall-eżekuzzjoni ta’ dik il-parti tal-baġit. Id-Deċiżjoni Nru Nru 2001/886/JHA u r-Regolament (KE) Nru 2424/2001 it-tnejn jiskadu fil-31 ta’ Diċembru 2006.

(2) L-iżvilupp tas-SIS II ser jieħu aktar fit-tul milli maħsub inizjalment u dan jirrikjedi d-disponibbiltà ta’ approprjazzjonijiet finanzjarji wara l-31 ta’ Diċembru 2006.

(3) Għaldaqstant huwa neċessarju li jiġi estiż il-perjodu ta’ validità tad-Deċiżjoni Nru 2001/886/JHA sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ timplimenta l-baġit 2007 u tlesti l-proġett ta’ żvilupp tas-SIS II inkluż it-twaqqif ta’ l-istruttura tal-komunikazzjoni.

(4) Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 jiddikjaraw li għall-fażi ta’ żvilupp tas-SIS II il-parti ċentrali tas-SIS II għandha tkun fi Strasbourg u s-Sit ta’ kontinwità għan-Negozju għandu jkun f’Salzburg suġġett għal ċertu arranġamenti li jkunu meħtieġa qabel ma s-sit isir operattiv. Il-ġestjoni operattiva u r-responsabbiltà għall-kooperazzjoni mal-Kummissjoni fuq dan is-sit għandhom ikun f’idejn Franza u l-Awstrija rispettivament.

(5) Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għall-adozzjoni fil-ġejjieni ta’ l-istrumenti leġiżlattivi għat-twaqqif, it-tħaddim u l-użu tas-SIS II.

(6) Ir-Renju Unit qiegħed jieħu sehem f'din id-deċiżjoni, bi qbil ma' l-Artikolu 5 tal-protokoll li jintegra l- acquis ta' Schengen fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u l-Artikolu 8 (2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq sabiex jieħdu sehem f'xi dispożizzjonijiet ta' l- acquis ta' Schengen[9].

(7) L-Irlanda qiegħda tieħu sehem f'din id-Deċiżjoni, bi qbil ma' l-Artikolu 5 tal-Protokoll li jintegra l- acquis ta' Schengen fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u l-Artikolu 5 (1) u 6 (2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 dwar it-talba ta' l-Irlanda sabiex tieħu sehem f'xi dispożizzjonijiet ta' l- acquis ta' Schengen[10].

(8) Fir-rigward ta’ l-Iżlanda u n-Norveġja, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp fuq id-dispożizzjonijiet ta' l- acquis ta' Schengen fit-tifsira tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea mar-Repubblika ta' l-Iżlanda u mar-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn iż-żewġ Stati fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l- acquis ta' Schengen, li jaqgħu taħt il-qasam li għalih hemm referenza fl-Artikolu 1, il-punt G tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 1999/437/KE tas-17 ta' Mejju 1999[11] dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni ta' dak il-Ftehim.

(9) Fir-rigward ta' l-Iżvizzera, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp fuq id-dispożizzjonijiet ta' l- acquis ta' Schengen fi ħdan it-tifsira tal-Ftehim iffirmat bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l- acquis ta' Schengen, li jaqa' taħt il-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt G tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 1999/437/KE moqri flimkien ma’ l-Artikolu 4 (1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/849/KE dwar l-iffirmar, f'isem il-Komunità Ewropea, u dwar l-applikazzjoni proviżorja ta' ċertu dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim[12].

(10) Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi att li jibni fuq l- acquis ta’ Schengen jew li hu relatat miegħu b’xi mod ieħor fit-tifsira ta’ l-Artikolu 3(1) ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003.

(11) Id-Deċiżjoni 2001/886/JHA għandha għalhekk tiġi emendata kif xieraq.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2001/886/JHA hija emendata skond kif ġej:

(1) Jiddaħħal l-Artikolu 4a li ġej:

“Artikolu 4a

1. Mingħajr preġudizzju għar-responsabblità tal-Kummissjoni fl-iżvilupp tas-SIS II, waqt l-iżilupp tas-sistema, l-unità ċentrali tas-SIS II għandha tkun fi Strasbourg (Franza) u l-unità ċentrali ta’ appoġġ f’Sankt Johann f’Pongau (l-Awstrija).

2. Franza u l-Awstrija għandhom jipprovdu l-infrastruttura u l-mezzi xierqa biex waqt l-iżvilupp tas-sistema jospitaw l-unità ċentrali u l-unità ċentrali ta’ appoġġ tas-SIS II rispettivament.

3. L-awtorità nazzjonali li tkun responsabbli mill-infrastruttura u l-mezzi msemmija fil-paragrafu 2 tista’ tirċievi għotja mill-Komunità għat-tħejjija u l-manutenzjoni tas-sit jew għal servizzi oħra neċessarji biex tkun ospitata s-SIS II waqt l-iżvilupp tagħha.”

(2) Fl-Artikolu 7, it-tieni paragrafu jinbidel b'dan li ġej:

“Għandha tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2007.”

Artikol u 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva mill-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea .

Magħmula fi Brussell, [...]

Għall-Kunsill

Il-President

[…

ANNESS

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1. ISEM IL-PROPOSTA:

Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2424/2001 u għal Deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni (JHA) Nru 886/2001 dwar l-iżvilupp tat-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS II).

2. IL-QAFAS ABM / ABB

Qasam (Oqsma) tal-Politika kkonċernata(i) u Attività/Attivitajiet assoċjati: JLS – Solidarjetà – Fruntieri esterni – Politika dwar il-viża – Moviment liberu tal-persuni

3. IL-LINJI BAĠITARJI

3.1. Linji tal-Baġit (linji operattivi u linji ta’ assistenza teknika u amministrattiva relatati (ex- linji B..A)) li jinkludu l-intestaturi:

PDB 18 02 04 (Preċedentement 18 08 02)

3.2. Tul ta’ żmien ta’ l-azzjoni u l-impatt finanzjarju:

2007

3.3. Il-karatteristiċi baġitarji (żid ir-ringieli jekk ikun meħtieġ):

Il-linja baġitarja | It-Tip ta' nefqa | Ġdid | Kontribuzzjoni ta’ l-EFTA | Kontribuzzjonijiet mill-pajjiżi applikanti | Intestatura fil-perspettiva finanzjarja |

18 02 04 | Mhux obblig. | Diff[13]/ | LE | LE | LE | Nru 3(a) |

4. SOMMARJU TAR-RIŻORSI

4.1. Riżorsi Finanzjarji

4.1.1. Sommarju ta’ l-approprjazzjonijiet għall-impenji (AI) u ta’ l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet (AĦ)

Miljuni EUR (sat-tielet punt deċimali)

It-tip ta’ nefqa | Numru tas-Sezzjoni | Sena 2007 | 2008 | Total |

Nefqa operattiva[14] |

Approprjazzjonijiet għall-impenji (AI) | 8.1. | a | 9,000 |

Approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet (AĦ) | b | 7,000 | 2,000 | 9,000 |

In-nefqa amministrattiva fi ħdan l-ammont ta’ referenza[15] |

Għajnuna teknika u amministrattiva (NDA) | 8.2.4. | c |

AMMONT TA’ REFERENZA TOTALI |

Approprjazzjonijiet għall-impenji | a+c | 9,000 | 9,000 |

Approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet | b+c | 7,000 | 2,000 | 9,000 |

In-nefqa amministrattiva mhix inkluża fl-ammont ta’ referenza[16] |

Riżorsi umani u n-nefqa assoċjata (NDA) | 8.2.5. | d | 1,404 | 1,404 |

Spejjeż amministrattivi, barra l-ispejjeż tar-riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati, li mhumiex inklużi fl-ammont ta’ referenza (NDA) | 8.2.6. | e | 0,186 | 0,186 |

In-nefqa finanzjarja indikattiva totali ta’ l-intervent |

TOTAL ta’ l-AI li jinkludi l-ispejjeż fuq ir-Riżorsi Umani | a+c+d+e | 10,590 | 10,590 |

TOTALI ta’ l-AĦ li jinkludi l-ispejjeż tar-Riżorsi Umani | b+c+d+e | 8,590 | 2,000 | 10,590 |

4.1.2. Il-kompatibilità mal-Programmazzjoni Finanzjarja

X Il-proposta hija kompatibbli ma’ l-ipprogrammar finanzjarju eżistenti.

( Il-proposta sejra tinvolvi l-ipprogrammar mill-ġdid ta’ l-intestatura rilevanti fil-perspettiva finanzjarja.

( Il-proposta tista’ teħtieġ l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali[17] (i.e. strument ta’ flessibilità jew reviżjoni tal-perspettiva finanzjarja).

4.1.3. Impatt finanzjarju fuq id-Dħul

( Il-proposta ma għandhiex implikazzjonijiet finanzjarji fuq id-dħul

X Il-proposta għandha impatt finanzjarju – l-effett fuq id-dħul huwa kif ġej:

Miljuni ta’ EUR (sa l-ewwel punt deċimali)

Qabell-azzjoni [Sena n-1] | Is-sitwazzjoni wara l-azzjoni |

Numru totali ta’ riżorsi umani | 13 |

5. IL-KARATTERISTIĊI U L-GĦANIJIET

5.1. Il-ħtieġa li għandha tintlaħaq f'qasir żmien jew fit-tul

L-għan tal-proposta huwa l-emenda tar-regolament u tad-deċiżjoni msemmija hawn fuq sabiex:

2. Tiġi estiża l-iskadenza għall-iżvilupp tas-SIS II sal-31 ta’ Diċembru 2007 u sabiex tkun tista' ssir l-allokazzjoni tal-baġit meħtieġ għat-tlestija ta' l-iżvilupp tas-SIS II inkluża l-infrastruttura tal-komunikazzjoni.

3. Jagħżlu żewġ siti għall-unità ċentrali (Strasbourg, Franza) u għall-unità ċentrali ta’ appoġġ (Sankt Johann f’Pongau, l-Awstrija) inkluż l-obbligu fuq iż-żewġ Stati Membri kompetenti li jipprovdu l-infrastruttura u l-mezzi u li għalihom jistgħu jirċievu għotja mill-Komunità.

5.2. Il-valur miżjud ta’ l-involviment tal-Komunità u l-koerenza tal-proposta ma’ strumenti finanzjarji oħra u s-sinerġija possibbli

Il-proposta tikkonċerna kontinwazzjoni ta’ l-iżvilupp tas-SIS II mill-Kummissjoni, li ilu għaddej mill-2002.

5.3. L-għanijiet, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi relatati tal-proposta fil-kuntest tal-qafas ABM

L-għan ġenerali huwa li fl-2007 jitlesta l-proġett ta’ l-iżvilupp tas-SIS II fis-siti magħżula, u għalhekk uħud mill-azzjonijiet maħsuba għall-2006 ser ikomplu fl-2007. Barra dan, huma maħsuba diversi azzjonijiet ġodda sabiex jiġi mminimizzat l-impatt tad-dewmien minħabba fatturi differenti bħalma kienu l-każijiet tal-Qorti jew il-kumplessità tal-proġett. Dan jikkonċerna b’mod partikolari spejjeż akbar fuq in-netwerk, riżorsi addizzjonali u d-delega ta’ xogħol ta’ tħejjija lill-Istati Membri. Fl-aħħarnett, il-kapaċità tal- hardware tal-kompjuter tista’ tiżdied, sabiex tkun tieħu qies ta' l-istudji li saru fil-bidu ta' l-iżvilupp. Għall-2007 huma maħsuba l-azzjonijiet li ġejjin:

Azzjoni 1: Netwerk

Skond ir-riżultati ta’ l-analiżi tar-rekwiżiti waqt il-fażi tad-disinn, il-kapaċità tan-netwerk għandha tiżdied sabiex tkun tlaħħaq mal-ħinijiet ta’ rispons għat-talbiet tas-SIS II. Netwerk b’ bandwith ogħla timplika riżorsi finanzjarji addizzjonali.

Minħabba li n-netwerk s-Testa ma kinitx disponibbli fil-ħin, għall-ittestjar tas-SIS II kellhom jinstabu soluzzjonijiet temporanji alternattivi. Dan jinvolvi aktar spejjeż biex issir il-migrazzjoni min-netwerk proviżorja għal dik finali.

Azzjoni 2: Għarfien espert tekniku u studji addizzjonali

Biex jintlaħaq il-livell meħtieġ ta’ għarfien espert fuq l-IT jinħtieġu aktar riżorsi. Minħabba r-riżorsi interni limitati, għas-segwitu, il-verifika u l-evalwazzjoni ser isir użu minn għajnuna esterna ta’ kwalità għolja Barra minn hekk, huma meħtieġa aktar studji u għarfien espert estern, b’mod partikolari fuq kwistjonijiet ta’ sigurtà u ta’ netwerk.

Azzjoni 3: Appoġġ u tħejjija kontinwa tas-sit waqt il-fażi ta’ żvilupp

It-tħejjijiet fuq is-sit Franċiż u dak Awstrijak bdew matul il-fażi ta' żvilupp u jirrikjedu riżorsi sinifikanti. Ċertu xogħol rigward il-preparazzjoni mhux ser isir direttament mill-istaff tal-Kummissjoni, iżda ser jiġi fdat lill-Istati Membri fejn huma ospitati s-sistemi waqt il-fażi ta’ żvilupp. Jinħtieġ baġit akbar biex ikopri l-ħtiġijiet stmati f’dawn l-oqsma.

5.4. Metodu ta’ l-implimentazzjoni (indikattiv)

X Ġestjoni Ċentralizzata

X direttament mill-Kummissjoni

( indirettament b’delega lil:

( Aġenziji eżekuttivi

( korpi mwaqqfa mill-Komunitajiet kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju

( korpi nazzjonali tas-settur pubbliku/korpi b’missjoni ta’ servizz pubbliku

( Ġestjoni konġunta jew deċentralizzata

( ma’ l-Istati Membri

( ma’ Pajjiżi Terzi

( Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (jekk jogħġbok speċifika liema)

Kummenti rilevanti:

Parti mill-baġit għall-2007 jista’ jiġi attribwit lil Stati Membri jew lil korpi tas-settur pubbliku, jew b’sub-delega jew bħala sussidju, sabiex tiġi ffinanzjata t-tħejjija tas-siti li jospitaw is-sistemi jew l-infrastruttura tal-komunikazzjoni.

6. MONITORAĠĠ U EVALWAZZJONI

6.1. Sistema ta' sorveljanza

Il-progress ser ikun evalwat regolarment u l-prestazzjoni ser titkejjel meta mqabbla ma' l-istandards rikjesti u kriterji stabbiliti minn qabel. Dan għandu juri li l-investiment irodd lura r-riżultat meħtieġ.

6.2. Evalwazzjoni

6.2.1. Evalwazzjoni ex-ante

Mhux applikabbli

6.2.2. Miżuri meħuda wara evalwazzjoni intermedjarja/ex-post (tagħlimiet miksuba permezz ta’ esperjenzi simili fl-imgħoddi)

Mhux applikabbli

6.2.3. It-termini u l-frekwenza ta’ l-evalwazzjoni fil-ġejjieni

Mhux applikabbli

7. MIŻURI KONTRA L-FRODI

Ser ikunu applikati l-proċeduri tal-Kummissjoni għall-għoti ta’ kuntratti, billi tiġi żgurata l-konformità mal-liġi Komunitarja dwar il-kuntratti pubbliċi.

8. DETTALJI TAR-RIŻORSI

8.1. L-għanijiet tal-proposta f’termini ta’ l-ispiża finanzjarja tagħhom

Approprjazzjonijiet għall-impenji f’miljuni ta’ EUR (sat-tielet punt deċimali)

(Għandhom jingħataw l-intestaturi ta’ l-Għanijiet, l-azzjonijiet u r-riżultati) | Tip ta’ riżultat | Spiża. medja | Sena 2007 | TOTAL |

Nru ta’ riżultati | Spiża totali | Nru ta’ riżultati | Spiża totali |

Azzjoni 1 Netwerk | migrazzjoni mit-test għan-netwerk finali netwerk b’kapaċità aħjar | 5,000 | 5,000 |

Azzjoni 2 Għarfien espert speċjalizzat u studji addizzjonali | għarfien espert, studji u analiżi | 1,000 | 1,000 |

Azzjoni 3 Appoġġ u tħejjija tas-siti waqt il-fażi ta’ żvilupp | riżorsi umani esterni tħejjija tas-siti | 3,000 | 3,000 |

SPIŻA TOTALI | 9,000 | 9,000 |

8.2. L-Ispiża Amministrattiva

8.2.1. In-numru u t-tip ta’ riżorsi umani

Tipi ta’ xogħol | Staff li għandu jkun assenjat għall-ġestjoni ta’ l-azzjoni billi jintużaw riżorsi eżistenti u/jew addizzjonali (numru ta’ postijiet/FTEs) |

Sena 2007 | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 |

L-uffiċjali jew l-istaff temporanju[20] (XX 01 01) | A*/AD | 4,5 |

B*, C*/AST | 2,5 |

Staff iffinanzjat[21] taħt l-Artikolu XX 01 02 | 6 |

Staff ieħor[22] iffinanzjat skond l-Artikolu XX 01 04/05 |

TOTAL | 13 |

8.2.2. Deskrizzjoni tax-xogħolijiet li jirriżultaw mill-azzjoni

Amministrazzjoni u koordinazzjoni tal-proġett ta' żvilupp tas-SIS II.

8.2.3. Is-sorsi tar-riżorsi umani (statutorji)

X Karigi attwalment allokati lill-ġestjoni tal-programm li għandhom jinbidlu jew jiġu estiżi

( Karigi allokati minn qabel fi ħdan l-eżerċizzju APS/PDB għas-sena n

( Karigi li għandhom jintalbu fil-proċedura APS/PDB li jmiss

( Karigi li għandhom jiġu organizzati mill-ġdid permezz tar-riżorsi eżistenti fi ħdan is-servizz ta’ tmexxija (rijallokazzjoni interna)

( Karigi meħtieġa għas-sena n għalkemm mhumiex previsti fl-eżerċizzju APS/PDB għas-sena kkonċernata

8.2.4. Spiża amministrattiva oħra inkluża fl-ammont ta’ referenza (XX 01 04/05 – L-ispiża għall-ġestjoni amministrattiva)

Miljuni EUR (sat-tielet punt deċimali)

Linja baġitarja (numru u intestatura) | Sena 2007 | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara | TOTAL |

Assistenza teknika u amministrattiva oħra |

- intra muros |

- extra muros |

Total ta’ l-għajnuna teknika u amministrattiva |

8.2.5. L-ispiża finanzjarja tar-riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati li mhumiex inklużi fl-ammont ta’ referenza

Miljuni EUR (sat-tielet punt deċimali)

Tip ta’ riżorsi umani | Sena 2007 | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara |

Uffiċjali u staff temporanju (XX 01 01) | 0,756 |

Staff iffinanzjat skond l-Artikolu XX 01 02 (awżiljaru, END, staff bil-kuntratt, eċċ.) (speċifika l-linja tal-baġit) | 0,648 |

Spiża totali tar-Riżorsi Umani u l-ispejjeż assoċjati (li MHUMIEX fl-ammont ta’ referenza) | 1,404 |

Kalkolu– Uffiċjali u l-aġenti Temporanji

7*108.000 (persuna/sena) = 756.000 EUR

Kalkolu – Staff iffinanzjat taħt l-Artikolu XX 01 02

6*108.000 (persuna/sena) = 648.000 EUR

8.2.6. Spejjeż amministrattivi oħra mhux inklużi fl-ammont ta' referenza Miljuni EUR (sat-tielet punt deċimali) |

Sena 2007 | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara | TOTAL |

XX 01 02 11 01 – Missjonijiet | 0,022 |

XX 01 02 11 02 – Laqgħat u Konferenzi | 0,014 |

12 01 02 11 03 – Kumitati[24] (Kumitat SIS II /VIS) | 0,150 |

XX 01 02 11 04 – Studji u konsultazzjonijiet |

XX 01 02 11 05 – Sistemi ta’ l-Informatika |

2 Total ta’ Nfiq ieħor fuq il-ġestjoni (XX 01 02 11) |

3 Infiq ieħor ta’ natura amministrattiva (speċifika u inkludi referenza għal-linja baġitarja) |

Nefqa Amministrattiva totali, għajr tar-riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati (li MHUMIEX inklużi fl-ammont ta’ referenza) | 0,186 |

Kalkolu – Nefqa amministrattiva oħra li mhix inkluża fl-ammont ta referenza

10 (nru ta’ laqgħat) * 15.000 (laqgħat tal-25 membru tal-Kumitat) = 150.000 EUR

[1] ĠU C [...], [...], p. [...].

[2] ĠU C [...], [...], p. [...].

[3] ĠU L 131, 1.6.2000, p.43.

[4] ĠU L 64, 7.3.2002, p.20.

[5] ĠU L 176, 10.7.1999, p.31.

[6] ĠU L 370, 17.12.2004, p.78.

[7] ĠU C [...], [...], p. [...].

[8] ĠU C [...], [...], p. [...].

[9] ĠU L 131, 1.6.2000, p.43.

[10] ĠU L 64, 7.3.2002, p.20.

[11] ĠU L 176, 10.7.1999, p.31.

[12] ĠU L 368, 15.12.2004, p.26.

[13] Approprjazzjonijiet differenzjati.

[14] In-nefqa ma taqax taħt il-Kapitolu xx 01 tat-Titolu xx ikkonċernat.

[15] In-nefqa fi ħdan l-Artikolu xx 01 04 tat-Titolu xx.

[16] In-nefqa skond il-Kapitolu xx 01 minbarra l-Artikoli xx 01 04 jew xx 01 05.

[17] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

[18] Additional columns should be added if necessary i.e. if the duration of the action exceeds 6 years

[19] ĠU L 176, 10. 7.1999, p. 36.

[20] L-ispiża tiegħu MHIX koperta mill-ammont ta’ referenza.

[21] L-ispiża tiegħu MHIX koperta mill-ammont ta’ referenza.

[22] L-ispiża tiegħu hija inkluża fi ħdan l-ammont ta’ referenza.

[23] Għandha ssir riferenza għad-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva speċifika għall-Aġenzija(i) Eżekuttiva(i) kkonċernata(i).

[24] Speċifika t-tip ta' kumitat u l-grupp li għalih jappartjeni.