52006PC0178(01)

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-firma, f’isem il-Komunità Ewropea, ta’ Arranġament bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni ta’ dawn l-istati fl-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni ta’ l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea /* KUMM/2006/0178 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 26.4.2006

KUMM(2006) 178 finali

2006/0063 (CNS)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-firma, f’isem il-Komunità Ewropea, ta’ Arranġament bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni ta’ dawn l-istati fl-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni ta’ l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-firma, f’isem il-Komunità Ewropea, ta’ Arranġament bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni ta’ dawn l-istati fl-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni ta’ l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea

(preżentati mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

Fit-18 ta’ Mejju 1999, il-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja ikkonkludew Ftehim li jikkonċerna l-assoċjazzjoni ta’ dawn l-istati ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen.

Skond l-Artikolu 21 (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 tas-26 ta' Ottubru 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva tfil-Fruntieri Esterni ta’ l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea, pajjiżi assoċjati ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen għandhom jipparteċipaw fl-Aġenzija. Ċerti modalitajiet tal-parteċipazzjoni tagħhom għandhom ikunu regolati fi ftehim separati (hekk imsejħa “arranġamenti”).

Wara l-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni fis-7 ta’ Ottubru 2004, inżammu negozjati dwar Arranġament mar-Repuubllika ta’ l-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja. In-negozjati kienu finalizzati fit-18 ta’ Mejju 2005 u kien inizjalat abbozz ta’ Arranġament.

L-Arranġament jittratta l-kwistjonijiet li ġejjin: id-drittijiet tal-vot limitati b’mod eċċezzjonali tar-rappreżentanti tar-Repubblika ta’ l-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja fil-Bord tat-Tmexxija ta’ l-Aġenzija, il-kontribuzzjoni finanzjarja tar-Repubblika ta’ l-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja lill-baġit ta’ l-Aġenzija, il-protezzjoni u l-kunfidenzjalità tad-data, l-istatus legali ta’ l-Aġenzija fir-Repubblika ta’ l-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja, ir-responsabbiltà ta’ l-Aġenzija, l-għarfien mir-Repubblika ta’ l-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja tal-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej fuq l-Aġenzija, privileġġi u immunitajiet ta’ l-Aġenzija u l-impjegati tagħha, u aċċess għaċ-ċittadini ta’ l-Iżlanda u n-Norveġja biex ikunu impjegati skond kuntratt maħruġ mid-Direttur Eżekuttiv ta’ l-Aġenzija.

Dikjarazzjoni konġunta hi mehmuża ma’ l-Arranġament, li tenfażizza li l-għoti tad-drittijiet tal-vot limitati lir-Repubblika ta’ l-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja, minkejja l-fatt li l-Aġenzija hu organu tal-Komunità, bl-ebda mod m’għandu jitqies bħala preċedent legali jew politiku. Din id-deċiżjoni se tiġi ppublikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej flimkien ma’ l-Arranġament.

Il-bażi legali ta’ l-Arranġament hu l-Artikolu 62 (2) (a) u l-Artikolu 66 flimkien ma' l-Artikolu 300 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-firma, f’isem il-Komunità Ewropea, ta’ Arranġament bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni ta’ dawn l-istati fl-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni ta’ l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 62 (2) (a) u l-Artikolu 66 flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel sub-paragrafu ta' l-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni[1],

Billi:

(1) Skond l-Artikolu 21 (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 tas-26 ta' Ottubru 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva tfil-Fruntieri Esterni ta’ l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea, pajjiżi assoċjati ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen għandhom jipparteċipaw fl-Aġenzija. Ċerti modalitajiet tal-parteċipazzjoni tagħhom għandhom ikunu regolati fi ftehim separati (hekk imsejħa “arranġamenti”).

(2) Wara l-awtorizzazzjoni mogħtija mill-Kummissjoni fis-7 ta’ Ottubru 2004, in-negozjati mar-Repubblika ta’ l-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja għal Arranġament dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni ta' dawn l-istati fl-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni ta’ l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea kienu konklużi.

(3) Abbozz ta’ l-Arranġament kien sottomess mill-Kummissjoni lill-Kunsill.

(4) Soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard, huwa mixtieq li jiġi ffirmat l-Arranġament li ġie inizjalat fil-18 ta' Mejju 2005,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

L–uniku Artikolu

Soggett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard, il-President tal-Kunsill qiegħad hawn jawtorizza li tkun nominata persuna bis-setgħa li tiffirma f’isem il-Komunità Ewropea, l-arranġament dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni ta’ l-Iżlanda u n-Norveġja fl-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal- Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni ta’ l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea.

It-test ta’ l-Arranġament huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Magħmula fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

2006/0063 (CNS)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-firma, f’isem il-Komunità Ewropea, ta’ Arranġament bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni ta’ dawn l-istati fl-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni ta’ l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 62(2) (a) u l-Artikolu 66 flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300 (2) u l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni[2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[3],

Billi:

(1) Skond l-Artikolu 21 (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 tas-26 ta' Ottubru 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva tfil-Fruntieri Esterni ta’ l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea, pajjiżi assoċjati ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen għandhom jipparteċipaw fl-Aġenzija. Ċerti modalitajiet tal-parteċipazzjoni tagħhom għandhom ikunu regolati fi ftehim separati (hekk imsejħa “arranġamenti”).

(2) Wara l-awtorizzazzjoni mogħtija mill-Kummissjoni fis-7 ta’ Ottubru 2004, in-negozjati mar-Repubblika ta’ l-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja għal Arranġament dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni ta' dawn l-istati fl-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni ta’ l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea kienu konklużi.

(3) Skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill ..../..../EC ta'.........2006, u fi stennija tal-konklużjoni finali tiegħu f’data aktar atard, dan l-Arranġament ġie ffirmat f'isem il-Komunità Ewropea fi ....... 2006.

(4) Dan l-Arranġament għandu jkun konkluż,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

L-Artikolu 1

L-Arranġament dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni ta’ l-Iżlanda u n-Norveġja fl-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni ta’ l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea qed ikun approvat hawn f’isem il-Komunità Ewropea.

It-test ta’ l-Arranġament huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

L-Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat sabiex jaħtar il-persuna bis-setgħa li jiddepożita f'isem il-Komunità Ewropea l-istrument ta' approvazzjoni li għalih hemm provdut fl-Artikolu 9 ta’ l-Arranġament, sabiex jesprimi l-qbil tal-Komunità mar-rabta tagħha.

Magħmula fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

ANNESS

ARRANĠAMENT

bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' l-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni ta' dawn l-istati fl-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal- Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni ta’ l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea qed hawn ikun approvat f’isem il-Komunità Ewropea

Il-Komunità Ewropea,

rappreżentata mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea,

min-naħa waħda,

kif ukoll

ir-Repubblika ta’ l-Iżlanda (minn hawn ‘il quddiem imsemmija bħala “l-Iżlanda”),

kif ukoll

ir-Renju tan-Norveġja (minn hawn ‘il quddiem imsemmija bħala “in-Norveġja”),

min-naħa l-ohra,

Wara li kkunsidra il-Ftehim konkluż mill-Kunisll ta’ l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja li jikkonċerna l-assoċjazzjoni ta’ dawn l-istati ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen fit-18 ta’ Mejju 1999 (minn hawn ‘il quddiem imsemmi bħala “il-Ftehim”);

BILLI

(1) Il-Komunità Ewropea stabbilit b’Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 tas-26 ta’ Ottubru 2004[4] (minn hawn ‘il quddiem imsemmi bħala “ir-Regolament”) l-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni ta’ l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea qed hawn ikun approvat f’isem il-Komunità Ewropea (minn hawn ‘il quddiem imsemmija bħala “l-Aġenzija”);

(2) Ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen fit-tifsira tal-Ftehim;

(3) Ir-Regolament jikkonferma fil-Premessa 23 u l-Artikolu 21 (3) li pajjiżi assoċjati ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen għandhom jipparteċipaw bis-sħiħ fl-attivitajiet ta’ l-Aġenzija, anke jekk bi drittijiet tal-vot limitati;

(4) Il-Ftehm ma jindirizzax il-modalitajiet ta’ l-assoċjazzjoni ta’ l-Iżlanda u n-Norveġja ma’ l-attivitajiet ta’ l-organi ġodda mwaqqfin mill-Unjoni Ewropea filqafas ta’ aktar żvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen u ċerti aspetti ta' dik l-assoċjazzjoni ma' l-Aġenzija għandhom ikunu sodisfatti fi ftehim addizzjonali bejn il-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim;

FTIEHMU KIF ĠEJ:

L-Artikolu 1 Il-Bord tat-Tmexxija

L-Iżlanda u n-Norveġja għandhom ikunu rappreżentati fil-Bord tat-Tmexxija ta' l-Aġenzija kif stabbilit fl-Artikolu 21 (3) tar-Regolament.

Dawn għandhom ikollhom drittijiet tal-vot:

- Fir-rigward ta’ deċiżjonijiet dwar attivitajiet speċifiċi li iridu jsiru fuq, jew fil-viżinanza tal-fruntieri esterni tagħhom; proposti ta’ dawn id-deċiżjonijiet għandhom jeżiġu vot favur l-adozzjoni tagħhom minn rappreżentant tagħhom fil-Bord tat-Tmexxija;

- Fir-rigward ta’ deċiżjonijiet dwar attivitajiet speċifiċi skond l-Artikolu 3 (operazzjonijiet konġunti u proġetti pilota fuq il-fruntieri esterni), l-Artikolu 7 (Ġestjoni ta’ apparat tekniku), l-Artikolu 8 (appoġġ lil Stati Membri f’ċirkostanzi li jeħtieġa assistenza teknika u operattiva akbar fuq il-fruntieri esterni) u l-Artikolu 9 (1), l-ewwel sentenza (operazzjonijiet konġunti ta’ ritorn) li jridu jitwettqu b’riżorsi umani u/jew tagħmir misluf mill-Iżlanda u/jew in-Norveġja;

- Fir-rigward ta’ deċiżjonijiet dwar l-analiżi tar-riskju (l-iżvilupp ta’ l-anailiżi tar-riskju integrata komuni, analiżi tar-riskju ġenerali u speċifika), direttament li jaffettwa lilhom, skond l-Artikolu 4;

- Fir-rigward ta’ deċiżjonijiet dwar attivitajiet ta’ taħriġ skond l-Artikolu 5, bl-eċċezzjoni tat-twaqqif ta’ bażi ta’ kurrikulu komuni.

L-Artikolu 2 Kontribuzzjoni finanzjarja

L-Iżlanda u n-Norveġja għandhom jikkontribwixxu għall-baġit ta’ l-Aġenzija fuq skala stabbilita fl-Artikolu 12 (1) tal-Ftehim.

L-Artikolu 3 Protezzjoni u kunfidenzjalità tad-data

1. Id-Direttiva 95/46/KE għandhom japplikaw meta data personali tingġata mill-Aġenzija lill-Awtoritajiet ta’ l-Iżlanda u n-Norveġja.

2. Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u korpi Komunitarji u dwar il-moviment ħieles ta' din id-data japplika għall-għoti ta’ data mill-awtoritajiet ta’ l-Iżlanda u n-Norveġja lill-Aġenzija.

3. L-Iżlanda u n-Norveġja għandhom jirrispettaw ir-regoli dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti miżmumin mill-Aġenzija, kif stabbiliti fir-Regoli ta’ Proċedura tal-Bord tat-Tmexxija.

L-Artikolu 4 L-istatus legali

L-Aġenzija għandha personalità legali skond il-liġi ta’ l-Iżlanda u n-Norveġja u għandha tgawdi fl-Iżlanda u n-Norveġja il-kapaċità legali l-aktar estensiva mogħtija lil persuni legali skond il-liġi ta’ l-Iżlanda u n-Norveġja. Tista', b'mod partikolari, takkwista jew teħles minn proprjetà mobbli u immobbli u tkun parti fi proċeduri legali.

L-Artikolu 5 Ir-Responsabbiltà

Ir-responsabbiltà ta’ l-Aġenzija għandha tkun regolata kif provdut fl-Artikolu 19 (1), (3) u (5) tar-Regolament.

L-Artikolu 6 Qorti tal-Ġustizzja

L-Iżlanda u n-Norveġja għandhom jirrikonoxxu l-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej fuq l-Aġenzija, kif provdut fl-Artikolu 19 (2) u (4) tar-Regolament.

L-Artikolu 7 Privileġġi u immunitajiet

L-Iżlanda u n-Norveġja għandhom japplikaw lill-Aġenzija u l-impjegati tagħha l-Protokoll dwar il-privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej u regoli applikabbli adottati skond il-Protokoll.

L-Artikolu 8 Impjegati

1. B’deroga mill-Artikolu 12 (2) (a) tal-Kondizzjonijiet ta' impjieg ta' funzjonarji oħra tal-Komunitajiet Ewropej, iċ-ċittadini ta’ l-Iżlanda u n-Norveġja li jgawdu mid-drittijiet sħaħ bħala ċittadini jistgħu jkunu impjegati skond kuntratt mid-Direttur Eżekuttiv ta’ l-Aġenzija.

2. Ċittadini ta’ l-Iżlanda u n-Norveġja ma jistgħux, madankollu, jinħatru fil-postijiet ta’ Direttur Eżekuttiv jew Deputat Direttur Eżekuttiv ta’ l-Aġenzija.

3. Ċittadini ta’ l-Iżlanda u n-Nroveġja ma jistgħux jkunu eletti bħala Presidenti jew Deputati Presidenti tal-Bord tat-Tmexxija.

L-Artikolu 9 Id-dħul fis-seħħ

1. Dan l-Arranġament għandu jidħol fis-seħħ xahar wara il-jum li fih is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, li għandu jaħixxi bħala d-depożitoraju tiegħu, ikun stabbilixxa li l-ħtiġijiet formali kollha li jikkonċernaw l-esperessjoni tal-kunsens minn jew f’isem mill-Partijiet ta’ dan il-Ftehim jorbtu bih kienu sodisfatti.

2. Dan l-Arranġament għandu japplika b’mod proviżorju mid-data wara dik tal-firma tiegħu.

L-Artikolu 10 Validità u Terminazzjoni

1. Dan l-Arranġament qiegħed isir għal perjodu mhux limitat.

2. Dan l-Arranġament għandu jieqaf milli jkun fis-seħħ 6 xhur wara l-Ftehim ikun dikjarat mill-Iżlanda jew min-Norveġja jew b’deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea jew mod ieħor terminat skond il-proċeduri deskritti fl-Artikoli 11 u 16 tal-Ftehim.

Il-ftehim imsemmi skond l-Artikolu 17 tal-ftehim għandu jkopri wkoll l-konsegwenzi tat-terminazzjoni ta’ l-Arranġament preżenti.

Dan l-Arranġament, kif ukoll id-Dikjarazzjoni annessa miegħu, huma mfassla f'kopji bil-lingwa Ċeka, Daniża, Olandiża, Ingliża, Estona, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Slovena, Slovakka, Spanjola u Svediża, b'kull wieħed minn dawk it-testi ugwalment awtentiċi.

Magħmul fi......fil-.....ta' .......fis-sena elfejn u sitta.

Għall-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea,

Għar-Repubblika ta’ l-Iżlanda

Għar-Renju tan-Norveġja

Dikjarazzjoni konġunta mill-Komunità Ewropea u l-Gvernijiet tar-Repubblika ta’ l-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja li tikkonċerna l-ftehim dwar l-arranġamenti għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika ta’ l-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja fl-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni ta’ l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea qed hawn ikun approvat f’isem il-Komunità Ewropea:

Il-Komunità Ewropea, il-Gvern tar-Repubblika ta’ l-Iżlanda u l-Gvern tar-renju tan-Norveġja,

Wara li kkunkludew ftehim dwar l-arranġamenti dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika ta' l-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja fl-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni ta’ l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea qed hawn ikun approvat f’isem il-Komunità Ewropea skond l-Artikolu 21 (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 tas-26 ta’ Ottubru 2004,

Hawnhekk jiddikjaraw flimkien li:

Id-drittijiet tal-vot provduti fl-imsemmi ftehim huma ġustifikati bir-relazzjonijiet speċjali ma’ l-Iżlanda u n-Norveġja li ġejjin mill-assoċjazzjoni ta’ dawn l-Istati bl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen kif rikonoxxut fil-protokoll ta’ Schengen tat-Trattat ta’ Amsterdam u fl-abbozz tat-trattat li jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa.

Dawn id-drittijiet tal-vot huma ta’ natura eċċezzjonali attribwiti lin-natura speċifika tal-Kooperazzjoni ta’ Schengen u l-pożizzzjoni speċjali tan-Norveġja u l-Iżlanda.

Għalhekk ma jistgħux jitqiesu bħala preċedent legali jew politiku għal kwalunkwe qasam ieħor ta’ kooperazzjoni bejn il-partijiet ta’ l-imsemmi ftehim jew għall-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi oħrajn f’aġenziji oħrajn ta’ l-Unjoni.

Fl-ebda ċirkostanza ma jistgħu dawn id-drittijiet tal-vot ikunu eżerċitati fir-rispett ta’ deċiżjonijiet ta’ natura regolatorja jew leġiżlattiva.

[1] ĠU C [...], [...], p. [...].

[2] ĠU C [...], [...], p. [...].

[3] ĠU C [...], [...], p. [...].

[4] ĠU L 349, 25. 11.2004, p.1.