52004PC0736(01)

Proposta għal Deciżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u r-Repubblika tat-Tuniżija, fuq in-naħa l-oħra, biex jikkunsidraw l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta’ l-Estonja, tar-Repubblika ta’ Cipru, tar-Repubblika ta’ l-Ungerija, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, u tar-Repubblika Slovakja fl-Unjoni Ewropea /* KUMM/2004/0736 finali - AVC 2004/0265 */


Brussel 29.10.2004

KUMM(2004) 736 finali

2004/0265 (AVC)

Proposta għal

DECIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u r-Repubblika tat-Tuniżija, fuq in-naħa l-oħra, biex jikkunsidraw l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta’ l-Estonja, tar-Repubblika ta’ Cipru, tar-Repubblika ta’ l-Ungerija, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, u tar-Repubblika Slovakja fl-Unjoni Ewropea

Proposta għal

DECIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri taghhom, fuq naħa, u r-Repubblika ta' Tuniżija, fuq in-naħa l-ohra, biex jikkunsidraw l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta’ l-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika ta’ l-Ungerija, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, u tar-Repubblika Slovakja fl-Unjoni Ewropea

(preżentati mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

Skond il-kondizzjonijiet ta’ l-Artikolu 6(2) ta’ l-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-Istati Membri ġodda ta' l-UE fl-UE, l-adeżjoni ta’ l-Istati Membri ġodda ta’ l-UE għall-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranju għandu jkun miftiehem permezz ta’ Protokoll għal dan il-Ftehim. L-istess Artikolu jipprovdi proċedura semplifikata, li bih il-Protokoll għandu jkun konkluż mill-Kunsill, li jaġixxi b’mod unanimu f’isem l-Istati Membri, u mill-pajjiż terż konċernat. Din il-proċedura hi mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-Komunità.

Fl-10 ta’ Frar 2004, il-Kunsill approva mandat lill-Kummissjoni biex tinnegozja Protokoll simili mar-Repubblika tat-Tuniżija. Dawn in-negozjati kienu minn dak iż-żmien ’il hawn kompluti għas-sodisfazzjon tal-Kummissjoni. It-test tal-Protokoll kien inizjalat mill-Kummissjoni u l-awtoritajiet Tuniżini fit-18 ta’ Ġunju 2004 f’Tunis.

Il-proposti mehmużin huma għal (1) Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar tal-Protokoll u (2) Deċiżjoni tal- Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll.

It-test tal-Protokoll negozjat mat-Tuniżija huwa mehmuż. L-aspetti l-aktar importanti tal-Protokoll huma d-disposizzjonijiet għall-adeżjoni ta' l-Istati Membri ġodda għall-Ftehim ta' Assoċjazzjoni UE-Tuniżija, l-adattament tal-Protokoll dwar il-prodotti agrikoli u l-inklużjoni tal-lingwi uffiċjali ġodda ta' l-UE.

Il-Kummissjoni se titlob lill-Kunsill biex japprova l-abbozz mehmuz tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Protokoll.

Il-Parlament Ewropew se jkun mitlub biex jagħti l-kunsens tiegħu għal dan il-Protokoll.

Proposta għal

DECIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u r-Repubblika tat-Tuniżija, fuq in-naħa l-oħra, biex jikkunsidraw l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta’ l-Estonja, tar-Repubblika ta’ Cipru, tar-Repubblika ta’ l-Ungerija, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, u tar-Repubblika Slovakja fl-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA

Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Kommunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 310 flimkien mat-Tieni Sentenza ta’ l-Ewwel Subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-Istati Membri ġodda fl-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1) Fl-10 ta’ Frar, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni, f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, biex tiftaħ in-negozjati mat-Tuniżija bl-iskop li jkun aġġustat il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranju bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri, fuq naħa, u r-Repubblika tat-Tuniżija, fuq in-naħa l-oħra, biex tiġi kkunsidrata l-adeżjoni ta’ l-Istati Membri ġodda fl-UE.

(2) Dawn in-negozjati kienu minn dak iż-żmien ’il hawn konklużi għas-sodisfazzjon tal-Kummissjoni.

(3) It-test tal-Protokoll negozjat mar-Repubblika tat-Tuniżija jippovdi, fl-Artikolu 12(3), għall-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu.

(4) Suġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu aktar ’il quddiem, il-Protokoll għandu jkun iffirmat f’isem il-Komunità u jkun applikat proviżorjament,

IDDECIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-President tal-Kunsill hu b’dan il-mezz awtorizzat li jaħtar il-persuna(i) li jkollha (jkollhom) is-segħta jiffirma(w), f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, il-Protokoll tal-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri, fuq naħa, u r-Repubblika tat-Tuniżija, fuq in-naħa l-oħra, biex tkun kunsidrata l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika ta’ l-Ungarija, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u ir-Repubblika tas-Slovakja fl-Unjoni Ewropea. It-test tal-Protokoll hu mehmuz ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-Ftehim għandu jkun applikat proviżorjament mill-ewwel jum tax-xahar li jsegwi l-ġurnata li fiha jkun iffirmat, suġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu aktar ’il quddiem.

Magħmula fi Brussel,

Għall-Kunsill

Il-President

2004/0265 (AVC)

Proposta għal

DECIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri taghhom, fuq naħa, u r-Repubblika ta' Tuniżija, fuq in-naħa l-ohra, biex jikkunsidraw l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta’ l-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika ta’ l-Ungerija, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, u tar-Repubblika Slovakja fl-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA

Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Kommunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 310 flimkien ma’ Artikolu 300(2) l-ewwel subparagrafu, l-ewwel u t-tieni sentenza, u t-tieni subparagrafu ta’ Artikolu 300(3),

Wara li kkunsidra l-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-Istati Membri ġodda fl-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1) Il-Protokoll tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranju bejn l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa, u r-Repubblika tat-Tuniżija, fuq in-naħa l-oħra, kien iffirmat f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha dwar

(2) Il-Protokoll għandu jkun approvat,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Waħdieni

Il-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u r-Repubblika ta' Tuniżija, fuq in-naħa l-oħra, biex jikkunsidra l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta’ l-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika ta’ l-Ungerija, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, u tar-Repubblika Slovakja fl-Unjoni Ewropea, hu b’din il-mezz approvat f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha. It-test tal-Protokoll hu mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Magħmula fi Brussel,

Għall-Kunsill

Il-Presiden PROTOKOLL

għall-ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u r-Repubblika tat-Tunisija, fuq in-naħa l-oħra, biex tkun ikkunsidrata l-adeżjoni fl-Unjoni Ewropea tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta’ l-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungarija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika tas-Slovakja

Ir-Renju tal-Belġju

Ir-Repubblika Ċeka

Ir-Renju tad-Danimarka,

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja,

Ir-Repubblika ta’ l-Estonja

Ir-Repubblika Griega,

Ir-Repubblika ta’ Spanja,

Ir-Repubblika ta’ Franza,

L-Irlanda,

Ir-Repubblika ta’ l-Italja,

Ir-Repubblika ta’ Ċipru

Ir-Repubblika tal-Latvja

Ir-Repubblika tal-Litwanja

Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu,

Ir-Repubblika ta’ l-Ungarija

Ir-Repubblika ta’ Malta

Ir-Renju ta’ l-Olanda,

Ir-Repubblika ta’ l-Awstrija,

Ir-Repubblika tal-Polonja

Ir-Repubblika tal-Portugall,

Ir-Repubblika tas-Slovenja

Ir-Repubblika tas-Slovakja

Ir-Repubblika tal-Finlandja,

Ir-Renju ta’ l-Isvezja,

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq,

(hawn taħt imsejħin «l-Istati Membri tal-KE»),

rappreżentati mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea

u

l-Komunità Ewropea,

(hawn taħt imsejħa “Komunità”),

rappreżentata mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea tal-Kummissjoni Ewropea

fuq naħa

u mir-Repubblika Tuniżina,

hawn taħt imsejħa “Tuniżija”

fuq in-naħa l-oħra

jikkunsidraw dan li ġej:

(1) Il-Ftehim Ewro-Mediterranju jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri, fuq naħa, u r-Repubblika Tuniżina, fuq in-naħa l-oħra, hawn taħt imsejjaħ "Ftehim Ewro-Mediterranju", kien iffirmat fi Brussel fis-17 ta' Lulju 1995 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Marżu 1998.

(2) It-Trattat li għandu x'jaqsam ma' l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungarija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakja fl-Unjoni Ewropea (hawn taħt imsejjaħ «Trattat ta’ l-Adeżjoni») kien iffirmat f’Ateni fis-16 ta’ April 2003 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2004.

(3) B'konformità ma’ l-Artikolu 6(2) ta’ l-Att anness mat-Trattat ta’ l-Adeżjoni, l-adeżjoni tal-partijiet kontrattanti ġodda għall-Ftehim Ewro-Mediterranju hi approvata permezz tal-konklużjoni tal-Protokoll għal dan il-Ftehim.

(4) Il-konsultazzjonijiet previsti għall-Artikolu 23(2) tal-Ftehim Ewro-Mediterranju seħħu sabiex jassiguraw li kienu kkunsidrati l-interessi reċiproki tal-Komunità u tat-Tuniżija.

JAQBLU DWAR DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungarija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakja isiru Partijiet Kuntrattanti għall-Ftehim Ewro-Mediterranju konkluż bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u r-Repubblika tat-Tuniżija, fuq in-naħa l-oħra, u jieħdu nota u jadottaw rispettivament, bl-istess mod bħall-Istati Membri l-oħra tal-Komunità, it-testi tal-Ftehim kif ukoll id-dikjarazzjonijiet komuni, dikjarazzjonijiet u skambji ta’ ittri.

Artikolu 2

Sabiex ikunu kkunsidrati l-iżviluppi istituzzjonali reċenti fi ħdan l-Unjoni Ewropea, il-Partijiet jaqblu li, wara li skada t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, id-disposizzjonijiet tal-Ftehim li jirriferi għall-Komunità Ewropea, li reġgħet ħadet id-drittijiet u l-obbligi kuntrattwali mill-Komunità Ewropea tal-Faħam u ta’ l-Azzar.

EMENDI MAGĦMULA FIT-TEST TAL-FTEHIM EWRO-MEDITERRANJU U NOTEVOLMENT LILL-PROTOKOLLI

Artikolu 3 (prodotti agrikoli)

1) L-Artikolu 3(1) u (2) tal-Protokoll Nru 1 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni hu sostitwit bit-test li ġej:

1. L-importazzjonijiet ta’ żejt taż-żebbuġa mhux ipproċessat, li jaqa' taħt il-kowds NC 1509 10 10 u 1509 10 90, ottenut kompletament mit-Tuniżija u trasportat direttament minn dan il-pajjiż għall-Komunità, huma aċċettati mill-1 ta’ Jannar 2001, fil-Komunità, bla ebda dazju, fil-limitu ta' kwantità ta’ 50 000 tunnellata. Kwantità annwali ta’ 700 tunnellata hi miżjuda magħhom mill-1 ta’ Mejju 2004.

2. Din il-kwantità se tkun miżjuda mill-1 ta’ Jannar 2002, kull sena, għal ċifra ta' 1 500 tunnellata matul perijodu ta’ 4 snin sabiex tinlaħaq kwantità annwali ta’ 56 700 tunnellata mill-1 ta’ Jannar 2005.

2) Fit-Tabella li tidher fl-Anness tal-Protokoll Nru 1 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, li għandha x’taqsam mas-sistema applikabbli għall-importazzjoni fil-Komunità tal-prodotti agrikoli li joriġinaw mit-Tuniżija, il-linja li tikkonċerna l-konċessjoni għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kowd NC 1509 10 hi sostitwita mil-linja li ġejja :

+++++ TABLE +++++

Artikolu 4 (Regoli ta’ l-oriġini)

Il-Protokoll 4 hu emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 19 (4) hu emendat kif ġej :

Iċ-ċertifikati ta' ċirkulazzjoni EUR.1 mogħtija retrospettivament għandhom ikollhom miktub wieħed minn dawn it-titli :

ES « EXPEDIDO A POSTERIORI »

CS « VYSTAVENO DODATEČNĔ »

DA « UDSTEDT EFTERFØLGENDE »

DE « NACHTRÄGLICH AUSGESTELLT »

ET « VÄLJA ANTUD TAGASIULATUVALT »

EL « ΕΚΔΟΘΕΝ ΕΚ ΤΩΝ ΥΣΤΕΡΩΝ »

EN « ISSUED RETROSPECTIVELY »

FR « DÉLIVRÉ À POSTERIORI »

IT « RILASCIATO A POSTERIORI »

LV « IZSNIEGTS RETROSPEKTĪVI »

LT « RETROSPEKTYVUSIS IŠDAVIMAS »

HU « KIADVA VISSZAMENŐLEGES HATÁLLYAL »

MT « MAĦRUĠ RETROSPETTIVAMENT »

NL « AFGEGEVEN A POSTERIORI »

PL « WYSTAWIONE RETROSPEKTYWNIE »

PT « EMITIDO A POSTERIORI »

SL « IZDANO NAKNADNO »

SK « VYDANÉ DODATOČNE »

FI « ANNETTU JÄLKIKÄTEEN »

SV « UTFÄRDAT I EFTERHAND »

AR [pic]

2. It-test ta' l-Artikolu 20 (2) hu emendat kif ġej :

Id-duplikat kif inhu mogħti għandu jkollu miktub wieħed minn dawn it-titli li ġejjin:

ES « DUPLICADO »

CS « DUPLIKÁT »

DA « DUPLIKÁT »

DE « DUPLIKAT »

ET « DUPLIKAAT »

EL « ΑΝΤΙΓΡΑΦΟ »

EN « DUPLICATE »

FR « DUPLICATA »

IT « DUPLICATO »

LV « DUBLIKĀTS »

LT « DUBLIKATAS »

HU « MÁSODLAT »

MT « DUPLIKAT »

NL « DUPLICAAT »

PL « DUPLIKAT »

PT « SEGUNDA VIA »

SL « DVOJNIK »

SK « DUPLIKÁT »

FI « KAKSOISKAPPALE »

SV « DUPLIKAT »

AR [pic]

3. L-Artikolu 22(4) hu emendat kif gej :

Fil-każijiet indikati fil-Paragrafu 3, il-punt (a), il-kaxxa “Osservazzjonijiet” taċ-ċeritifikat EUR.1 iġġib it-titli li ġejjin:

«PROCEDIMIENTO SIMPLIFICADO», «FORENKLET PROCEDURE», «VEREINFACHTES VERFAHREN», «AΠΛΟΥΣΤΕΥΜΕΝΗ ΔΙΑΔΙΚΑΣΙΑ», «SIMPLIFIED PROCEDURE», «PROCÉDURE SIMPLIFIÉE», «PROCEDURA SEMPLIFICATA,», «VEREENVOUDIGDE PROCEDURE», «PROCEDIMENTO SIMPLIFICADO», «YKSINKERTAISTETTU MENETTELY», «FÖRENKLAT FÖRFARANDE», «ZJEDNODUšENÝ POSTUP-čLÁNEK», «LIHTSUSTATUD TOLLIPROTSEDUUR», «VIENKARšOTA PROCEDURA», «SUPAPRASTINTA PROCEDURA», « EGYSZERűSÍTETT ELJÁRÁS», « PROCEDURA SIMPLIFIKATA», «PROCEDURA UPROSZCZONA», « POENOSTAVLJEN POSTOPEK», «ZJEDNODUšENÝ POSTUP », [pic]

Artikolu 5 (Presidenza tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni)

L-Artikolu 82(3) hu emendat kif ġej :

"Il-presidenza tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni hi eżerċitata fuq bażi ta’ rotazzjoni permezz ta' rappreżentant tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u rappreżentant tal-gvern tar-Repubblika Tuniżina"

DISPOSIZZJONIJIET TRANSITORJI

Artikolu 6 (evidenzi ta’ l-oriġini u kooperazzjoni amministrattiva)

1. L-evidenzi ta’ l-oriġini mogħtija b’konformità mit-Tuniżija jew wieħed mill-Istati Membri fl-ambitu ta' akkordji preferenzjali jew ta' sistemi awtonomi applikati bejnhom huma aċċettati fil-pajjiżi rispettivi, bil-kondizzjoni li:

a) l-akkwist ta' dan l-oriġini jagħti trattament ta’ tariffi preferenzjali skond il-miżuri ta’ tariffi preferenzjali previsti kemm fil-Ftehim Ewro-mediterranju kemm fl-iskema Komunitarja ta’ preferenzi ġeneralizzati;

b) l-evidenza ta' l-oriġini u d-dokumenti ta' trasport setgħu ngħataw mhux aktar tard mill-ġurnata li tippreċiedi d-data ta' l-adeżjoni;

c) l-evidenza ta’ l-oriġini għandha tkun sottomessa lill-awtoritajiet tad-dwana mhux aktar tard minn erba’ xhur mid-data ta' adeżjoni.

Meta l-merkanziji jkunu dikjarati għal finijiet ta’ importazzjoni fit-Tuniżija jew fi Stat Membru ġdid, qabel id-data ta’ adeżjoni, fl-ambitu ta' akkordji preferenzjali jew ta' sistemi awtonomi applikati bejn it-Tuniżija u l-Istat Membru ġdid f’dak il-mument, l-evidenza ta’ l-origini li kienet mogħtija b’mod retrospettiv fl-ambitu ta' dawn l-akkordji u sistemi tista’ tkun ukoll aċċettata bil-kondizzjoni li hi tkun preżentata lill-awtoritajiet tad-dwana mhux aktar tard minn erba’ xhur mid-data ta’ adeżjoni.

2. It-Tuniżija u l-Istati Membri ġodda għandhom id-dritt li jżommu l-awtorizzazzjonijiet li jagħtu l-l-istatus "ta' esportatur awtorizzat" fl-ambitu ta' akkordji preferenzjali jew ta' sistemi awtonomi applikati bejniethom, bil-kondizzjoni li:

a) disposizzjoni simili hi diġà prevista fl-Ftehim konkluż qabel id-data ta’ adeżjoni bejn it-Tuniżija u l-Komunità;

b) l-esportatur awtorizzat japplika r-regoli ta’ l-oriġini fis-seħħ skond dan il-Ftehim.

Mhux aktar tard minn sena wara d-data ta’ adeżjoni, l-awtorizzazzjonijiet huma sostitwiti minn awtorizzazzjonijiet ġodda mogħtija b'konformità mal-kondizzjonijiet tal-Ftehim.

3. Id-domandi ta’ verifikazzjoni retrospettiva ta' l-evidenzi mogħtija ta' l-oriġini skond l-akkordji preferenzjali jew is-sistemi awtonomi indikati fil-Paragrafi 1 u 2 hawn fuq huma aċċettati mill-awtoritajiet kompetenti ta' dwana tat-Tuniżija jew ta’ l-Istati Membri ġodda matul perijodu ta’ tliet snin li jsegwu l-ħruġ ta' l-evidenza konċernata ta' l-oriġini u jistgħu jkunu preżentati mill-awtoritajiet matul perijodu ta’ tliet snin wara l-aċċettazzjoni ta' l-evidenza ta' l-oriġini mogħtija lil dawn l-awtoritajiet biex issostni dikjarazzjoni ta' importazzjoni.

Artikolu 7 (merkanziji li qed jinġarru)

1. Id-disposizzjonijiet tal-Ftehim Ewro-Mediterranju jistgħu jkunu applikabbli għall-merkanziji, esportati mit-Tuniżija lejn wieħed mill-Istati Membri ġodda jew minn wieħed minn dawn ta' l-aħħar lejn it-Tuniżija, li huma konformi mad-disposizzjonijiet tal-Protokoll 4 u li, fid-data ta' l-adeżjoni, qed jinġarru jew huma f'depost temporanju, f'maħżen tad-dwana jew f'żona ħielsa fit-Tuniżija jew f'dan l-Istat Membru ġdid.

2. It-trattament preferenzjali jista’ jkun mogħti f’dawn il-każijiet, bil-kondizzjoni li evidenza mogħtija b’mod retrospettiv ta’ l-oriġini mill-awtoritajiet tad-dwana tal-pajjiż esportatur tkun preżentata lill-awtoritajiet tad-dwana tal-pajjiż importatur, mhux aktar tard minn erba’ xhur li jibdew jingħaddu mid-data ta’ adeżjoni.

DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI

Artikolu 8

It-Tuniżija tintrabat li ma tippreżenta l-ebda rikjesta, domanda jew riferiment u li ma temendax jew tirtira l-ebda konċessjoni bis-saħħa ta' l-Artikolu XXIV(6) u l-Artikolu XXVIII tal-GATT b’konnessjoni mat-tkabbir tal-Komunità.

Artikolu 9

Għas-sena 2004, iż-żieda tal-volum tal-kwoti tat-tariffi eżistenti għall-importazzjonijiet taż-żejt taż-żebbuġa mhux ipproċessat se jkun ikkalkulat permezz ta’ prorata tal-volumi bażiċi, filwaqt li jkun ikkunsidrat il-perijodu taż-żmien li jkun għadda qabel l-applikazzjoni ta' dan il-Protokoll.

Artikolu 10

Dan il-Protokoll jagħmel parti integrali mill-Ftehim Ewro-Mediterranju. L-Annessi ta’ dan il-Protokoll jagħmlu parti integrali minnu.

Artikolu 11

1. Dan il-Protokoll hu approvat mill-Kummissjoni, mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea f'isem l-Istati Membri u mir-Repubblika tat-Tuniżija, b’konformità mal-proċeduri adatti tagħhom.

2. L-instrumenti ta’ approvazzjoni huma reġistrati fi ħdan is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 12

1. Dan il-Protokoll jidħol fis-seħħ l-istess jum tat-Trattat ta' l-Adeżjoni, bir-riżerva li l-istrumenti ta' approvazzjoni ta' dan il-Protokoll ikunu reġistrati qabel din id-data.

2. Jekk l-istrumenti ta’ approvazzjoni kollha ta’ dan il-Protokoll ma jkunux ġew reġistrati qabel din id-data, dan il-Protokoll jidħol fis-seħħ l-ewwel jum ta’ l-ewwel xahar li jsegwi d-data tar-reġistrazzjoni ta’ l-aħħar strument ta’ approvazzjoni.

3. Jekk il-kondizzjoni numerata tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu mhix osservata, dan il-Protokoll japplika b’mod proviżorju b’effett mill-1 jum tax-xahar li jsegwi dak tad-data tal-firma tiegħu.

Artikolu 13

Dan il-Protokoll hu miktub f’kopja doppja f’kull lingwa uffiċjali tal-Partijiet Kuntrattanti, b’kull wieħed minn dawn it-testi huwa daqsinsew awtentiku.

Artikolu 14

It-test tal-Ftehim Ewro-Mediterranju, inklużi l-Annessi u l-Protokolli li jagħmlu parti integrali minnu, kif ukoll it-test ta’ l-Att finali u d-dikjarazzjonijiet annessi fih huma miktuba biċ-Ċek, bl-Estonjan, bl-Ungariż, bil-Latvjan, bil-Litwanjan, bil-Malti, bil-Pollakk, bis-Slovakk, bis-Sloven u huma awtentiċi daqsinsew it-testi oriġinali.

Il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni approva dawn it-testi.

GĦALL-ISTATI MEMBRI

GĦALL-KOMUNITÀ EWROPEA

GĦAR-REPUBBLIKA TAT-TUNIŻIJA